*kurzitajiet min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ivvintata faxxa li tħaffiflek il-fejqan

Gabriel ELLUL
5 ta' Jannar, 2012 22:31 CET Fi skoperta li saret f'dawn l-aħħar xhur, riċerkaturi f'Illinois, fl-Istati Uniti, ivvintaw faxxa li **** titqiegħed fuq il-ġrieħi tħaffef il-proċess ta' fejqan. Dan hu possibli minħabba li l-faxxa għandha timbru mikroskopiku fil-ħjata tagħha, timbru li jarmi sustanzi li jiggwidaw il-mod kif l-arterji jerġgħu jikbru fil-ġerħa tal-pazjent.


Billi tikkontrolla l-iżvilupp tal-arterji, iktar nutrijenti jkunu jistgħu jitwasslu lill-partijiet tal-ġisem affetwati, kemm jekk din tinvolvi l-għadam, il-muskoli jew il-ġilda.

51201222313111215135849-large.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ġappuniż jiftaħ villaġġ fil-qalba ta' Tokjo

Gabriella FARRUGIA
29 ta' Jannar, 2012 19:26 CET Raġel Ġappuniż, Takeshi Kobayashi, se jiftaħ villaġġ li jġib l-isem ta' Yoyogi.


Yoyogi- li l-isem ifisser ''ġenerazzjoni tas-siġar'' huwa villaġġ żgħir fil-qalba ta' 'Tokjo li ilhu jeżisti sa mis-sena 1889 iżda qatt u mkien ma jissemma fl-ebda mappa turistika ta' Tokjo. U dan għaliex għalkemm il-villaġġ jinsab ftit il' bogħod mill-istazzjon tal-ferrovija ta' Tokjo, it-trejqa li twasslek għal dan il-villaġġ hi diffiċli biex issibha.


Dan raġel li huwa produttur tal-mużika ddeċida li jittrasforma dan il-villaġġ f'eco-park mimli ħwienet,restoranti, spazju wiesgħa fejn jistaw jiġu organizzati avvenimenti kif ukoll ġnien enormi.


Hekk kif f'dawn is-snin kollha Yoyogi qatt ma ssemma', wara din it-trasformazzjoni hu maħsub li ma jdumx ma jkun fuq fomm kulħadd.
2912012192456yoyogi.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
instabu kranji ta' 33 elf sena ilu

Amy BORG
30 ta' Jannar, 2012 19:17 CET Fil-Belġju u fis-Siberja nstabu kranji taħt l-art ta' klieb li kienu jgħixu mat-33 elf sena ilu.


Minn studju li sar jirriżulta li dawn il-klieb kienu klieb domestiċi. Dan huwa xhieda tal-fatt li l-kelb sar annimal domestiku ħafna snin qabel ma saru annimali domestiċi numru ta' annimali oħrajn.


Mill-istudju li sar fuq dawn il-kranji jidher ċar li l-klieb kienu jservu ta' kumpanija u ta' protezzjoni għall-bniedem sa mill-qedem. Dan minħabba l-geddum u x-xedaq ta' dawn il-klieb, li għandhom forma differenti minn dawk ta' annimali oħra li huma aktar agressivi, bħal fil-każ tal-lupu, li għandu xedaq inqas miftuħ u geddum itwal.


Ix-xjenzati użaw l-metodu magħruf bħala carbon ******, sabiex jaraw għal-liema żmien imorru lura dawn il-kranji tal-klieb. Ġiet eżaminata wkoll l-istruttura tal-għadam li nstab.


Skont Greg Hodgins li huwa riċerkatur fl-Universita' ta' Arizona, l-kelb minn dejjem kien dak l-annimal li jipprovdi kumpanija u protezzjoni lill-bniedem.


Hodgins sostna wkoll l-aktar fatt interessanti li joħroġ mis-sejba ta' dawn il-kranji hu dak li l-kelb minn dejjem kien l-aqwa ħabib tal-bniedem, saħansitra, anke 33 elf sena ilu.


L-intelligenza tal-klieb minn dejjem kienet tiġi nnotata u apprezzata.


