*kurzitajiet min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-aktar April sħun u bix-xita fi 30 sena


2 ta' Mejju, 2011 14:15 CET April li għadda kien l-aktar April sħun fit-30 sena bejn l-1961 u l-1990, b'temperatura medja li tlaħħaq is-16.4 grad celsuis. Dan jirriżulta minn stqarrija tal-MIA li fiha intqal li l-aktar ġurnata sħuna f'April li għadda kienet l-10 tax-xahar **** t-temperatura laħqet it-23.8 grad. Kien fl-1985 li f'Malta kienet reġistrata l-ogħla temperatura għal April **** fid-9 tax-xahar din laħqet it-30.7 grad celsuis.

L-aktar temperatura baxxa f'April li għadda kienet reġistrata fil-21 tax-xahar **** din niżlet għal 10 gradi Celsius. Jirriżulta li l-aktar April kiesaħ kien reġistrat fl-10 ta' April 1956 **** t-temperatura niżlet 4.4 gradi celsius.

Ix-xahar li għadda kienet reġistrata wkoll total ta' 28.8 mm ta' xita li hi aktar mill-medja ta' 22.5 mm xita għal April. L-MIA qal li x-xahar li għadda kienet reġistrata qawwa medja ta' 8.7 mil nawtiku li hu inqas mill-medja ta' 10.3 mil nawtiku stabbilit.

Dwar it-temperatura tal-baħar, l-MIA qal li t-temperatura medja x-xahar li għadda kienet ta' 16.8 grad fil-mija li kienet aktar mit-temperatura medja għal April 1978. Jirriżulta li April li għadda kien wieħed li fih kien hemm xemx aktara min-normal fejn jirriżulta li l-medja kienet 8.5 siegħat ta' xemx. L-aktar ġurnata ta' xemx kienet is-17 ta' April bi 12.1 siegħat waaqt li l-aktra ġurnata mdallma kienet it-30 ta' April li fiha ma kienx hemm xemx qawwija.

Kien hemm ukoll żewġ ġranet b'maltempati f'April li għadda. Dawn kienu l-24 u l-25 tax-xahar. Dan kien aktar mill-medja għal April sa mill-1951. F'April li għadda kien reġistrat ukoll ċpar fit-3, fl-10 u fil-11 tax-xahar, li naqqset il-viżibilta' għal kilometru fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.
47200813385Temp%20Xemxi.JPG
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-GĦARABJA SAWDITA
Nisa arrestati għaliex kienu qed isuqu


10 ta' Ġunju, 2011 19:53 CET L-awtoritajiet fl-Għarabja Sawdija arrestaw sitt nisa talli nqabdu jsuqu l-karozza fil-kapitali, Riyadh bi ksur ta' liġi li tippermetti biss is-sewqan mill-irġiel. M'hemmx liġi li tipprojbixxi s-sewqan min-nisa, iżda min isuq fil-pajjiż jista' biss juża liċenżja maħruġa mill-awtoritajiet Sawditi, u din tinħareġ biss lill-irġiel.

Din bħalissa hi kwistjoni taħraq li bdiet tbaqbaq permezz ta' dak li qed jinkiteb fuq l-internet wara li x-xahar li għadda żewġ nisa oħra kienu arrestati talli nqabdu jsuqu. Skont waħda mis-sitta li nqabdu jsuqu, huma nġabru f'post fil-kapitali biex jgħallmu lil xulxin kif isuqu. Hi qalet li saru jafu lil xulxin permezz tal-Facebook u t-Twitter. Iżda sar raid fuqhom, kienu arrestati u wara mitluba li xi ħaġa tas-sess maskili jiġi għalihom ħalli jeħodhom lura d-dar.

