*kurzitajiet min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tinstab fekruna tropikali fl-Italja
Ivan VASSALLO
25 ta' Ġunju, 2012 13:57 CET

Fliwaqt li għadha kif intilfet speċi ta' fekruna fil-Galapagos, fl-Italja nstabet fekruna tat-tip Alligator Snapping Tortoise. Fekruna li tista' tikber sa mitt kilo u li għandha wiċċ li jixbaħ dak ta' kukkudrill.

Din il-fekruna nstabet minn bidwi f'għalqa tar-ross bejn Milan u r-raħal ta' Binasco.

Skont il-veterinajru Luca Re li jieħu ħsieb l-isptar għall-annimali eżotiċi, din hija l-ewwel darba li fekruna ta' din it-tip instabet daqshekk viċin il-belt ta' Milan. Il-veterinarju żied li din il-Fekruna toriġina mill-Florida.

Dan l-aħħar minħabba t-traffikar tagħha,li hu illegali fl-Italja, issa saħansitra qed jinstabu l-istess speċi fit-territorju Ewropew u fl-Asja.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Vakanza wi-free

Ivan VASSALLO
26 ta' Ġunju, 2012 19:57 CET F'dinja globaliżżata bi smatphones, tablets u meżżi ta' komunikazzjoni ta' kull għamla u qies, sar verament diffiċli li tinqata' mid-dinja sakemm ma tridx tingħalaq ġewwa xi monsateru. Imma dan l-aħħar qed jinħolqu spazji, bajjiet, lukandi fejn hu ipprojbit li tuża' dawn il-meżżi ta' komunikazzjoni. Dan qed isir bl-iskop li persuna tkun tista' tirilassa mingħajr ma tkun imdejjqa minn email, sms jew telefonata.
Fost dawn il-postijiet hemm il-gżira ta' Elba fejn Hotel partikolari għamel festival tas-silenzju sa biex it-turisti jkunu jistgħu jaqtgħu mir-rutina anka billi jinqatgħu mill-mezzi tal-komunikazzjoni.
Fil-gżira tal-Karibew St. Vincent and Grenadine qed jiġu organiżżati vakanzi ta' 7 iljieli sa biex it-turisti jitgħallmu jkunu ħielsa mit-teknoloġija, fej saħansitra tneħħa kull forma ta' konnessjoni wireless.
Dawn huma ftit minn dawn il-postijiet li joffru vakanza aktar kwieta mis-soltu. Filfatt hemm resorts simili fil-Grecja, l-Marokk u t-Toskana.
http://www.maltarightnow.com/?module=news&t=a&aid=99838389&cid=47#
bajja%20gdida%20bugibba%2014.JPG
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-ISTATI UNITI
Imut il-US Navy 'seal' oriġinali


27 ta' Ġunju, 2012 19:37 CET Tħabbret il-mewt ta' Gunnar, foka ta' 38 sena li qatt ħafna żmien jaħdem mal-Qawwa tal-Baħar Amerikana. Hu ma kienx eżattament membru tan-Navy SEALS, it-taqsima speċjali li fost l-oħrajn qatlet lil Osama bin Laden, imma dan kien l-annimal li n-Navy Amerikana kienet tuża matul il-Gwerra l-Bierda biex jiġbor affarijiet bil-moħbi xi kultant sa fond ta' 150 metru. Barra minn hekk hu kien tħarreġ kif ukoll jużaw turnavit u jdawwar wheel valve kbir.

Wara li spiċċa s-servizz tiegħu mill-militar Amerikan, hu tpoġġa fiz-Zoo Nazzjonali tal-kapitali Washington fejn miet.
2762012193716GunnarSeal.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Restawr fuq statwa ta' Buddha mkisser mit-Talebani
Ivan VASSALLO
28 ta' Ġunju, 2012 09:28 CET

Statwa ta' buddha mnaqqxa fil-ġebel 1500 sena ilu u li kienet ivvandaliżżata mit-Talebani fil-Pakistan qed tiġi irrestawrata minn tim ta' restawraturi mmexxija minn Luca Olivieri. Din l-istatwa tinstab fil-wied ta' Swat fit-Tramuntana tal-Pakistan.