Dan jgħodd ukoll għal żminijiet ferm aktar riċenti. Fil-fatt, skont riċerka oħra, li tmur lura għall-1939, in-Nażisti għażlu li jgħallmu lill-klieb tagħhom, biex jaqraw, jitkellmu u jagħrfu l-ittri.


Dan kienu għamluh bl-iskop li jirnexxilhom jirbħu t-tieni gwerra dinija. Adolf Hitler saħansitra pprova jibni armata ta' klieb perikolużi li kienu kapaċi jitkellmu.


Skont din ir-riċerka straordinarja, uffiċjali Nażisti, apparti li kienu jgħallmu lill-klieb jitkellmu kienu anke jgħallmuhom biex iwasslu sinjali b'saqajhom. Jingħad li kien hemm xi klieb li nstemgħu jitkellmu dwar ir-reliġjon u anke dwar il-poeżija. F'każ minnhom, jintqal li kelb partikolari, **** mistoqsi minn kien Adolf Hitler, wasal biex qal il-kliem "mexxej tiegħi".
3012012191139dog-skull-profile-_2118920b.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Erba' studenti Maltin jieħdu sehem f'simulazzjoni fir-Renju Unit


13 ta' Frar, 2012
Jannar li għadda Laura Muscat, Vivienne Bajada, Jean-Paul Gatt u Tobias Roth, erbgħa studenti mill-Istitut tal-Istudji Ewropej tal-Universita’ ta’ Malta żaru tar-Renju Unit sabiex jipparteċipaw f’SUNY MEU ġewwa l-Universita’ ta’ Exeter. Din tirreferi għall-iState University of New York u s-simulazzjoni organizzata minn din l-Universita’, li tiġi imtella’ annwalment u li hija arranġament trans-Atlantiku li jippromwovi komunikazzjoni fuq affarijiet globali bejn studenti Ewropej u dawk Amerikani. Din l-attivita’ tagħti ukoll opportunita’ sabiex studenti jitgħallmu iktar dwar l-infrastruttura tal-Unjoni Ewropea (UE) u l-interazzjonijiet eżistenti li hemm f’Istituzzjonijiet Ewropej f’laqgħat bejn il-pajjiżi membri.

Il-fatt li l-avveniment sar ġewwa Exeter li fi kliem Dickens stess hija ‘l-isbaħ mill-isbaħ kontej Ingliżi’ espona il-parteċipanti għal kultura ta’ belt li għandha kważi elfejn sena ta’ storja. Il-Katidral ta’ San Pietru li baqa’ wieqaf anka jekk kien ibbumbardjat waqt it-Tieni Gwerra Dinjija huwa ta’ stil gotiku ingliż b’ħafna ħġieġ ikkulurit. J. K. Rowling, l-awtriċi tal-kotba ferm famużi ta’ Harry Potter kienet fil-fatt tistudja l-lingwa Ingliża ġewwa l-Universita’ ta’ Exeter, ħadet ħafna mill-ispirazzjonijiet tagħha għall-postijiet deskritti fil-kotba minn Exeter stess – Diagon Alley oriġinat minn Gandy Street u it-turġien jiċċaqalqu ġewwa Hogwarts mill-ammont eżaġerat ta’ turġien ġewwa l-Universita’ stess. Xejn ma ngħidu dwar l-Universita’ ta’ Exeter li hija indurata b’kemm bini qadim kif ukoll dak ultra-modern, mifrudin b’firxa ta’ ġonna botaniċi u ħdura.

