*kurzitajiet min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Claudia Schiffer terġa' ssir omm


15 ta' Mejju, 2010 20:00 CET Il-mudella Claudia Schiffer saret omm għat-tielet darba. It-tielet wild tagħha hija tifla u twieldet f'Londra. Sa issa mhux magħruf x'isem se tingħata. Claudia Schiffer u s-sieħeb tagħha Matthew Vaughn għandhom żewġt itfal oħra: Caspar ta' 7 snin u Clementine ta' 5 snin.
155201020028claudia-schiffer.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tifla oħra għal Monica Bellucci


27 ta' Mejju, 2010 13:48 CET Tħabbar li l-attriċi Taljana Monica Bellucci u r-raġel tagħha Vincent Cassel, kellhom it-tieni tarbija tagħhom. It-tifla, li twieldet b'mod naturali f'Ruma fl-20 ta' Mejju, ġiet mgħammda Leonie.

Bellucci, li għandha 45 sena u li hi magħrufa għar-rwoli li kellha f'films bħal Matrix Reloaded, The Passion of the Christ u Irréversible, qalet li t-tarbija twieldet b'saħħitha.

It-tifla l-oħra tal-koppja, Deva, għandha 5 snin.
2752010134828bellucci.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ħallelin Ġermaniżi jesageraw fil-kwantita' ta' splussiv

Carl FARRUGIA
29 ta' Mejju, 2010 11:04 CET Ħallelin Ġermaniżi baqgħu b'xiber imnieħer wara li splodew bank. Dan seħħ fil-villaġġ ta' Malliss fejn ma kien fadal xejn minn dan il-bank apparti il-magna tal-flus. Kelliem għal Pulizija qal li l-ispluzjoni tant kienet kbira li l-ħallelin kellhom jaħarbu minn fuq il-post b'xejn. Karozzi u binjiet tal-madwar ġarrbu ħsarat imma ħadd ma weġġa'. Il-Pulizija qed tfittex għal ħallelin.

295201011437article-1274955334136-09C06215000005DC-859734_636x408.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-Aston Martin Db5 ta' James Bond għall-irkant

Mark AZZOPARDI
2 ta' Ġunju, 2010 22:19 CET L-Aston Martin Db5 li kienet protagonista fil-films ta' James Bond se tkun mibjugħha waqt irkant li se jsir fl-Ingilterra f'Ottubru li ġej. Hu mistenni li l-offerti għal din il-karozza jilħqu l-5 miljun dollaru Amerikan, pero' mhux esluż li jkun hemm xi sorpriża u ċ-ċifra titla' aktar.

Il-karozza hija waħda mit-tnejn oriġinali użati waqt "Goldfinger" u "Thunderball". Il-proprjetarju tagħha bħalissa huwa Jerry Lee li akkwistaha fl-1960 għal prezz ta' 12-il elf dollaru. Minn dan iż-żmien din il-karozza inżammet kważi dejjem fil-garaxx tas-sid u ġiet ftit li xejn ġiet użata.
262010221847orig_C_0_articolo_483111_listatakes_itemTake_0_immaginetake.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Irkant tal-oġġetti ta' Winston Churchill jġib madwar 600,000 sterlina

Carl FARRUGIA
6 ta' Ġunju, 2010 19:45 CET Waħda mill-ikbar kollezzjonijiet ta' oġġetti ta' Winston Churchill, fosthom sigarru, inbiegħu għal madwar 600,000 sterlina.
Dawn l-oġġetti kienu mibjugħin minn Steve Forbes li ilu jikkollezzjonahom matul dawn l-aħħar tletin sena. F'din il-kollezzjoni kien hemm ittra minn Churchill kif ukoll numru ta' diskorsi fuq il-kummerċ ħieles.
L-irkantatriċi Christie qalet li l-irkant se jkun maqsum fi tliet partijiet. L-ewwel irkant se jsir b'150 oġġetti filwaqt li l-irkanti l-oħra se jsiru fi New York u Londra.
Waħda mill-ittri li hi datata f'Ġunju tal-1940 li kien tittratta waħda mill-iktar jiem koroh tal-gwerra turi l-karattru tiegħu. Din l-ittra inbiegħet għal £34,850 li huwa erba' darbiet ta' kemm hi stmata.