Olivieri jqis li r-restawr parzjali ta' din l-istatwa tal-Buddha tista' ssir realta'. Ix-xogħol beda f'Ġunju għalkemm l-istudji kienu ilhom għaddejjin u fil-fatt fl-2008 olivieri kellu jabbanduna dan il- wied minħabba l-vjolenza settarja u l-attakki suwiċidji li kienu qed iseħħu.

Fi studju iffinanzjat mill-gvern Taljan, olvieri rnexxielu jsib madwar 120 sit Buddist u jieħu ħsieb il-formazzjoni ta' gwidi lokali sa biex jiħoloq forma ta' turiżmu kulturali f'dawk l-inħawi.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Misjuba manuskritt u ritratti ta' Charlie Chaplin

Ivan VASSALLO
28 ta' Ġunju, 2012 16:19 CET Nstab manuskritt ta' Charlie Chaplin f'biblioteka taċ-ċinema fil-belt Taljana ta' Bologna. Din l-iskoperta saret waqt riċerka għaċ-ċlebrazzjoni tas-60 sena tal-film testament ta' Chaplin, "Limelight".


Dan id-dokument għandu, fost l-oħrajn, l-introduzzjoni għas-suġġett tal-film fejn jgħid li l-iskop ta' dan il-film huwa li l-karriera m'hijiex il-milja tax-xewqat tal-bniedem imma it-triq li twasslu għad-destin tiegħu.


Barra minn hekk nstanbu wkoll ritratti li s'issa ħadd ma kien jaf li jeżistu u fejn hemm kemm Chaplin u Buster Keaton waqt l-kien qed isir il-film "Limelight".


Dawn ir-ritratti se jkunu ppreżentati lill-pubbliku waqt Festival bl-isem il Cinema Ritrovato, f'Bologna.
1722012193759chaplin.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jitwieled Panda fil-Ġappun
Ivan VASSALLO
5 ta' Lulju, 2012 13:19 CET

Fil-park bijoloġiku ta' Ueno f'Tokjo, għall-ewwel darba f'24 sena twieled panda. L-omm ta' dan il-panda għandaha seba' snin u jisimha Shin Shin qiegħda taħt osservazzjoni għax hemm il-possibbilta' li tista' twelled aktar ulied.

Shin Shiln ilha mit-30 ta' Ġunju f'parti mhux miftuħa għall-pubbliku sa biex tkun tista' twelled mingħajr inkwiet. It-tqala ta' Panda ddum bejn 80 u 200 jum.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
instabu 100 pittura ġdida ta’ Caravaggio


6 ta' Lulju, 2012 21:50 CET Esperti tal-arti Taljani qalu li sabu madwar 100 pittura ġdida ta’ Caravaggio li ismu proprja kien Michelangelo Merisi da Caravaggio. S’issa kienu biss madwar 90 il-pitturi minn Caravaggio, li miet fl-1610 fl-età ta’ madwar 30 sena wara ħajja mqanqla, li kienu magħrufa mad-dinja tal-arti.

Issa iżda l-istoriku tal-arti Maurizio Bernardelli Curuz u Adriana Conconi Fedrigolli ħarġu żewġ kotba bit-Taljan fejn jagħtu dettalji tas-sejba ta’ dawn il-pitturi li s’issa ma kinux magħrufa u huma parti mill-ewwel xogħlijiet ta’ Caravaggio. Ħafna minnhom huma abbozzi ta’ pitturi imma hemm ukoll pitturi vera u proprja. Ħafna minnhom instabu fost l-arkivji tal-pittur Taljan Simone Peterzano f’Castello Sfozesco. Il-pitturi huma proprjetà tal-belt ta’ Milan.