Fis-simulazzjoni innifisha, it-tim Malti irrappreżenta l-Portugall. Laura ħadet ir-rwol ta’ Kap ta’ Stat, fil-kaz tagħha Pedro Passos Coelho, Vivienne ta’ Vitor Gaspar (il-Ministru responsabbli mill-Ekonomija u l-Finanzi), Tobias ta’ Paolo Portas (il-Ministru tal-Affarijiet Barranin) u Jean-Paul ta’ Manuel Lobo Antunes (ir-Rappreżentant Permanenti jew COREPER). Kull ‘ministru’ kellu aġenda differenti li tiġi diskussa f’laqgħat separati, diskussjonijiet li varjaw mit-taxxa fuq transazzjonijiet finanzjarji jew kif inhi magħrufa bħala t-Tobin Tax, il-possibilita’ ta’ taskforce komuni Ewropea u l-formulazzjoni ta’ pjan t’azzjoni fil-konfront ta’ drogi. L-iktar dibattitu sħun kien ovjament jirrivolvi fuq il-kriżi tal-Ewro u jekk tistax tinstab soluzzjoni vijabbli, kemm għall-dawk il-pajjiżi li qegħdin fiż-żona Ewro kif ukoll dawk li qegħdin fl-UE u kif din il-kriżi qed taffettwa lill-UE fir-relazzjonijiet internazzjonali u globali tagħha. Fl-aħħar tal-konferenzi, il-proposti kollha għaddew lill-Kapijiet tal-iStati membri sabiex isiru l-aħħar diskussjonijiet u approvazzjonijiet fuqhom, li ġew ippreżentati u ippubblikati fl-aħħar tal-konferenza.

Nixtiequ nirringrazzjaw lil Mr. Elijah Waterman mill-Ambaxxata Amerikana ġewwa Malta u lil Prof. Roderick Pace u Dr. Mark Harwood mill-Istitut tal-Istudji Ewropej tal-Universita’ ta’ Malta tal-għajnuna finanzjarja għal din l-attivita’.

Jannar li għadda Laura Muscat, Vivienne Bajada, Jean-Paul Gatt u Tobias Roth, erbgħa studenti mill-Istitut tal-Istudji Ewropej tal-Universita’ ta’ Malta żaru tar-Renju Unit sabiex jipparteċipaw f’SUNY MEU ġewwa l-Universita’ ta’ Exeter. Din tirreferi għall-iState University of New York u s-simulazzjoni organizzata minn din l-Universita’, li tiġi imtella’ annwalment u li hija arranġament trans-Atlantiku li jippromwovi komunikazzjoni fuq affarijiet globali bejn studenti Ewropej u dawk Amerikani. Din l-attivita’ tagħti ukoll opportunita’ sabiex studenti jitgħallmu iktar dwar l-infrastruttura tal-Unjoni Ewropea (UE) u l-interazzjonijiet eżistenti li hemm f’Istituzzjonijiet Ewropej f’ laqgħat bejn il-pajjiżi membri.

Ringrazzjament speċjali jmur lis-Sur Elijah Waterman mill-Ambaxxata Amerikana ġewwa Malta u lil Prof. Roderick Pace u Dr. Mark Harwood mill-Istitut tal-Istudji Ewropej tal-Universita’ ta’ Malta tal-għajnuna finanzjarja għal din l-attivita’.
1322012185515Studenti%20Renju%20Unit.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Iċċelebrat Jum l-Imħabba

Angelo MICALLEF
14 ta' Frar, 2012
Għal ħafna madwar id-dinja l-14 ta' Frar huwa sinonimu mal-qlub, ward, soft toys, kartolini u messaġġi romantiċi hekk kif f'dan il-jum jiġi ċelebrat Jum San Valentinu; il-ġurnata li fiha tiġi ċċelebrata l-imħabba. Hafna huma dawk li jgħatu xi rigal lil maħbub jew maħbuba tagħhom filwaqt li jipprovaw ikunu kemm xejn aktar romantiċi ma' xulxin.


Jum San Valentinu kien ċelebrat għall-ewwel darba bħala festa reliġjuża; festa għal qaddis li dwaru huwa magħruf ftit li xejn u kien għalhekk li eventwalment il-knisja Kattolika waqfet tiċċelebra din il-festa. Madankollu l-ewwel darba li l-festa ħadet xejra romantika kienet permezz tal-kitba tal-kittieb magħruf Ingliż Geoffrey Chaucer speċifikament fil-poeżija Parlement of Foules li nkitbet fl-1382. Fil-fatt fis-seklu ħmistax kien diġa komuni li jintbgħatu kartolini u jingħata l-ħelu f'dan il-jum.


L-era tat-teknoloġija moderna rat Jum San Valentinu jaffetwa wkoll l-posta elettronika hekk kif illum bosta huma dawk li jibgħatu xi kartolina elettronika minflok il-kartolina tradizzjonali. Huma stmat li fl-Istati Uniti biss fis-sena 2010 ntbgħatu 15-il miljun kartolina elettronika.
1422010144028valentine.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
RENJU UNIT
Charlie Chaplin kien Franċiż?