In-nisa fl-Għarabja Sawdija wkoll ikollhom bżonn kunsens bil-miktub minn xi ħadd tas-sess maskili li jiġi minnhom, anki binhom, biex jaħdmu jew jivvjaġġaw barra mill-pajjiż.
262008123452Cars%20Parked%20BW.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Filippin dikjarat bħala l-iqsar raġel tad-dinja Carl FARRUGIA 12 ta' Ġunju, 2011 13:15 CET Żagħżugħ minn familja fqira fil-Filippin ġie dikjarat bħala l-iqsar raġel fid-dinja malli għalaq 18-il sena. Jurney Balawing li huwa twil 59.93cm ingħata ċ-ċertifikat mill-Guinness World Records waqt festin f'għeluq sninu. Huwa 7cm iqsar minn Khagendra Thapa Magar min-Nepal li kellu r-rekord minn Ottubru. Skond missieru, Balawing waqaf jikber **** kellu sentejn. Huwa qal li huwa marradi u t-tobba ma jafux għaliex waqaf jikber. Qraba qalu li għandu diffikulta' biex joqgħod bil-wieqfa u jimxi. It-tliet ħutu huma ta' daqs normali.
1262011131453_53367467_53367466.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Illejla eklissi totali tal-qamar

Josianne CAMILLERI
15 ta' Ġunju, 2011 10:27 CET Wara nzul ix-xemx, illejla mistenni jseħħ eklissi totali tal-qamar. L-eklissi jibda fis-19:25, qabel jitla' l-qamar. Dak il-ħin il-qamar jibda dieħel fil-penumbra, li hija l-parti tad-dell tad-dinja l-inqas mudlama.

Imbagħad, il-qamar jibda dieħel fl-umbra, il-parti l-iktar skura tad-dell, fit-20:23 **** jkun għadu ftit biss il-fuq mix-xefaq fid-direzzjoni tal-Lvant. Il-qamar jitgħatta bilmod sakemm jidħol kollu fl-umbra fid-21:22 **** jibda l-eklissi totali.

Waqt l-eklissi totali l-qamar jieħu kulur ħamrani jew kannella.

L-eklissi totali jispicca fil-23:03 **** l-qamar jibda ħiereġ mill-umbra. Il-qamar joħroġ għal kollox mill-umbra f'00.02 **** jkun fl-għoli ħafna fis-sema.

L-Għaqda tal-Astronomija qed torganizza attivita' f'Żonqor Point, Wied il-Għajn, biex il-pubbliku jsegwi l-eklissi.
192200881841Lunar%20eclipse%20-%20Xjenza%20u%20Teknologija.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tintemm era spazjali wara 30 sena


19 ta' Lulju, 2011 20:06 CET L-aħħar space shuttle, l-Atlantis, telqet mill-istazzjon spazjali internazzjonali biex hekk intemm programm ta' missjonijiet spazjali li ilu sejjer 12-il sena lejn dan l-istazzjon.

Din tal-Atlantis hi l-aħħar missjoni ta' din it-tip ta' vettura spazjali wara 135 missjoni. L-Atlantis hi mistennija tasal lura fid-dinja nhar il-Ħamis u b'hekk jintemm il-programm spazjali tas-shuttle li kien ilu sejjer 30 sena.
r
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Skype fuq Facebook


In-network soċjali Facebook se jżid aktar servizzi għal dawk kolla li jużaw dan is-sit popolari - issa is-servizz ta' Skype li jipprovdi kuntatt viżiv bejn żewġ persuni se jkun aċċessibli fuq Facebook ukoll. Dan tħabbar mill-Kap Eżekuttiv ta' Facebook Mark Zuckerberg.

Bħalissa huma madwar 750 miljun dawk li jużaw Facebook.
222200814935facebook_logo.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jinstab vapur ieħor bil-fidded fl-Atlantiku


11 t' Ottubru, 2011 11:12 CET Il-kumpanija ta' salvataġġ marittimu Odyssey Maritime sabet it-tieni vapur Britanniku mimli fidda f'temp ta' xahar.


Il-bastiment Mantola kien mgħarraq minn sottomarin Ġermaniż fl-Ewwel Gwerra Dinjija u l-fdalijiet tiegħu instabu f'fond ta' 2,500 metru fl-Oċean Atlantiku madwar 100 mil 'il bogħod mill-fdalijiet tal-bastiment Gairsoppa li nstab mill-istess kumpanija ix-xahar li għadda.