Il-valur totali tal-pitturi hu stmat ta’ madwar 700 miljun ewro. Caravaggio studja taħt Peterzano bejn l-1584 u l-1588 u ebda pittura minn żmien żgħożitu ma hi magħrufa li qatt instabet. Fiż-żmien **** Caravaggio studja taħt Peterzano hu kellu 11-il sena.

Ta’ 11-il sena, Caravaggio spiċċa orfni. Daħal jagħmel apprentistat ma’ Simone Peterzano ġewwa Milan. Mar Ruma bejn l-1588 u l-1592. Hemm min iżda qed iwaddab dubju fuq din is-sejba wara li raw ir-ritratti tal-abozzi u qalu li hemm bżonn issir verifika b’aktar reqqa tagħhom.

Fost dawk li wrew dubju fuq dak li tħabbar hemm Cristina Terzaghi, li tgħallem l-istorja tal-arti fl-Università ta’ Ruma kif ukoll li kitbet ktieb dwar Caravaggio, u Francesca Cappelletti, riċerkatur u wkoll awtriċi ta’ ktieb dwar il-pittur Taljan. Anki Elena Conenna mill-kunsill lokali ta’ Milan, wissiet għall-kawtela u żiedet li dejjem kien magħruf li kien hemm dawn il-pitturi u kulħadd seta’ jarahom u ma kinitx taf bi żjarat li għamlu l-awturi f’dawn l-aħħar sentejn biex jarawhom.




672012215032ALeqM5gh_LRcCtqn_0Sr5SQiviKOmFAdRQ.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jinstab Katidral taħt it-Torri ta' Pisa

Ivan VASSALLO
11 ta' Lulju, 2012 19:04 CET Bla ebda dubju it-Torri ta' Pisa huwa binja li kważi kulħadd jaf biha. Imma issa nstabet partikolarita' oħra ta' din il-bini ferm iktar interessanti mill-forma mgħawwġa li għaliha hija magħrufa.


Filfatt skavi arkeoloġiċi taħt il-pjazza fejn tinstab it-Torri skoprew kattidral medjevali li tmur lura għas-sena 900. Din hija sejba' partikolarment importanti għalhiex ma kien hemm l-ebda tgħarif dwar din il-Kattidral minn għejjun storiċi. Din il-Katidral, binja zgħira bi tlett navati li għandha kripta b'dekorazzjonijiet li ma kinux mitmuma.


Barra din il-Katidral nstabu wkoll aktar dettalji dwar kif kiniet Pisa fi żmien ir-Rumani u wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman.


Dawn l-iskoperti kienu frott studju ta' tlett snin mill-Universita' ta' Pisa u s-sovrintendenza ta' Firenze, u diversi professjonisti li ħadmu fuq dawn l-iskavi.

19200891912pisa%20tower.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Lonesome George u l-estinzjoni

Clinton Sammut
11 ta' Lulju, 2012 22:11 CET Il-fkieren Chelonoidis nigra abingdonii huma ma razza ta’ fkieren li jgħixu fuq il-ġżira Abingdon, jew kif inhi magħrufa bħala l-ġżejjer ta’ Pinta, li dawn l-aħħar jiem ġiet ikkonfermata bħala speċi estinta.


Ħafna semgħu bil-fekrun Lonesome George, fekrun li għandu karatteristiċi uniċi kumparat ma’ fkieren oħra. Dan għaliex barra l-kobor tiegħu din ir-razza ta’ fkieren kellha għonq twil ħafna filwaqt li tgħix sa madwar 200 sena.


Hemm diversi raġunijiet il-għala din is-subspeċi ta’ fkieren ġiet meqruda li lkoll iduru mal-attivita’ tal-bniedem, fosthom insibu l-kaċċa, it-teħid ta’ dawn il-fkieren f’postijiet oħra tad-dinja u saħansitra f’mużewijiet bħal kif għamlet in-Navy Ingliża fis-sena 1877 u anki l-introduzzjoni tal-mogħoż fuq il-gżira liema mogħoż kienu jieklu l-istess ikel ta’ dawn il-fkieren.