17 ta' Frar, 2012 19:38 CET Skont dokumenti tas-servizzi sigrieti Ingliżi u li issa nfetaħ l-aċċess għalihom, kien investigat jekk l-attur leġġendarju Charlie Chaplin fil-verità kienx Franċiż bl-isem Israel Thornstein.


Is-servizzi sigrieti Ingliżi ma setgħu isibu ebda traċċa tat-twelid tal-attur fir-Renju Unit minkejja li Chaplin dejjem kien isostni li twieled f’Londra fl-1889. Il-misterju dwar fejn twieled kien feġġ wara li l-awtoritajiet Amerikani talbu lill-MI5 biex jinvestigaw il-passat tal-attur wara li telaq mill-Istati Uniti fl-1952 bid-dell fuqu ta’ suspett li kien Komunista.


Imma l-MI5 ma setgħu jsibu ebda ċertifikat tat-twelid u d-dokument li l-aktar kien imur lura fiż-żmien marbut miegħu kien passaport li kien inħariġlu fl-1920. L-Ingliżi investigaw il-possibbiltà li kien twieled fi Franza filwaqt li l-Amerikani sostnew li ismu proprju kien Israel Thornstein u aktarx kien Lhudi Russu.


Iżda minkejja investigazzjoni bir-reqqa, il-MI5 ma setgħu jsibu xejn u l-passat ta’ Chaplin għadu misterju sal-lum. Imma l-MI5 warrbu l-allegazzjonijiet Amerikani li Chaplin kien Komunista perikoluż u kkonkludew li forsi seta’ kellu simpatiji Komunisti. Hu kien persuna progressiva u saħqu li ma sabu xejn li jindika li kien theddida għas-sigurtà.


Chaplin kien isostni li kien twieled fis-16 ta’ April tal-1889 f’East Street f’Walworth fin-Nofsinhar ta’ Londra. Imma l-MI5 kienet sostniet li jew Chaplin ma kienx twieled fir-Renju Unit inkella kien twieled taħt isem ieħor.


Ftit dawl fuq il-misterju twaddab is-sena l-oħra **** l-familja ta’ Chaplin sabet ittra f’kexxun li kien magħluq fejn jingħad li aktarx kien twieled f’kamp taż-żingari fi Smethwick qrib Birmingham. Hu magħruf li omm Chaplin Hannah Hill kellha għeruq fil-komunità taż-żingari Ingliżi.


Chaplin kien miet f’Jum il-Milied tal-1977 fl-età ta’ 88 sena fl-Iżvizzera.
1722012193759chaplin.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Serje fuq Canale 5 li saret f'Malta


22 ta' Frar, 2012
Is-serje li tkopri sitt thrillers ta’ 100 minuta-il wieħed se jibdew jixxandru fuq Canale 5 mill-lejla l-Erbgħa fid-9.15 ta' filgħaxija.


Wara għajnuna mogħtija mill-Awtorità Maltija tat-Turi'>mu (MTA) bejn l-2010 u s-sena l-oħra, il-kumpanija Taljana għall-produzzjonijiet televiżivi Leader Films, ġibdet serje ta’ sitt partijiet bl-isem Sei Passi Nel Giallo esklussivament fil-gżejjer Maltin.


Leader Films, flimkien ma’ Mediaset u Dolphin Entertainment, daħlu fi ftehim ta’ distribuzzjoni ma’ Sony Pictures Studios biex jipproduċu s-serje, li tkopri sitt thrillers ta’ 100 minuta-il wieħed u li se jibdew jixxandru fuq Canale 5 minn għada l-Erbgħa fid-9.15 ta' filgħaxija.


L-ewwel episodju għal din il-ġimgħa, bl-isem ta’ Presagi, se jkun segwit b’films oħrajn fil-ħames ġimgħat li ġejjin.


Minbarra li nġibdu f’pajjiżna, l-iscipts tal-episodji huma bbażati f’Malta u allura l-pajji'> se jkun qed jingħata espo'>izzjoni mill-aqwa. L-episodji se jkunu qed juru diversi djar u binjiet prestiġjużi Maltin, b’viżwal tagħhom minn ġewwa kif ukoll fuq barra.