662010194517_47973650_churchillcigar.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Replika tat-Tazza tad-Dinja rkantata għall-karita'

Daniela BARTOLO
18 ta' Ġunju, 2010 19:02 CET Inizjattiva personali ta' Joe Pellegrini, akkanit tal-futbol Taljan wasslet biex fil-5 ta' Lulju jiġu rkantati memorabilia relatati mat-tim tal-futbol Taljan u r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2006.

Fiċ-ċentru tal-irkant, replika tat-Tazza tad-Dinja ffirmata minn 6 plejers li għamlu parti mit-tim rebbieħ Taljan fl-2006. Dawn huma Fabio Cannavaro, Gianliuigi Buffon, Alessandro Del Piero, Mauro Camonaresi, Vincenzo Iaquinta u Fabio. Mar-replika tat-Tazza tad-Dinja, maħduma minn ħabib ta' Pellegrini stess, se jkunu qed jiġu rkantati wkoll żewġ flokkijiet milbusa minn Gianliugi Buffon u Alessandro Del Piero fl-aħħar Tazza tad-Dinja u ffirmati minnhom stess. Magħhom se jiġu rkantati wkoll ritratti kbar iffirmati minn plejers Taljan.

F'kumment lil maltarightnow.com, Pellegrini spjega kif l-idea li jagħti dawn il-memorabilia nibdet lura f'Jannar li għadda. Minn hemmhekk hu uża kuntatti personali li għandu Turin biex kiseb il-firem tas-6 plejers. It-trofew hu 400mm għoli, 180mm wiesa' u jiżen 5.65 kg.

Il-memorabilia se jkunu qed jintwerew f'numru ta' ħwienet tal-kumpanija GO li ssieħbet ma' Pellegrini f'din il-kampanja Be a Champion for Charity.


42200814616fifa_world_cup.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Restawrata l-istatwa tal-Kristu Redentur ta' Rio De Janeiro

Carl FARRUGIA
3 ta' Lulju, 2010 09:45 CET L-istatwa famuża ta' Kristu Redentur fil-Brażil reġgħet infetħet wara xogħol ta' rinnovazzjoni ta' 2.7 miljun sterlina. Dan wara erba' xhur ta' restawr wara diversi ħsarat fuq l-istatwa.

**** nkixef il-monument kien imdawwal bl-aħdar u l-isfar minħabba li t-tim Brażiljan kien qed jikkompeti fit-tazza tad-dinja.

Din l-istatwa twila 38 metru jkollha madwar 2 miljun turist fis-sena u ilha tħares fuq Rio De Janeiro għal dawn l-aħħar 80 sena.

Kienu madwar mitt ruħ li kien involuti f'dan ir-restawr li kien iffinanzjat mid-donazzjonijiet publiċi u privati.

L-artikett li kien responsabbli mill-proġett Marcia Braga qal li l-iktar ħaġa diffiċli kienet dik li jinstab il-kulur eżatt tal-istatwa. Ix-xogħol involva iktar minn 60,000 biċċa ta' ġebla mill-istess barriera li kienet użata **** ġiet mibnija l-istatwa. Dan il-monument kien inbena bejn l-1922 u l-1931.
37201094516ALeqM5jF8RJGcZkBo8t9XZnraRYwG55_xw.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Parti mid-dentatura ta' Churchill tinbiegħ għal 15,200 sterlina

Carl FARRUGIA
29 ta' Lulju, 2010 19:47 CET Parti mid-dentatura ta' Sir Winston Churchill nbiegħet f'irkant għal 15,200 sterlina f'Norfolk. Din kienet mistennija tinbiegħ għal mhux aktar minn 5,000 sterlina. Dawn kienu tat-tifel ta' Derek Cudlipp li għamilhom imma ddeċieda li jbiegħhom. Huma kienu magħmula apposta u tant kienu importanti li kien iżomm tnejn minnhom.

Churchill tant kellu ammirazzjoni lejn id-dentist tiegħu Wilfred Fish li kien għamlu kavallier.
2972010194726churchill.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Lindsey Lohan tinħeles mill-ħabs


2 t' Awwissu, 2010 20:07 CET L-attrici Amerikana Lindsey Lohan inħelset mill-ħabs wara biss 13-il ġurnata, anke jekk is-sentenza tagħha kienet ta' 90 ġurnata ħabs. Hi kienet kundannata wara li kisret il-kundizzjonijiet tal-probation minħabba sewqan fis-sakra fl-2007.

Il-kundanna mill-qorti tħabbret fl-20 ta' Lulju li għadda fost l-attenzjoni kbira tal-media.