Il-bastiment Mantola kien mgħarraq fid-9 ta' Frar tal-1917 u kien qed iġorr tgħabija ta' 17-il tunnellata fidda li l-valur attwali tiegħu hu stmat ta' 19-il miljun dollaru.
11102011111211odyssey.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Skoperti li jistgħu jirrivoluzjonaw il-fiżika moderna

Simon Vella Gregory
23 ta' Settembru, 2011 17:35 CET Esperiment li sar fiċ-ċentru xjentifiku tas-CERN fl-Iżvizzera, wasal għal-riżultati li jistgħu jkissru it-teoriji kollha ta' Albert Einstein f'dik li għandha x'taqsam ir-relattivita'. Skoperta li taf tbiddel il-prinċipji li fuqha hi mibnija l-fiżika moderna.


Dan hekk kif minn data li nġabret f'esperiment, deher li hemm partiċelli li jistgħu jivjaġġaw aktar mill-velocita' tad-dawl, xi ħaġa li qabel kienet meqjusa impossibli. Minkejja dawn ir-riżultati, jidher li baqa' snin twal biex din l-iskoperta tkun kkonfermata u jridu jsiru numru ta' verifiki minn xjentisti differenti minn madwar id-Dinja.


Nicholas Sammut, ix-xjentist Malti li jaħdem mas-CERN qal li din hi kisba importanti ħafna u saħaq li Malta wkoll qed tgawdi minn dan iċ-ċentru.
2392011173515CERN.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Dezerta ta' 22,000 lira sterlina

maltarightnow.com
13 t' Ottubru, 2011 19:09 CET Dan iċ-chef f'Lake District fir-Renju Unit ħoloq l-aktar deżerta għalja fid-dinja – tiswa 22,000 lira sterlina.


Din id-deżerta hi magħmula mhux biss minn ċikkulata iżda anke folji tad-deheb u saħansitra djamant. Jonqos biss xi ħadd li jixtri din id-deżerta biex b'hekk tkun tista' tidħol fil-Guinness Book of Records.
131020111982322k%20desert.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Van Gogh ma qatilx lilu nnifsu

maltarightnow.com
17 t' Ottubru, 2011 18:17 CET L-artist Olandiż Vincent Gogh ma qatilx lilu nnifsu. Hekk qed isostnu awturi tal-bijografija l-ġdida tal-artist li jgħidu li kuntrarju għal dak li ħafna jemmnu huwa probabli li ntlaqat minn tir minn arma tan-nar li ma kienitx taħdem tajjeb użuat minn żewġ subien ħbieb tiegħu.


Huma waslu għal din il-konklużjoni wara 10 snin ta' studju. Jidher li dawn is-subien kienu jkunu mal-artist u kienu magħrufa għal-logħob tagħhom bl-armi. Huma kienu sikwit jixorbu mal-artist fl-istess ħin tal-ġurnata li fih hu maħsub li miet Van Gogh.
r
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
700 ġurnata tqala għal Azizah

Iljunfant f'Bedfordshire

MaltaRightNow.com
4 ta' Novembru, 2011 22:08 CET Fl-aħħar jiem twieled iljunfant fiz-Zoo ta' Bedfordshire fir-Renju Unit li s'issa, għadu ma ingħatax isem.


Iżda li hu interessanti dwaru hu illi l-kuraturi taz-Zoo kellhom jistennew 700 ġurnata għat-twelid tiegħu – daqshekk damet it-tqala ta' ommu Azizah, **** tqala normali għal Iljunfant Ażjatiku tkun ta' 22 xahar.

_44408835_babyelebody.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tinstab figura tax-xitan fl-affreski ta' Giotto


6 ta' Novembru, 2011 14:12 CET Instabet figura tax-xitan moħbija fis-sħab f'waħda mill-affreski ta' Giotto. Din instabet **** kien qed isir restawr fil-bażilika ta'San Franġisk ta' Assisi.