Is-serje Sei Passi Nel Giallo tinkludi cast ta’ atturi Taljani u oħrajn internazzjonali, fosthom, Kevin Sorbo, Andrea Osvart, Rob Estes, Clayton Norcross, Jane Alexander, Daniele Pecci u Paolo Seganti. Tinkludi wkoll numru ta’ atturi popolari Maltin, bħal Edward Mercieca, Paul Portelli, Ninette Micallef u Isabelle Warrington.


Is-serje għandha direzzjoni ta’ Lamberto Bava u ta’ ibnu Roy Bava.
22220128378Film%20Canale%205-%20Seipassigiallo.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kisba ta' sirena u deflectors tat-Tieni Gwerra Dinjija mill-FWA

Hermann MICALLEF
24 ta' Frar, 2012 12:46 CET Il-konservazzjoni u r-restawr tal-wirt storiku jibqgħu jingħataw prijorita' mill-Fondazzjoni Wirt Artna fl-impenn tagħha li tikkonserva l-istorja ta' Malta u ma tħallix wirt storiku jinqered.


Mill-MCSAT f'Tarġa Gap fil-Mosta, il-Fondazzjoni Wirt Artna kisbet sirena li kienet taħdem bl-elettrriku u deflector oriġinali tat-Tieni Gwerra Dinjija biex ikunu restawrati u jitpoġġew fil-Mużew Malta at War f'Couvre Porte fil-Birgu. Dawn tniżżlu minn fuq it-torri tal-MCAST fil-Mosta permezz ta' krejn fil-preżenza ta' Mario Farrugia, l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tal-Fondazzjoni.


B'kollox, fit-Tieni Gwerra Dinjija kien hemm 14-il sirena li kienu jaħdmu bl-elettriku u li minnhom fadal biss madwar tlieta. Flimkien ma' dawn kien hemm ukoll numru ieħor ta' sireni li jitħaddmu bl-idejn u li kienu jintużaw **** ma kienx ikun hemm dawl.


Mario Farrugia qal li jirriżulta li s-sound deflector li ittieħed mill-Mosta hu l-uniku wieħed li fadal u għalhekk għandu valur storiku uniku. Fil-maġġoranza tagħhom dawn is-sireni kienu jitpoġġew fil-lokalitajiet tal-Port il-Kbir, li fil-fatt kienu l-aktar lokalitajiet milqutin mill-gwerra.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-AWSTRALJA
Il-koala speċi mhedda


1 ta' Mejju, 2012 20:07 CET Il-koala, speċi ta' ors żgħir, minn dejjem kien simbolu tal-Awstralja iżda issa l-popolazzjoni ta' dan l-annimal tant hi mhedda f'partijiet tal-pajjiż, li kien dikjarat “speċi taħt theddida.” Il-Gvern Awstraljan qal li dan l-annimal kien mhedded serjament minn diversi fatturi fosthom l-iżvilupp kif ukoll il-bdil fil-klima.

Bħala konsegwenza ta' dan, il-koala fl-Istati ta' Queensland, New South Wales u l-Australian Capital Territory għall-ewwel darba tpoġġa fuq il-lista nazzjonali ta' speċi li jinsabu fi stat vunlerabbli li jgħibu. Uffiċjali qalu li fost l-oħrajn fi Queensland kien hemm nuqqas f'dawn l-aħħar 20 sena bil-popolazzjoni tal-koala tonqos b'20 fil-mija u fi New South Wales b'terz.

Skont rapport li kien tfassal mis-Senat Awstraljan is-sena li għaddiet, theddida oħra serja għal dawn l-annimali kienu l-klieb domestiċi, partikularment **** jkun hemm ħafna sħana. Dan peress li l-annimal jidħol fil-ġonna tan-nies, spiss biex ifittex l-ilma u jispiċċa fil-mira tal-klieb. Problema oħra hi d-dieta tal-annimal, il-weraq tal-ewkaliptu, siġra li qed issir aktar rari hekk kif l-art fejn kienet tikber qed tintuża għall-bini.