Is-sentenza tagħha tnaqqset wara li ġabet ruħha b'mod tajjeb, imma wkoll grazzi għal programm li jikkumbatti l-iffullar tal-ħabsijiet li hemm f' Los Angeles.
r
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Gżira tas-silġ ta' 260 km kwadru nqatgħet minn Greenland

Carl FARRUGIA
8 t' Awwissu, 2010 10:23 CET Gżira tas-silġ ta' madwar 260 kilometru kwadru, li huwa erba' darbiet id-daqs ta' Manhattan inqatgħet minn Greenland. Din hija waħda mill-ikbar avveniment fl-Artiku f'dawn l-aħħar 50 sena. Din gżira li nqatgħet il-Ħamis se tasal fin-Nares Strait madwar elf kilometru fin-nofsinhar tan-North Pole bejn Greenland u l-Kanada. Il-ħxuna tal-gżira hija daqs nofs l-għoli tal-Empire State Building.

Andreas Muenchow, professur tax-Xjenza tal-oċeani u l-Inġinerija fl-Universita' ta' Delaware qal li kien qed jistenna lil din il-blokka tas-silġ tinqata' mill-Petermann Glacier minħabba li kienet dejjem qed tikber għal dawn l-aħħar seba' jew tmien snin imma ma kienx qed jistenna li kienet se tkun daqshekk kbira. Huwa qal li l-ilma f'din is-silġa tista' tħalli lix-xmajjar Delware jew Hudson jiċċirklow għal aktar minn sentejn. Din il-ġżira tas-silġ tista' taħbat ma' xi art u tinqasam f'biċċiet jew timxi lejn in-nofsinhar fejn tista' timblokka l-vapuri.
88201010239orig_C_0_fotogallery_8070_listaorizzontale_foto_4_fotoorizzontale.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Il-qattiel ta' John Lennon ifittex il-ħelsien

MaltaRightNow.com
10 t' Awwissu, 2010 12:20 CET Il-qattiel tal-kantant tal-Beatles John Lennon, Mark David Chapman, din il-ġimgha se jkun qed ifittex il-ħelsien għas-sitt darba. Chapman, li għandu 55 sena, ilu l-ħabs għal dawn l-aħħar tletin sena.

Il-mara ta' Lennon, Yoko Ono, għadha qed topponi l-ħelsien ta' Chapman u tgħid li dan għadu ta' theddida għaliha u għal ħaddieħor.

Sentejn ilu, **** kien deher quddiem il-bord tal-Parole, Chapman kien qal li kien qatel lil John Lennon biex isir famuż u dan biex ipatti għall-mod kif kien iħoss lilu nnifsu bħala falliment. Hu kien qatel lil Lennon b'erba tiri f'Manhattan fl-1980. Il-ġimgħa d-dieħla jkun magħruf jekk hux se jinħeles.
1082010122021john%20lennon.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Attentat biex jinkiser ir-rekord ta' logħob tal-Iscrabble

MaltaRightNow.com
9 t' Awwissu, 2010 14:13 CET L-Iscrabble hi logħba popolari ħafna madwar id-dinja kollha. F'Marzu 2006 f'Singapore kien stabbilit rekord tad-dinja f'din il-logħba hekk kif 1,042 persuna lagħbu 521 logħba ta' Scrabble fl-istess ħin f'65 skola sekondarja differenti f'dan il-pajjiż.

F'inizjattiva mill-aktar oriġinali li fl-istess ħin se sservi ta' fundraising, il-YMCA f'Malta se tkun qed tiprova tikser dan ir-rekord dinji u tidħol fil-Guinness Book of Records għall-akbar numru ta' logħbiet tal-iscrabble milgħuba fl-istess ħin.

Dan l-avveniment se jsir nhar il-Ġimgħa 27 t'Awwissu fil-5.30 ta' filgħaxija fil-lukanda Excelsior fil-Furjana, u l-iskop ta' dan l-avveniment hu li jinġabru aktar flus għad-djar differenti li tmexxi l-YMCA Homeless għal dawk li jinsabu bla saqaf fuq rashom.

F'din l-idea oriġinali, se jkunu qed jagħtu wkoll l-għajnuna tagħhom il-Malta Scrabble Club u membri tal-Kunsill Malti għall-Isport li qed jappoġġjaw din l-attività tal-YMCA f'Malta.

