*kurzitajiet min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
AWSTRALJA
Infestazzjoni tal-brimb

aħbarijietdotcom
24 t' April, 2008 06:11 CET Sptar żgħir ġewwa l-Awstralja ser jiġi evakwat għal ġurnata tal-lum filwaqt li jiġi ffumigat minħabba nfestazzjoni kbira ta' brimb velenużi.
L-isptar Baralaba Multi Purpose Health Service ser jingħalaq għal pubbliku għal 24 siegħa, filwaqt li bosta uffiċjali ser jippruvaw jeqirdu dawn il-brimb billi jifgawhom.
Minn stqarrija li taw uffiċjali tas-saħħa ta' l-istat ta' Queensland, huwa magħruf illi tlieta jew erbgħa pazjenti, liema numru m'huwiex ċar, ser ikollhom jiġu trasferiti għal sptar ieħor minħabba li l-kundizzjoni tagħhom hija waħda kritika, tikkonferma l-midja nternazzjonali.
Il-brimb li ħoloq dan kollu jissejjaħ ‘Redback' u għandu gidma li tweġġa' u li terħi sustanza velenuża fid-demm ta' dak li jkun. Madanakollu antitodu għal dan il-velenu diġa jeżisti.
Skond l-istess stqarrija minn Queensland, din l-infestazzjoni ġrat minħabba li t-temp f'dan ir-reġjun saħan aktar mis-soltu u b'hekk il-bajd tal-brimb faqqas aktar malajr.
24420086112Redback%20spider.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jitwieled qattus b'sitt saqajn

aħbarijietdotcom
25 t' April, 2008 12:48 CET Ġewwa l-Florida fl-Amerka għadha kif twieldet qattusa. Minn naħa l-oħra din il-qattusa, li għandha sitt ġimgħat, mhiwiex komuni u filfatt għandha sitt saqajn.
Skond artiklu li deher fuq Sky News, dawn iż-żewġ saqajn joħorġu mill-istonku tal-qattusa. Minn naħa l-oħra, Hex ma tużax is-saqajn żejda u dawn joqogħdu jitkaxkru mal-art. Skond l-istess artiklu huwa mifhum li Hex suppost kien ser ikollha qattus tewmi, minn naħa l-oħra ġraw xi kumplikazzjonijiet **** kienu għadhom fil-ġuf.
Il-veterinarji tal-qattusa qed jibżgħu li mhiex ħa tgħix peress li jistgħu jinqagħlu xi kumplikazzjonijiet. Minħabba dan il-fatt, is-sidien ta' Hex qed jaħsbu sabiex jiftħu fond biex jgħinuhom in-nies għall-operazzjonijiet meħtieġa.
.

2542008124635kitten.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
AMERKA
Tgħix mal-kadavru t'oħtha għal tliet snin

aħbarijietdotcom
28 t' April, 2008 02:37 CET Anzjana minn Detroit ittieħdet ġewwa sptar tal-kura mentali wara li nstabet illi kienet qed tgħix mal-ġisem mejjet ta' oħtha għal dawn l-aħħar tlett snin, tirrapporta l-UPI.
Il-Pulizija tal-lokal irċevew telefonata mingħand ġara ta' l-aħwa, liema ġara rrappurtat illi kienet ilha ħafna ma' tara lil waħda mill-aħwa. **** l-Pulizija marru jinvestigaw, fl-art tal-kċina sabu l-ġisem mejjet ta' waħda minn dawn iż-żewġ anzjani. Partijiet tal-kadavru kienu ġew immumifikati, mentri partijiet oħra ġew mikula minn kelb u qattus li kienu joqgħodu ġewwa din l-istess dar, irrappurtat id-Detroit Free Press il-Ħamis li għaddiet.
Investigazzjonijiet ulterjuri tal-Pulizija qajmu l-possibilita' li din is-sitwazzjoni kienet ilha għaddejja għal dawn l-aħħar tlett snin.
284200823640Police%20lights.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
GWATEMALA
Eks suldati fil-Gwatemala mħajjra jaħdmu fil-kuntrabandu

aħbarijietdotcom
29 t' April, 2008 08:38 CET L-awtoritajiet tal-Gwatemala għaddejjien b'investigazzjonijiet serji fuq serje ta' riklami li xxandru fuq stazzjon tar-radju, liema reklamar ħabbar il-bżonn ta' eks suldati ta' ċertu stoffa sabiex jittrasportaw il-kuntrabandu ġewwa l-Messiku, tikkwota Reuters.
Dan ir-reklamar seħħ fir-reġjun ta' Peten, fejn jinsab iċ-ċentru militari ta' stħarriġ għas-suldati Kaibil, liema post għandu fama kerha li jkattar dawn is-suldati qalila. Filfatt il-Kaibil huma grupp ta' suldati ittrenjati apposta għal ġlied brutali.
Skond kmandant tal-Kaibil, dawn is-suldati ta' spiss jiġu mħajjra sabiex jaħdmu bħala assassini u biex imexxu operazzjonijiet tad-droga billi jingħataw somom kbar ta' flus, li kapaċi jammontaw għal 10 darbiet aktar mill-medja tas-salarju fl-armata.
Intant dan ir-reklamar, li kien jinkludi wkoll numru sabiex dawk interessati jkunu jistgħu jċemplu, qed jiġi nvestigat bir-reqqa sabiex forsi jinstab is-sors oriġinali. Bħalissa qed jiġi maħsub li r-riklam ġie imxandar minn fuq servizzi tar-radju llegali.
Il-Kaibil, li jintgħarfu mill-beritta ħamra li tintlibes ma' l-uniformi tagħhom, jmorru lura għas-snin 70 fejn dan il-grupp kien inħoloq bħala reazzjoni għal gwerra ċivili ta' bejn l-1960 u l-1996 fil-Gwatemala. Sabiex is-suldati isiru vjolenti, il-Kaibil kienu jiġu sfurzati jieklu l-intestini tal-klieb bħala parti mill-istħarriġ tagħhom. Matul din il-gwerra ċivili, huma ġew akkużati wkoll b'bosta massakri li ħallew aktar minn 200,000 persuna mejta.
294200883727soldier%20on%20battlefield.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Paraxut mibni fuq diżinn ta’ Leonardo da Vinci