Lonesome George twieled fis-sena 1911 u kien instab, bħala l-aħħar speċi fl-1 ta’ Diċemnru tal-1971 u dan ingħata attenzjoni partikulari biex tipprova tissalva din l-ispeċi.


Saħansitra dan ġie mħallat ma’ fkieren oħra biex jittieħdu frieħ tiegħu imma dan qatt ma rnexxa għaliex il-fkieren biedu iżda l-bajd qatt ma faqqas.


Infatti dan il-fekruna spiċċa s-simbolu tal-konservazzjoni bioloġika u kienu numru ta’ nies prominenti li żaru lil dan il-fekrun matul is-snin fosthom insibu lil Prince Charles, Leonardo Di Caprio u ħafna oħrajn.


Lonesome George miet fl-24 ta’ Ġunju u kellu 101 sena u s’issa l-kaġun għaliex dan miet għadha mhix magħrufa.


Lonesome George jagħti lezzjoni ċara lid-dinja kollha ta’ kemm wieħed għandu joqgħod attent u jillimita l-ħsara ambjentali filwaqt li ċerti attivitajiet tal-bniedem għandhom ikunu limitati u kontollati għax dan jista’ jwassal għall-mewt ta’ diversi speċi oħra li forsi lanqas biss nafu bihom.



1172012221055Pix%20a.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
l-fekruna Loggerhead

Clinton SAMMUT
11 ta' Lulju, 2012 22:15 CET Il-ġimgħa li għaddiet ġriet aħbar pjuttost interessanti u li ħalliet diversi nies affaxinati dwar il-ġrajja li fekruna ta' tip Loggerhead jew kif inhuma xjentifikament magħrufa bħala Caretta caretta telgħat fil-bajja tal-Ġnejna u bejtet hemm.


Dan l-avveniment kien ilu snin ma jseħħ fil-gżejjer Maltin u dan għaliex jista' jkun ħabba diversi fatturi li jagħmlu l-bajjiet inaċċessibli biex il-fkieren ibidu.


Din it-tip ta' fekruna hi klassifikata fil-familja tal-Cheloniidea li huma retili. Ir-retili bħas-sriep għandhom karateristika importanti fejn il-ġilda tagħhom hi magħmula minn qxur aħrax u iebes.


L-isem Loggerhead ingħata minnħabba d-daqs tar-ras prominenti li din il-fekruna għandha flimkien ma' xedaq kbir u b'saħħtu li jagħmel forza tant kbira li jkisser diversi tipi ta' qxur ta' molluski u krustaċi.


Dawn il-fkieren ġeneralment jkbru madwar disgħin ċentimetru b'daqs li jvarja madwar 135 kilogramma.


Iżda wieħed ma jeskludix l-fatt li dawn jikbru aktar minnhekk infatti ġieli nstabu fkieren ta' daqsijiet akbar fosthom 250 ċentimetru b'piż ta' 454 kilogramma, kważi nofs tunellata.


Il-ħajja tagħhom hi simili għal dik tal-bniedem fejn tilħaq l-eta' sesswali tagħha bejn 17 u 33 sena u tgħix ħajja bejn 47 u 67 sena. Sakemm l-fkieren jilħqu l-istadi ta' adulti hu ferm diffiċli li wieħed jagħraf id-differenza fis-sessi iżda **** dan jintlaħaq l-uniku żewġ differenzi huma li l-irġiel għandhom denb eħxen u għandhom il-qoxra li hemm maż-żaqq hi ferm iżgħar minn dawk tan-nisa.


Il-kulur tal-ġilda ivarja minn isfar għal kanella filwaqt li l-qoxra tal-fekruna iġonġi bejn aħmar u kanella. Il-fkieren iqattaw l-maġġoranza ta' ħajjithom fl-ilma ħlief għal dawk l-mumenti qosra fejn l-fekruna titla' mill-baħar u tbid l-bajd f'bejta. Dan il-proċess tirrepettih erba' darbiet infilla f'perjodu ta' 15-il ġurnata bejn bejta u oħra.