Is-sejba saret minn studjuża tal-istorjat al-arti Chiara Frugone. Dan il-profil jinkludi figura tidħaq u bil-qrun moħbija mill-isħab f'xeni li turi l-mewt ta' San Franġisk. Il-figura hija diffiċli ħafna li tinduna biha minn bogħod imma tidher ċara mill-viċin.


Sergio Fusetti, il-kap tar-restawr qal li probabli Giotti qatt ma ried li l-figura tax-xita kien parti importanti mill-pittura u għalhekk għamilha ġos-sħab.


L-aħħar li ġew restawrati dawn l-affreski kien fl-1997 wara t-terrimot li ħalla ħsarat kbar.

6112011141215download.jpg


6112011141115painting.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-Isvizzera: Prezz Rekord

MaltaRightNow.com
16 ta' Novembru, 2011 19:19 CET [FONT=Mtimes, serif]Djamant isfar magħruf bħala “Sun-Drop Diamond” inbiegħ għall-prezz ta' 12.36 miljun dollaru – rekord dinji għal djamant isfar – waqt irkant f'Ġinevra. Id-djamant hu l-akbar ta' kulur isfar u b'forma partikolari li jiżen 110.03 karat.[/FONT]

_56735711_013304953-1.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-itwal Christmas Log sar fiċ-Ċina

MaltaRightNow.com
2 ta' Diċembru, 2011
Iċ-Ċiniżi kisru r-rekord tad-dinja għall-itwal christmas log li qatt sar – twil aktar minn elf metru.


L-uffiċjali tal-Guinness Book of Rekords preżentaw iċ-ċertifikat wara li kejlu t-tul ta' dan il-log impressjonanti. Ix-xogħol fuqu ħa 24 siegħa, b'elf kilogramma ta'dqiq u 400 kilogramma ta' ċikkulata xogħol l-idejn bravi ta' 80 kok.


Dan il-log tal-Milied huwa ħames darbiet akbar mir-rekord preċedenti.

2122011195720longest_Christmas_cake-China.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Iċ-ċikkulata tgħinek biex tevita il-puplesija


13 ta' Diċembru, 2011 12:14 CET Riċerkaturi Svediżi sabu li n-nisa li jieklu ċ-ċikkulata kull ġimgħa għandhom 20% inqas ċans li jaqbadhom attakk ta' puplesija **** mqabbla ma' nisa li ma jieklu l-ebda ċikkulata. Ir-riċerka, li bdiet fis-sena 1997 u saret fuq mhedda ta' għaxar snin, involviet 'il fuq minn 33,000 mara Svediża, kollha bejn 49 u 83 sena. In-nisa kellhom jimlew kwestjonarju dwar id-drawwiet tal-ikel tagħhom, fosthom kemm jieklu ċikkulata kull ġimgħa.


Tul l-għaxar snin ta' riċerka, seħħew 1,600 attakk ta' puplesija. Wara li kkunsidraw il-fatturi l-oħra li jwasslu għal puplesija, fosthom it-tipjip, instab li dawk in-nisa li kielu l-inqas ċikkulata kellhom l-ikbar numru ta' attakki. L-attakki kienu bil-ferm inqas fost dawk in-nisa li kielu ċ-ċikkulata darbtejn fil-ġimgħa.


Ir-riċerkaturi ammettew li dan ir-riżultat ma kienx ta' sorpriża kbira għalihom minħabba li l-kakaw li hemm fiċ-ċikkulata fih numru ta' kimiċi magħrufa bħala "flavonoids". Dawn huma magħrufa li jnaqqsu l-ammont ta' kolesterol ħażin fid-demm u b'hekk inaqqsu ċ-ċans li wieħed ikollu puplesija.


Mir-riċerka ħareġ ukoll li ċ-ċikkulata sewda, minħabba li fiha iktar minn dan l-ingredjent, tagħti benefiċċji ikbar minn ċikkulata tal-ħalib. Iktar minn hekk, instab li ċ-ċikkulata sewda tnaqqaslek il-pressjoni, filwaqt li tgħinek tevita d-dijabete u tnaqqaslek iċ-ċans li tiżviluppa l-qxur fid-demm.