Il-parteċipazzjoni tiswa 10 ewro, bil-fondi kollha miġbura se jmorru biex il-YMCA tkun tista' tkompli bil-ħidma tagħha fil-homeless shelters Dar Niki Cassar u l-Minors Shelter kif ukoll id-Drop-in Centre li għandha fil-Belt.

Dawk li jixtiequ jipparteċipaw, jistghu jagħmlu dan billi jidħlu fis-sit u japplikaw hemmhekk, jew iċemplu fuq 21 228 038 inkella jmorru fl-uffiċċji tal-YMCA fi Triq il-Merkanti, l-Belt Valletta.

Dar Nikki Cassar toffri kenn għal 22 persuna bla saqaf fuq rashom, li ħafna minnhom huma nisa jew tfal, waqt li x-xelter għall-Minors jakkomoda sitt itfal ta' bejn l-14 u s-17-il sena.

9820101413281scrabble-main_full.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Iktar minn 19,000 tifel u tifla jaħslu idejhom f'daqqa


16 t' Ottubru, 2010 18:18 CET Iktar minn 19,000 tifel u tifla minn 102 skejjel differenti fil-periferija tal-kapitali Kenjana Nairobi, ħadu sehem f'attivita' mhux tas-soltu biex jiksru rekord dinji.

Ilkoll haslu jdejhom flimkien fl-istess ħin. Kollox bl-iskop li jirbħu post fil-Guinness World Book of records. Bil-għan li jitgħallmu dwar l-importanza tal-ħasil tal-idejn għal saħħithom.

Dan ir-rekord qabel kien f'idejn it-tfal fl-Indja fejn inġabru madwar 15,000 is-sena li għaddiet.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ir-ritratti ta' fotografu Għawdxi fin-National Geographic

Ingrid Fenech
29 ta' Novembru, 2010 14:33 CET Ritratti tal-gżira ta' Għawdex qed iżewqu l-ħarġa t'Ottubru tar-rivista internazzjonali National Geographic hekk kif il-fotografu Għawdxi Ted Attard irnexxilu jesebixxi x-xogħol tiegħu f'dan il-magażin prestiġġjuż.

Ritratt impressjonanti tat-tieqa tad-Dwejra f'Għawdex seraq il-post tar-ritratt favorit tal-ġimgħa fil-verżjoni elettronika ta' dan il-magażin popolari.

Dan ir-ritratt spettakolari juri dan is-sit popolari f'ġurnata mill-isbaħ b'sajjied jistad għall-kwiet fuq blata u numru ta' għaddasa f'dik li hi magħrufa bħala l-Blue Hole, faċċata tat-tieqa tad-dwejra.

Iżda dan mhux l-uniku ritratt tal-istess fotografu li kiseb rikonoxximent internazzjonali.

Fis-suppliment tal-ivjaġġar mal-ħarga t'Ottubru tal-istess rivista, in-National Geographic, wieħed jista' jsib ukoll ir-ritratt ta' Ted Attard li juri l-koppla tal-Bażilika ta' San Ġorġ fir-Rabat Għawdex, b'żewġ ġuvintur jissieltu mar-riħ biex itellgħu bandiera bl-arma tal-Papa Piju XII fuq il-bejt tal-bażilika. Dan il-Papa kien iddikjara l-knisja ta' San Ġorġ bħala bażilika fl-1958.

Il-fotografu Għawdxi stqarr ma' dan il-ġurnal li fix-xogħol tiegħu hu dejjem ifittex li jippromwovi lil Għawdex. **** mistoqsi x'jispirah fix-xogħol artistiku tiegħu, Ted Attard qal li l-hena tiegħu jdur fil-pajsaġġ Għawdxi biex jiġbed ir-ritratti tal-isbaħ partijiet ta' dan ix-xenarju, iżda dejjem ifittex li fir-ritrati tiegħu jinkludi wkoll in-nies, għax dawn, skont Ted Attard, jagħtu bixra ħajja lir-ritratti Ted Attard ilu joqgħod Għawdex għal aktar minn għoxrin sena u kellu karriera twila fil-qasam tal-fotografija, kemm f'Malta kif ukoll fil-Kanada.
29112010143312gozo-malta-diving_27045_990x742.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jinbiegħu għal 4.5 miljun dollaru d-dokument tar-regoli tal-basketball

Carl FARRUGIA
12 ta' Diċembru, 2010 17:57 CET Dokument storiku fejn hemm miktubin l-ewwel regoli tal-basketball inxtraw f'irkant għal 4.3 miljun dollaru, rekord għal memorabilia tal-isport. Żewġ paġni li fihom hemm it-13-il regola mitkubin mill-fundatur Kanadiż James Naismith fl-1891. Id-dokument inbiegħ min-Naismith International Basketball Foudnation ta' Sotheby fi New York. Humwa ġew mixtrija minn żewġ fans tat-tim tal-basketball Kansas David u Suzanne Booth.