Wara li tbid il-fekruna iċ-ċiklu ta' riproduzzjoni tagħha jieqaf għal sentejn jew tlieta.


L-International Union for the Conservation of Nature dawn l-fkieren ġew imħarsa bil-liġi internazzjonali għaliex il-popolazzjoni tagħhom għeda kull ma tmur tonqos u qedgħin f'riskju ta' estinzjoni.


Bħal kull speċi tar-retili oħra dawn il-fkieren huma l-aktar attivi matul il-jum għaliex temperaturi għoljin iżidu l-metabolismu tal-ġisem u anki t-tħabbit tal-qalb li jagħmlu l-fekruna aktar attiva u ferm iktar effiċjenti fil-kaċċa tagħha. Temperaturi inqas min 12-il grad celsius jistgħu ikunu ta' riskju serji għal fekruna b'hekk fix-xitwa l-fkieren ipassu f'postijiet ferm aktar sħan.


Hemm diversi tipi ta' perikli li dawn ir-retili jaffaċjaw fil-ħajja ta' kuljum fosthom ammont kbir ta' plastik li jintrema' fil-baħar li l-fkieren jaħsbuh bram u jiekluh fejn jispiċċaw fgati jew avvelinati, Konzijiet u xbiki fejn il-fkieren jeħlu fihom u jmutu, xbiki tat-tkarkir fejn dawn jinqabdu fihom huma u jkunu fil-qiegħ jieklu, riskju li **** jkunu fil-wiċċ jintlaqtu minn dagħjes u jetskies u kaċċa llegali tagħhom.


1172012221530Pix%20B%20%281%29.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jfittxu għall-ġisem ta' Re mitluf

24 t' Awwissu, 2012 14:13 CET

Arkeologi qed ifittxu għall-ġisem tar-Re RikKardu III tal-Ingilterra. Storiċi jemmnu li dan ir-Re li ismu baqa' mgħaruf għad-dramm ta' Shakespeare, kien jistab midfun ġewwa Knisja tal-Franġiskani, sakemm din inqerdet fir-riforma Anglikana tar-Re Neriku VIII. Mal-knisja għeb ukoll il-ġisem tal-aħħar Re tad-dinastija Anġuvina Paltagenet fl-Ingilterra.

Arkeologi mill-Universita' ta' Leicester qed jippruvaw isibu l-ġisem mitluf tar-Re f'parkeġġ fejn darba kien hemm din il-kinsja.

Jekk ikun hemm xi sejba ta' iġsma dawn għandhom jgħaddu minn testijiet ġenetiċi sa biex jaċċertaw l-identita' ta' dan il-ġisem fl-istess Universita' ta' Leicester.

Kelliema għar-Richard III society qal li r-Re Rikkardu III qal li d-dinastija Tudor li mexxew l-Ingilterra warajħ.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Festival tal-ikel bi ġlieda tadam fil-Fgura, b'risq L-Istrina

Marita PACE
27 t' Awwissu, 2012 12:37 CET Tul dawn l-aħħar erba' snin, il-Gvern investa miljun ewro f'fondi taħt skema li tħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali biex jorganizzaw attivitajiet fil-lokalitajiet tagħhom. Fost dawn se jkun hemm il-''Fgura Arts and Food Fighting Festival'' - attività li kif jixhed isimha, se tkun qed issir fil-Fgura.


Id-dettalji tagħha ngħataw waqt konferenza tal-ahbarijiet organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li kienet indirizzata mill-Assistent Parlamentari u Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius.


Is-Sindku tal-Fgura Byron Camilleri spjega li din l-attività li gawdiet mill-iskema tal-Gvern se tkun qed issir għall-ewwel darba f'Malta.


Dan il-festival li d-dħul għalih se jkun b'xejn se jinkludi l-famuża ġlieda bit-tadam li ssir f'pajjiżi oħrajn, u li wkoll se tkun qed issir għall-ewwel darba f'pajjiżna.


Għall-attività b'kollox gew ordnati 2,000 kilo tadam li huwa ta' kwalità inferjuri – jiġifieri tadam li mhux tajjeb għall-ikel.