13122011121428chocolate1.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Studenta Indiana Jyoti Amge, l-iqsar mara fid-dinja

Carl FARRUGIA
17 ta' Diċembru, 2011 11:57 CET Studenta Indiana ta' 18-il sena li hija twila 62.8 cm ġei kkonfermata mill-Guiness World records bħala l-iqsar mara. Jyoti Amge hija 7cm iqsar mill-Amerikana Bridgette Jordan.


Hija ngħatat it-titlu il-Ġimgħa **** għalqet żmienha fil-belt ta' Nagpur. Il-kundizzjoni ta' Amge hija msejħa achondroplasia, forma ta' naniżmu u mhux mistennija titwal iktar.


Fl-2009 hija kienet l-iqsar teenager **** kienet twila 61,95cm. Hija attendiet l-iskola normali mill-eta' ta' erba' snin. Hija mistennija tkompli l-istudji tagħha fl-Universita'


Amge qalet li hija kuntent li hija qasira għax kieku ma kinitx tieħu dan ir-rekord u kieku ma kienx ikollha ċ-ċans iżżur il-Ġappun u l-Ewropa u diversi pajjiżi oħra.


Pauline Musters li kienet tgħix bejn l-1876 u l-1895 fl-Olanda kienet l-iqsar mara **** kienet twila 61cm.


17122011115740_57377230_013538322-1.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Riċerka ġdida turi li l-Liżar ta' Turin aktarx hu awtentiku


20 ta' Diċembru, 2011 19:40 CET Fl-Italja ħareġ rapport ġdid li jsostni li l-Liżar ta' Turin aktarx hu awtentiku u Ġesù Kristu fil-fatt kien tgeżwer fih. Xjenzjati Taljani wettqu sensiela ta' testijiet avvanzati fuq bċejjeċ minnu u jsostnu li l-marki li hemm fuq il-liżar, li jingħad li tħallew mill-katavru ta' Kristu, ma setgħux ikunu falsifikati bit-teknoloġija li kien hemm fil-perjodu tal-Medjuevu, bħalma jsostnu xi wħud.

Xi xettiċi ilhom isostnu li l-liżar kien inħadem fi żmien il-Medjuevu u kien faz. Testijiet li kienu saru fl-1988 bir-radiocarbon ****** f'laboratorji f'Oxford, Zurich u Arizona, kienu dehru li taw appoġġ għal dan. Iżda dwar dawn it-testijiet kienet ukoll inqalgħet polemika minħabba li l-bċejjeċ ta' drap li kienu ttieħdu mil-liżar kienu spiċċaw kontaminati minn bċejjeċ li kienu intużaw biex issir tiswija fih **** dan sofra ħsara f'nar fil-Medjuevu.

Il-Liżar ta' Turin hu lok ta' misteru u kontroversja li ħawdu l-imħuħ għal sekli sħaħ u dwaru nkitbu diversi kotba u rapporti. Jingħad li x-xbieha li hemm fuqu saret mal-qawmien ta' Kristu. Fuq il-liżar, li fih kważi erba' metri u nofs, hemm katavru ta' bniedem iżda d-dettall tiegħu joħroġ **** wieħed jara n-negattiva tiegħu.

Skont riċerka mill-Aġenzija Nazzjonali għat-Teknoloġija, Enerġija Ġdida u Żvilupp Sostenibbli fl-Italja, l-esperti kkonkludew li ħafna karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tal-liżar tant huma partikolari li hu kważi impossibbli li wieħed jagħmilhom f'laboratorju. Huma konkludew li biex wieħed jagħmel ix-xbieha li hemm fuq il-liżar eżatt kif inhi, irid juża l-lasers ultraviolet – teknoloġija li ovvjament ma kinitx teżisti fi żmien il-Medjuevu.
Huma konkludew li x-xbieha tar-raġel bid-daqna li hemm aktarx kienet maħluqa minn xi forma ta' enerġija elettromanjetika bħal dawl qawwi ħafna. Ix-xjenzjati Taljani iżda żammew pass lura milli jagħtu spjegazzjoni mhux xjentifika għal dan il-fenomenu.
Il-Professur Paolo Di Lazzaro, li mexxa r-riċerka, qal li din ma kinitx konklużjoni iżda biċċa minn biċċa xogħol kumpless u affaxxinanti.