Naismith kien kiteb dawn ir-regoli **** ried jintroduċi sport ġdid għas-subien tal-YMCA fi Springfield, Massachusetts **** kien għalliem tal-edukazzjoni fiżika. L-iskola kienet tagħtu ġimgħatejn biex jivvinta sport ġdid u hu lestih lejliet **** kellu jlestih. Il-flus tal-irkant se jgħin lill-fundazzjoni fix-xogħol tagħha.

Il-bejjiegħa tad-dokment jixtiequ juru d-dokument fl-Universita ta' Kansas. Hu għex sal-1939 u fl-1936 ra l-isport li vvinta bħala wieħed olimpiku.

Fl-istess irkant, il-proclama tal-President Lincoln għall-emanċipazzjoni, li ddikjarat il-ħelsien tal-iskjavi li kienu qed jinżammu fl-istati tan-nofsinhar waqt il-gwerra Ċivili u li kienet tal-ex-senatur Bobby Kennedy inbiegħet għal kważi 4 miljun dollaru.
12122010175651_50387142_010777809-1.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kurżitajiet Eklissi tal-qamar u s-solistizju tax-xitwa se jaħbtu fl-istess ħin għall-ewwel darba f'372 sena


20 ta' Diċembru, 2010 19:52 CET Kmieni għada filgħodu il-qamar se jibdel il-lewn tiegħu għal aħmar hekk kif il-qamar se jkun f'linja dritta max-xemx u d-dinja. Għall-ewwel darba f'372 sena l-eklissi tal-qamar se jaħbat eżatt fis-solistizju tax-xitwa, l-iqsar ġurnata tas-sena.

20122010195157nasa_eclipse.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Wirja ta' memorabilja tal-mużika rock u pop ta' bejn il-'50ijiet u t-'80ijiet

Adrian CAMILLERI
8 ta' Frar, 2011 10:50 CET Nhar il-Ħamis, 10 ta' Frar, ser tiftaħ wirja marbuta mal-mużika rock u pop ta' bejn is-snin ħamsin u tmenin. Il-wirja ser tittella' minn Philip 'Rokarja' Pace, li ser ikun ukoll gwida matulha u ser ikun qed jagħti informazzjoni dwar l-istorja tal-mużika ta' dak iż-żmien.

Il-wirja qed tittella' bl-għajnuna ta' John Zammit, Joe Pace, Noel Mifsud, Paul Mifsud, Patrick 'Banzai' Farrugia, Sandro Vella u oħrajn.

Fost il-memorabilia għal wiri ser ikun hemm posters speċjali, ritratti, numru sew ta' kotba u magazines, diski żgħar u kbar (bil-firem awtentiċi), 'picture discs', cassettes, bolli rock u pop, telecards, kitarri żgħar fosthom waħda '24K gold plated' bil-ħaġar Spectra (Swarovski Crystal), plectrums, mudelli ta' personaġġi (Kiss, Freddie Mercury, Elvis Presley, Slash, Sid Vicious, Ozzy, John Lennon, Jimmy Page, Jimi Hendrix, Keith Richards u Jareth (il-karattru maħdum minn David Bowie fil-film Labyrinth, mudelli ta' The Beatles, id-drums ta' Ringo Starr, prints speċjali u affarijiet oħra.

Il-wirja, imtella' f'60a Triq id-Dejqa, il-Belt Valletta, tibqa' miftuħa sal-Ħadd, 13 ta' Frar, b'dawn il-ħinijiet: mill-10:00 sas-13:00 u mill-16:00 sat-20:30. Il Ħadd filgħodu ser ikun hemm il-kantant u kitarrist Mark Spiteri, b'medley ta' kanzunetti famużi ta' dawk is-snin.
822011104736WIRJA%20JOHN%20LENNON%20003.JPG
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Illum il-qamar ser ikun eqreb lejn id-dinja minn normal


19 ta' Marzu, 2011 10:16 CET Matul il-jum tas-Sibt, id-dilettanti kollha tal-astronmija se jistennew b'ħerqa kbira l-fenomenu tal-qamar kwinta għall-fatt li dan ix-xahar mhux ser ikun bħal tas-soltu, u l-qamar ser ikun eqreb lejn id-dinja.