Għalkemm se tkun il-qofol, il-glieda tat-tadem mhux se tkun l-unika attività u l-programm ġie mħejji apposta bil-għan li jolqot il-gosti tal-familja kollha.


Il-pubbliku li se jattendi se jgawdi wkoll minn spettaklu shih ta' divertiment mtella' minn bosta artisti lokali fosthom Airport Impressions, Ivan Filletti and Friends u MsLeads.


Dan il-festival li qed jigi organizzat b'risq l-iStrina, se jittella' nhar il-Ħadd li ġej 2 ta' Settembru taħt is-swar tal-Kottonera maġenb il-grawnds tal-futbol tal-klabb ta' Fgura United.
278201212373tomatina_640_05.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tintilef inċiżjoni ta' Rembrandt

Carl FARRUGIA
27 t' Awwissu, 2012 19:00 CET Mużew tal-Arti fin-Norveġja ammetta li tilef fil-post inċiżjoni ta' Rembrandt li tista' madwar £5,400, wara li ppruvaw jiffrankaw il-flus fuq assigurazzjoni u servizz ta' kunsinna.


Il-Mużew Soli Brug f'Greaker, li tinsab 80 km min-nofsinhar ta' Oslo, xtraw l-inċiżjoni ta' Lieven Willemsz van Coppenol mingħand Ingliż. Din l-inċiżjoni kienet saret għal ħabta tal-1658.


Iċ-Chairman tal-Mużew Ole Derje qal li **** mar jġib l-inċiżjoni mill-posta, din ma nstabitx. Dan il-mużew diġa' għandu diversi xogħolijiet ta' Rembrandt, Goya, Munch u Dali.

278201219014Rembrandts-etching-of-Lie-008.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Issir edizzjoni oħra tal-Perdonanza fil-bekt tal-Aquila


28 t' Awwissu, 2012 13:55 CET Fil-belt tal-Aquila, tnieda l-programm tas-718 edizzjoni tal-Perdonanza. Il-Perdonanza hija ċerimonja reliġjuża bħall-ġublew li huwa eklussiv għal din il-belt li kienet inħolqot bl-għajuna ta' Papa Celestinu V, l-uniku papa fl-istorja tal-Knisja Kattolika li kien abdika.


Din iċ-ċerimonja ssir kull sena fil-bażilika ta' Santa Maria di Collemaggio fejn kull min ikun qerr u jipprofessa l-fidi kattolika u jidħol fil-bażilika jingħata indulġenza plenarja skont digriet tal-1294.


Fost iċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru kull sena hemm korteo bil-parċmina tad-digriet Papali li, ħaġa unika ta' din iċ-ċerimonja, tinqara mis-sindku tal-belt qabel ma tinfetaħ il-Porta Santa għal min irid igawdi mill-indulġenza.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Is-Sejf ta' La Vallette fil-Kremlin

Wirja dwar l-Ordni ta' San Ġwann fir-Russja

Mario FRENDO
29 t' Awwissu, 2012 16:29 CET Il-famuż sejf li flimkien max-xabla tal-Gran Mastru La Vallette jinsab għall-wiri fil-Louvre, fi Franza, bħalissa jinsab għall-wiri fil-Kremlin flimkien ma' numru ta' oġġetti ta' valur storiku oħrajn li nġabru kemm minn mużewijiet f'Malta kif ukoll minn mużewijiet barra minn Malta.


Il-wirja qed tittella' mill-Mużewijiet tal-Kremlin f'kollaborazzjoni mal-ambaxxata tal-Ordni Sovrana Militari ta' Malta fir-Russja u qed issir bl-għan li tkun esebita r-relazzjoni bejn l-Ordni u r-Russja. Infatti, il-wirja qed tikkommemora l-għoxrin anniversarju mit-twaqqif tar-relazzjonijiet bejn il-Federazzjoni Russa u l-Ordni b'mod uffiċjali.