Min-naħa l-orħa ntqal li f’Victoria u South Australia, il-popolazzjoni tal-koala splodiet tant li hemm bżonn li n-numru tagħhom jkun imrażżan. Hu stmat li b'kollox hemm bejn 100,000 u 200,000 koala fil-pajjiż kollu.
15201220449koala_597_600x450.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
X’jagħmlu **** jirbħu l-miljuni fil-lotteriji


18 ta' Mejju, 2012 20:05 CET Skont stħarriġ li għadu kemm sar fost dawk li rebħu miljuni ta’ Lira Sterlina fil-lotterija tal-pajjiż, hot-tubs, walk-in wardrobes u klieb huma fost l-aktar affarijiet popolari li jinxtraw minnhom fl-ewwel ġranet.

Jirriżulta li madwar nofs ir-rebbieħa, f’temp ta’ tliet xhur minn rebħa kbira fil-lotterija, ibiddlu l-post fejn ikunu qed jgħixu u l-istħarriġ ta’ miljunarji ġodda sab li 29 fil-mija l-ewwel li marru jixtru hu hot tub u numru simili, 28 fil-mija, walk-in wardrobe. Kien madwar kwart li fir-residenza ġdida tagħhom poġġew kanċell tal-ħadid elettriku filwaqt li wieħed minn kull ħamsa għamlu games room u 17 fil-mija xtraw mejda tas-snooker. Kien hemm wieħed minn kull ħamsa li xtraw kelb tar-razza filwaqt li wieħed minn kull 25 rebbieħ xtraw qattus skont l-istħarriġ mill-Camelot, il-kumpanija li torganizza l-lotterija nazzjonali fir-Renju Unit.

Kien hemm 16 fil-mija li hekk kif kisbu rebaħ kbira adottaw stil tajjeb ta’ ħajja b’gym fid-dar u ikel tajjeb u wieħed minn kull għaxra installaw bar fid-dar beix jiċċelebraw ir-rebħa mal-ħbieb. Kien hemm min stqarr li kien xtara tliet pjanijiet fid-dar u ieħor li xtara bir fejn wieħed jista’ jwaddab munita u jagħmel xewqa. Kien hemm wieħed minn kull għaxra li qalu li fir-residenza ġdida tagħhom kellhom xmara jew lag. Imbagħad ħaġa tal-iskantament, anqas minn terz qalu li kienu jimpjegaw lil xi ħadd biex iżomm id-dar ġdida nadifa.
912012122057lottery-balls3.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Lady Gaga fiċ-ċentru ta' polemika oħra


19 ta' Mejju, 2012 18:29 CET Madwar 200 Nisrani Filippin ħadu sehem fi protesta kontra l-kunċert li se tagħmel f'Manila l-kantanta Lady Gaga. Hi bħalissa qed tagħmel tour tal-Asja u kien hemm polemika f'pajjiżi oħra tant li fl-Indoneżja, ma ngħatatx permess għal kunċert. Dan minħabba l-mod kif tuża simboli reliġjuzi u sesswali waqt il-kunċerti.

812011102959lady%20gaga.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ġappuniż jipprotesta dwar mistoqsija fi kwiżż

Ivan VASSALLO
21 ta' Mejju, 2012 11:03 CET Katzuro Matsuda, għalliem tal-lingwi fil-Ġappun qed jipprotesta kontra t-telfa ta' miljun ewro fi kwiżż. Mistoqsi jekk kienux saru il-logħob tat-tazza tad-dinja tal-1942, Matsuda wieġeb li dawn saru fil-Patagonja li tinsab fin-nofsihar tal-Arġentina. Għalkemm il-Ġermanja Nażista u l-Brażil xtaqu li jorganiżżaw dan il-logħob fl-1942 u 1946 rispettivament, minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija, it-Tazza tad-Dinja kellha tistenna sas-sena 1950 biex terġa' tkun organiżżata.


Matzuda ma laqax b'mod pożittiv it-telfa ta' kważi miljun ewro. Wara li rabat lilu nnifsu bi ktajjen u attakka l-FIFA li skont Matzuda kienet ħbiet kull referenza lejn il-kampjonat li ntlagħab fl-Arġentina fl-1942, huwa fetaħ blogg fejn appella lil kull min kellu informazzjoni dwar dan il-kampjonat biex jibgħat l-informazzjoni.