Astronomu li tkellem ma' dan is-sit fisser li f'Malta l-qamar filgħaxija se jkun jidher iżjed tond min-normal - avveniment li jsir kull 20 sena.

Il-qamar ikun erbatax fil-mija ikbar minn **** jkun l-iktar imbieghed filwaqt li d-dija tiegħu tkun 30% iktar.

Ix-xettiċi jgħidu li dan il-fenomenu jista' jwassal għal avvenimenti ġeografiċi oħrajn, fosthom tsunami, għax jogħla l-livell tal-ilma.

Iżda l-esperti fl-astronomija jxejnu dan l-għajdut u jsostnu li dawn huma biss spekulazzjonijiet. Spjegazzjoni xjentifika tal-qamar kwinta tgħid li dan il-fenomenu jwassal biss biex ikun hemm ġibda tal-gravita' mill-qamar fuq id-dinja li mbagħad toħloq il-frugħ fuq il-baħar.

Peress li l-baħar hu fluwidu, iċ-ċaqliq tad-dinja kawżat mill-gravita' tal-qamar se jkun qed iċaqlaq jew ibandal il-baħar fid-dinja - iżda dan iċ-ċaqliq hu negliġibbli.

Kawza ta' dan, il-baħar se jogħla bi ftit. F'Malta, il-baħar se jkun qed jofrogħ inqas minn metru u s-Sibt filgħaxija l-livell tal-ilma baħar se jogħla iżjed bi ftit ċentimetri.

L-effett tal-qamar kwinta jaffettwa iżjed lil pajjiżi oħrajn fil-punent, speċjalment lir-Renju Unit fejn il-livell tal-ilma jogħla b'diversi metri.
1932011101340moon.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kurżitajiet Ix-xiri jtawwal il-ħajja

Robert CREMONA
10 t' April, 2011
Ix-xiri itawwal il-ħajja. Hekk turi r-riċerka. In-nisa u l-irġiel li jmorru jixtru kuljum jgħixu iktar fit-tul minn dawk li ma jmorrux jixtru. Dan l-effett joħroġ ukoll **** jkun hemm kundizzjonijiet fiżiċi u mentali.

Ix-xiri jipprovdi kumpanija, eżerċizzju u opportunita' ta' dieta b'saħħitha. Dan joħroġ minn rapport fil-Ġurnal mediku dwar is-Saħħa tal-Komunita'.

Espert Ingliż jgħid li dawn is-sejbiet jagħmlu sens għaliex ix-xiri jinkludi attivita' fiżika, laqgħat soċjali, u attivita' mentali.

Ir-riċerka sabet li dawk li jmorru jixtru b'mod regolari jgħixu iktar fit-tul minn dawk li jmorru jixtru darba fil-ġimgħa jew inqas. B'hekk ix-xiri mhux biss jagħti gost lix-xerrejja iżda jżid ukoll is-saħħa psikoloġika.
1132011152217NIES%20XIRI%20BELT%20KUMMERC%20004.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Irkantat fuljett tar-regoli tal-futbol ta' l-1858

Carl FARRUGIA
30 t' April, 2011 17:07 CET Fuljett tar-regoli tal-klabb tal-futbol ta' Sheffield FC miktub se jiġi rkantat. Dan id-dokument huwa maħsub li huwa wieħed mill-ewwel regoli tal-football. L-arkivju tal-klabb mistenni li jġib madwar 1.2 miljun sterlina f'irkant f'Lulju.

Sheffield FC huwa l-eqdem tim li ġie ffurmat fl-1857. L-arkivju se jittieħed Pariġi, New York u Doha qabel jiġi rkantat.

Dan il-fuljett jintroduċi r-regoli tal-logħba fosthom il-freekick indirett, il-corner kick u l-użu tal-minduda.

Dr. Heaton qal li għalkemm il-logħba kienet milgħuba fi skejjel privati u fl-Universita' ta' Cambridge taħt regoli differenti, dan id-dokument jintroduċi innovazzjoni u tneħħi l-logħba min-nies sinjuri għall-ewwel darba.

Iċ-Chairman ta' Sheffield FC, Richar Tims qal li d-deċiżjoni li jbiegħu l-arkivju kienet waħda diffiċli imma kienet importanti biex jsalva l-futur tal-klabb.

304201117744football1.jpg
 
Top