Iktar minn ħamsa u għoxrin fil-mija tal-oġġetti kollha ġejjin mill-kollezzjoni ta' Heritage Malta, speċjalment mill-Armerija fil-Palazz Presidenzjali, mill-Mużew tal-Arti u mill-Mużew Marittimu. Hemm esebiti wkoll xi dokumenti mportanti mislufa mill-Librerija ta' Malta. Fl-esebizzjoni hemm koll pittura ta' Antonio Martelli, mpittra mill-magħruf Caravaggio.


Ir-relazzjoni bejn l-Ordni ta' San Ġwann u r-Russja tmur lura sal-1698, matul il-ħakma tal-Granmastru Perellos u wara l-waqa' ta' Malta f'idejn il-Franċiżi, It-Tsar Russu Pawlu l-Ewwel offra li jospita lil xi Kavallieri tal-Ordni.


Il-wirja kienet inawgurata fil-5 ta' Lulju 2012 mill-Granmastru tal-Ordni Fra Matthew Festing u mill-Ministri tal-Kultura tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Medinskiy. L-esebizzjoni tagħlaq fid-9 ta' Settembru 2012. Skont informazzjoni li għandu dan il-ġurnal, eluf ta' persuni qed iżuru l-wirja kuljum.
2982012162854JeanParisotLaValette.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Karozza tispiċċa f'kamra tas-sodda fl-ewwel sular


21 ta' Settembru, 2012 12:09 CET F'Surrey, ir-Renju Unit karozza misjuqa minn 3 irġiel tilfet il-kontroll u wara li għamlet diversi ħsarat fit-triq baqgħet dieħla ġo residenza privata fejn spiċċat fil-kamra tas-sodda li tinsab fl-ewwel sular tad-dar. Dan l-inċident seħħ fl-istess waqt li s-sidien tad-dar kienu reqdin fl-istess kamra.


Qabel ma daħlet ġor-residenza, il-karozza ħabtet ma' diversi karozzi ipparkjati fit-triq, għamlet ħsarat f'diversi sinjali tat-toroq, fence u kaxxa tal-ittri.


Fortunatament, il-koppja li kienu reqdin fil-ħin tal-inċident ma weġġgħux għalkemm it-3 irġiel li kienu fil-karozza ġew rikoverati l-isptar minħabba li kienu qed ibatu minn ġrieħi ħfief.


Inġinier ġie msejjaħ fuq il-post biex jinvestiga il-ħsarat li ġarrbet id-dar, l-aktar it-toqba kbira li saret fil-ħajt tal-ewwel sular.


Wieħed mill-ġirien qal li l-ħsejjes li sema kienu qishom ta' ajruplan mhux ta' karozza u jaħseb li l-karozza għoliet madwar 80 pied qabel ma' spiċċat fil-kamra tas-sodda tad-dar.


Sors: Skynews.com

219201212929ins-crash-house-006-1-942x530.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ftehim bejn kumpanija tal-akrobati u l-browser Google Chrome.

Ivan VASSALLO
21 ta' Settembru, 2012 14:10 CET Is-Cirque du Soleil u l-kumpanija Google laħqu ftehim biex bdew esperiment interessanti fuq l-internet biex il-maġija taċ-ċirku titmexxa għad-dinja elettronika.


L-ispettaklu l-ġdid ta' din il-kumpanija taż-żfin u l-akrobazija jisimha 'Move.Kanti.Revo' mill-kliem bl-Esperanto li jfisser 'imxi, kanta, oħlom'.


F'dan l-esperiment tista' issegwi karattru misterjuż f'dinja tal-ħolm fejn tista' tara spettakli tas-Cirque du Soleil mingħajr ma tmiss il-mouse jew il-keyboard. Dan iwassal sabiex l-iscreen isir bħal kanvas vojt fejn tkun tista' tspikka l-kreativita' ta' dawn l-akrobati.

Għalkemm għall bidu huwa ftit diffiċli biex jinfthiem, dan il-proġett jagħti idea' ta' x'inhuma l-opportunitajiet li joffri l-internet.