Ir-riċerka saret f'laboratorji fi Frascati u tħaddan riċerka li kienet saret minn grupp ta' 31 xjenzjat Amerikan bejn l-1978 u l-1981.
L-Amerikani wettqu 120 siegħa ta' X-rays u testijiet oħra fuq il-liżar u kienu kkonkludew li dak li hemm fuq il-liżar ma sarx b'żebgħa jew xi ħaġa simili minn xi artist iżda fl-istess ħin dak li hemm ma setax ikun spjegat mix-xjenza moderna u dak li hemm hu misteru.



2932010155152alg_shroud-of-turin.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Żewġ pjaneti jixbħu ħafna lid-dinja tagħna

Gabriel ELLUL
24 ta' Diċembru, 2011 09:28 CET Ftit il-bogħod mis-sistema solari tagħna nstabu żewġ pjaneti li għandhom xebħ kbir għad-dinja tagħna: il-grupp ta' riċerkaturi li wettaq din l-iskoperta għażel li jagħtihom l-isem Kepler-20e u Kepler-20f 4, wara li użaw it-teleskopju Kepler biex skoprewhom. Ir-riċerkatur ewlieni tal-grupp, Francois Fressin, tenna li probabbilment dawn iż-żewġ pjaneti huma sħan wisq biex fihom teżisti l-ħajja.

2412201192627477859main_KeplerSinglePanelStill.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jitolbu għad-divorzju wara 77 sena miżżewġin
maltarightnow.com
30 ta' Diċembru, 2011 11:44 CET

Il-qawl Malti jgħid li d-dnub ma jorqod qatt u li ż-żejt dejjem jitla f'wiċċ l-ilma.

Żgur li għal koppja miżżewġa Taljana, dawn iż-żewġ idjomi Maltin huwa tassew verita'. Dan hekk kif identifkati sempliċiment bħala Antonio u Rosa, li ilhom miżżewġin xejn inqas min 77 sena sejrin jirrikorru għad-divorzju hekk kif ir-raġel skopra li martu ma kienetx fidilha lejh lura fis-snin erbgħin.

Il-mara għamettiet ma' żewgha li kellha affari fis-snin erbgħin madankollu t-trapass ta' żmien jidher li ma kienx biżżejed għal Antonio. Jekk il-koppja tassew tikseb id-divorzju allura jsiru l-aktar nies anzjani li kisbu d-divorzju. Dan hekk kif Antonio għandu 99 sena filwaqt li martu Rosa għandha 96 sena.

Ir-rekord s'issa huwa f'idejn koppja Ingliża Bertie u Jessie Wood li kellhom 98 sena **** kibsu d-divorzju.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Eluf ta' oġġetti tat-Titanic se jiġu rkantati


1 ta' Jannar, 2012 10:35 CET Eluf ta' oġġetti li kienu fuq it-Titanic se jinbiegħu f'irkant. L-oġġetti li jammontaw għall-valur ta' £121 miljun se jiġi rkantati fil-15 ta' April mill-Irkantaturi Guernsey. Il-kollezzjoni ta' 5,500 oġġett, ttellgħu mill-baħar f'seba' missjonijiet bejn l-1987 u l-2004.


Kien fl-10 ta' April 1912 li t-Titanic telaq mill-Ingliterra fejn wara ħamest'ijiem ħabat ma' silġa u għereq fejn ħalla 1,517-il persuna mejta. Il-bejgħ minn dan l-irkant irid jiġi approvat mill-qorti federali ta' Virgina.

112012103546_57615060_013590190-2.jpg
 
Top