Fost is-sorsi storiċi li jidhru fuq dan il-blogg hemm vidjo li allegatament sar l-Arġentina biċ-ċerimonja tal-ftuh u li jinstab fl-arkivju ġenerali fi Buenos Aires u dokument dubjuż tal-gvern Nażista fejn jintqal li kull evidenza tal-kampjonat kellha titneħħa kieku l-Ġermanja ma rebħitx il-kampjonat.


42200814616fifa_world_cup.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Irkantat ritratt tal-Beatles jaqsmu Abbey Road... min-naħa l-oħra


22 ta' Mejju, 2012 10:15 CET Ir-ritratt tal-erba' Beatles jaqsmu ż-zebra crossing f'Abbey Road, Londra, sar ikona moderna u wieħed mill-aktar ritratti famużi u imitati, tant li fl-2010 l-istess triq ingħatat l-istatus ta' Grade II listed building, li jfisser li għandha valur turistiku u kulturali li jrid isir kull sforz biex tiġi ppreservata.


Issa, proprju llum waranofsinhar, ser isir irkant ta' ritratt ieħor ta' The Beatles meħud fl-istess sessjoni, din id-darba mexjin fid-direzzjoni opposta, mil-lemin għax-xellug.

Apparti hekk, ir-ritratt juri wkoll lil Paul McCartney, li fir-ritratt oriġinali jidher ħafi (l-uniku wieħed mill-Fab Four), liebes is-sandli, filwaqt li ma jidhirx is-sigarett li hemm f'idu fir-ritratt oriġinali.


Is-sensiela ta' sitt ritratti kienet ittieħdet fl-1969 mill-fotografu Ian Macmillan, minn fuq sellum f'nofs ta' triq, waqt li pulizija tat-traffiku żamm il-karozzi.


L-irkant tar-ritratt mistenni jtella' mal-€11,000.

2252012101225beatles_532_1509051a.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ittra ta' Napuljun bl-Ingliżi se tiġi rkantata

Carl FARRUGIA
7 ta' Ġunju, 2012 10:24 CET Ittra bl-Ingliż tal-Imperatur Franċiż Napuljun Bonaparte tinsab għall-wiri f'Pariġi. L-ittra li se tiġi rkantata f'Fontainbleau, fin-nofsinhar ta' Pariġi, fi tmiem il-ġimgħa mistennija tibiegħ għall-valur ta' €80,000.


Din l-ittra kienet inkitbet f'Marzu tal-1816 **** kien jinsabu f'eżilju fil-gżira ta' sant'Elena. Hija waħda mit-tliet ittri li huwa bagħat waqt l-eżilju wara li kien tilef il-battalja ta' Waterloo. Ftit wara li beda l-eżilju huwa kien beda jieħu l-lezzjonijiet tal-Ingliż.



7620121024139518a1cc4a56c9572cf094acd159_grande.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jinstab teżor f'Iżrael

Ivan VASSALLO
7 ta' Ġunju, 2012 17:40 CET Waqt skavi viċin il-belt ta' Qiryat Gat f'Iżrael nsabet ħażna ta' ġawhar, ġojjelli u dehebijiet li jmorru lura għall-perjodu Ruman.Dawn il-ġojjelli nstabu f'kmamar tal-perjodu Ruman u Biżantin, milli jidħer f'dik li kienet il-bitha prinċipali ta' dik id-dar is-sid kien ħaffer ħofra fejn tefa' t-teżor tiegħu, li nstab din is-sena moħbi f'pezza drapp.


Skont l-arkeologu Emil Aladjem, id-direttur tal-iskavi, instabu bosta ġojjeli u flus ta' perjodi differenti sa l-117 AD.


Dan it-teżor ittieħed f'Ġerusalemm mill-Awtorita' tal-Antikitajiet għal trattament fil-laboratorji.