Tista' ssegwi din l-esperiment mis-sit elettroniku http://www.movikantirevo.com/

14200835613Google%20logo%20resized.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jaqbeż għoli ta' 39 km


14 t' Ottubru, 2012 20:21 CET Felix Baumgartner, skydiver Awstrijak irnexxilu jikser ir-rekord li jaqbez minn għoli ta' 39 kilometru.


Huwa laħaq il-veloċita' ta' 1,100 kilometru fis-siegħa biex b'hekk qabeż il-velocita' tal-ħoss.


L-għan tiegħu kien li jikser ir-rekord li twaqqaf 52 sena ilu minn Joseph Kittinger, eks kurunell tal-Forzi tal-Ajru Amerikana fl-1960 **** kien qabeż aktar minn 31 kilometru.


Kien għal ħabta tas-sitta u nofs **** huwa telaq minn Roswell, f'New Mexico permezz ta' ballun stratosferiku.


Oħrajn li għamlu attentat biex jiskru dan ir-rekord tilfu ħajjithom waqt li kien qed jippruvaw.

14102012202132_63460154_baumgartnerapredbullstratos.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Disney jixtru l-kumpanija li tipproduċi Star Wars


30 t' Ottubru, 2012 22:47 CET Disney xtraw il-kumpanija Lucasfilm, li tipproduċi Star Wars. Huwa xtraw din il-kumpanija mingħand iċ-chairman u l-fundatur George Lucas għall-valur ta' $4.05 biljun.


Lucas qal li wasal iż-żmien li jgħaddi lil Star Wars għand ġenerazzjoni ġdid ta' min jipproduċi l-films. Disney issa qed tippjana li tagħmel is-sitt film ta' Star Wars fl-2015. Filwaqt li t-tmien u d-disa' espisodji u film ġdid kull sentejn jew tlieta.


L-aħħar film ta' Star Wars kien fl-2005, 'Revenge of the Sith'. Disney se jħallsu nofs il-kumpanija fi flus filwaqt li n-nofs l-ieħor fi stocks fejn se toħroġ 40 miljun sehem.


Il-kumpanija Lucasfilm pproduċiet diversi films fosthom Indiana Jones, Willow u Labyrinth.


Dan il-ftehim ġie wara li fl-2006 Disney kien xtraw lil Pixar Studios għall-valur ta' $7.4 biljun u fl-2009 lil Marvel comics għall-valur ta' $4.2 biljun.


L-ewwel film ta' Star Wars kien ħareġ fl-1977.
30102012224655_63819199_starwars.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Illum iċċelebrat Halloween

Rosemary SACCO
31 t' Ottubru, 2012 10:50 CET Il-31 t'Ottubru huwa sinonimu mal-festa ta' Halloween. Dawk dilettanti jorganizzaw diversi attivitajiet fejn ikunu jistgħu jilbsu dak il-kostum, li jarawh tajjeb li jistgħu iqanqlu xi biża'.


Hija wkoll festa għat-tfal, b'uħud jistennew din il-ġurnata biex imorru jħabbtu l-bibien fit-trick or treat.


Fl-aħħhar snin f'Malta din il-ġurnata saret tieħu aktar ħajja, u bil-mod il-mod qed tidħol ukoll fil-kalendarju tal-attivitajiet ta' matul is-sena. F'diversi postijiet mxerrdin f'Malta, uħud jorganizzaw attrazzjonijiet għall-pubbliku biex ikunu jistgħu jidħlu fl-atmosfera ta' iħirsa u fatati, kif ukoll ma tonqosx il-qargħa ħamra, jew kif ħafna jafuha, bħala Jack o Lantern.


Bħal kull festa oħra, assoċjata mal-festa ta' Halloween ma jonqosx xi ħaġa tal-ħelu tajba, bħall-għadam tal-mejtin.


Halloween hija preparazzjoni għax-xahar ta' Novembru, ix-xahar iddedikat lill-mejtin.

31102012105018halloween.jpg
 
Top