422008104940israel.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Fenomenu rari bejn Venere u x-Xemx


6 ta' Ġunju, 2012 18:34 CET Xeni spettakolari għal dawk kollha dilettanti tal-astronomija, iżda mhux biss. Dan hekk kif il-pjaneta Venere għaddiet bejn ix-xemx u d-dinja... xi ħaġa rari immens, u li se terga' tigri 105 snin oġra. Il-pjaneta dehret litteralment bħal tikka sewda għadeja minn quddiem ix-xemx.
66201218349venerexemx.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Mħallef Norveġiż jilgħab solitaire waqt li jisma l-ġuri ta' Breivik 6 ta' Ġunju, 2012 22:53 CET Storja mhux tas-soltu li ħarget mill-ġuri ta' Anders Breivik fin-Norvegja – dan wara li wieħed mill-Imħallfin inqabad jilgħab solitaire waqt il-proċess. Kelliem għall-Qorti qal illi dan mhux se jxxekkel fil-proċeduri għaliex l-istess Imħallef xorta kien attent għal dak li kien qed jingħad. Il-proċess jitratta l-massakru fis-sajf tas-sena l-oħra fejn inqatlu 69 persuna.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ipprojbit il-marc tal-Gay Pride fir-Russja 11 ta' Ġunju, 2012 12:41 CET Qorti Russa ikkonkludiet li l-projbizzjoni ta' 100 sena kontra l-marċ tal-gay pride li kien deċiż mill-amministrazzjoni tal-belt ta' Moska legalment validu. Dan fl-isfond li saru madwar 120 talba għall-permess sa biex isir dan il-marċ bejn l-2012 u l-2112 li kollha għandhom isiru fi pjazza Balotnaja. Nikolai Alexeev il-mexxej tal-moviment omosesswali Russu qal li ħa jagħmel rikors fil-qrati Russi u fil-qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem.
2762008144240russian_flag.JPG
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Il-Kalabrija tonfoq €12,000 għal 10 bnadar

Ivan VASSALLO
22 ta' Ġunju, 2012 10:22 CET Aħbar mhux tas-soltu teħodna fl-Italja fejn il-kunsill Reġjonali tal-Kalabrija fin-nofsinhar tal-Italja nefaq €12,000 f'10 bnadar nazzjonali taljani li ħa jkunu mperpra f'Palazzo Campanella, l-kwartieri ġenerali tar-reġun. Dan qajjem il-kritika qawwija mill-gażżetti f'dan ir-reġjun.
Din id-deċiżjoni iżda ġiet approvata mill-kunsill reġjonali fil-11 ta' Mejju ta' din is-sena u ġiet ffirmata mis-segretarju tar-reġjun Nicola Lopez.

PARATA%20REPUBLIKA%20TALJANA%2083.JPG
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Temperatura medja 7 gradi ogħla min-normal

Ivan VASSALLO
22 ta' Ġunju, 2012 16:41 CET Għalkemm qiegħdin fil-bidu tas-sajf, staġun sinonimu max-xemx, mal-baħar u 's-sħana, tul dawn l-aħħar jiem f'Malta kien hemm żieda mhux tas-soltu fit-temperatura.


Bryan Micallef, kelliem tal-Uffiċċju Meterjologiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta (MIA), stqarr li ż-żieda fit-temperatura ta' dawn l-aħħar jiem hija ogħla mis-soltu.


Is-sħana hija mistennija li tonqos tul il-ġimgħa d-dieħla. Issa li beda s-sajf il-klima tippermetti aktar attivitajiet fil-pubbliku bħal festi, kunċerti u għal min ikun interessat fl-isport il-logħob tal-Euro 2012 u l-Logħob Olimpiku f'Londra.


Min-naħa l-oħra, is-sħana jista' jkollha effetti ħżiena fuq anzjani, trabi, tfal żgħar u persuni li jbatu minn kundizzjonijiet kroniċi. Il-Ministeru tas-saħħa fi stqarrija qal li huwa importanti li wieħed għandu jevita li joħroġ barra bejn il-11.00 am u l-4.00 pm.


Barra minn hekk huwa importanti li persuni joqgħodu f'postijiet friski fid-dar jew fil-post tax-xogħol, li jixorbu l-ilma regolarment u li jittiekel ikel frisk.
2352012142039BAHAR-NIES-SHANA-SAJF-06.jpg
 
Top