aħbarijietdotcom
30 t' April, 2008 07:40 CET Raġel Svediż kien l-ewwel persuna li rnexxielu juża paraxut mibni fuq diżinn tal-famuż pittur Leonardo da Vinci li sar fl-1485, tirrapporta UPI.
Olivier Vietti-Teppa rnexxielu juża dan id-diżinn u qabeż minn għoli ta' 2,130-il pied minn fuq ħelikopter għal ġewwa bażi militari Svediża li tinsab ġewwa r-raħal ta' Payerne.
Din il-paraxut partikolari kien jikkonsisti minn erba' triangoli ekwilaterali, kull naħa twila 23-il pied, li ġew irranġati f'forma ta' piramida, flimkien ma' xibka tan-nemus maqtugħa kwadra sabiex isservi bħala bażi. Minkejja li l-materjal użat kien modern, lis-speċifikazzjonijiet tad-diżinn kienu eżatt kif ġew deskritti mill-pittur famuż tar-Rinaxximent.
Vietti-Teppa qal li dan id-diżinn ma tahx il-possibbilita' li jimmanuvra l-paraxut kif u fejn ried hu, iżda minkejja din id-diffikulta' xorta waħda rnexxielu jinżel fil-punt eżatt tad-destinazzjoni tiegħu.

304200874029parachuting.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Mara taħrab mill-ħabs... tinqabad 32 sena wara!!

aħbarijietdotcom
2 ta' Mejju, 2008 11:26 CET Marie Walsh, mara Amerikana ta' 53 sena, żgur ma ħasbitx illi wara 32 sena l-passat tagħha ħa jerġa' jiġri warajha. Minn naħa l-oħra, Marie qed tinżamm f'ħabs f'Kalifornja wara li l-Pulizija skoprew li l-mara ħarbet minn ħabs 32 sena ilu.
Fl-1975 Marie, li dak iż-żmien isimha kien Susan Lefevre, kienet ġiet mogħtija sentenza ta' bejn 10 u 20 sena ħabs fuq droga. Minn naħa l-oħra, Marie kienet ħarbet wara biss sena li kienet arrestata.
Minn dakinhar, Walsh kienet ħarbet lejn Kalifornja fejn iżżewġet u kif ukoll kellha tliet itfal. Waqt intervista li tat m'ilux miċ-ċella fejn qed tinżamm qabel ma' tintbagħat Michigan ħa tkompli s-sentenza oriġinali tagħha hemmhekk, Walsh stqarriet li l-familjari tagħha ma kienux jafu b'dan il-passat tant ikkulurit tagħha.
Walsh qed tispera li l-uffiċjali li qed jieħdu ħsieb il-każ tagħha jaħfrulha s-sentenza oriġinali tagħha, peress li f'dawn l-aħħar snin ma kinietx involuta f'reati oħra.
252008112519prison.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Seduta tal-Qorti f'parkeġġ

aħbarijietdotcom
3 ta' Mejju, 2008 10:55 CET Każ li għadu ma rax preċedenza ġewwa l-iStati Uniti, ra lil sid ta' ħanut tal-mużika jiddefendi lilu nnifsu minn akkużi ta' frodi u simulazzjoni kriminali f'parkeġġ tal-karozzi l-Ħamis li għadda ġewwa Riverhead fl-iStati Uniti, tikkonferma l-AP.
L-akkużat li jbati minn kundizzjoni magħrufa bħala 'osteoarthiritis' u li jiżen madwar 227kg, ma setax jgħaddi mil-bieb tal-Qorti minħabba l-ħxuna tiegħu. Huwa għalhekk li din is-seduta partikolari kellha tinżamm fuq trakk ipparkjat fil-parkeġġ tal-Qorti.
Dan il-każ kien ikkonfermat mil-Imħallef Robert Doyle li ppreseda dan il-każ. Huwa qal li aċċetta din il-kundizzjoni wara li l-avukat tad-difiża ppreżentalu ċertifikat mingħand it-tabib tal-klient tiegħu.
L-akkużat jinstab akkużat li biegħ gitarri allegatament oriġinali ddisinjati mil-gitarrist leġġendarju Gibson Les Paul. Dawn inbiegħu għal prezz ta' $1,500-il waħda, lil persuni li ħasbu li l-valur ta' dawn il-gitarri kienu ħafna aktar ta' valur u ġenwini milli l-gitarri klassiċi ta' l-elettriku li huma disponibbli llum. L-akkużat ġie meħlus mingħajr l-ebda kawzjoni mposta, wara li ddikjara li mhux ħati ta' l-akkużi mressqa kontrih.
311200816831court%20hammer.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ċajta makabra

aħbarijietdotcom
5 ta' Mejju, 2008 08:17 CET Minkejja li għadha ferm ħajja u attiva, Rose Griffin mara ta' 75 sena residenta ta' Massachusetts fl-Amerka, irċeviet telefonata m'ilhux dwar l-arranġamenti għal funeral tagħha stess, tirrapporta l-AP.
Kien il-Ġimgħa tard bil-lejl **** Griffin irrispondiet għal telefonata fejn persuna staqsiet għal binha li dak il-ħin inzerta ma kienx id-dar. Minn naħa l-oħra, Griffin tant kienet irritata li din il-persuna ċemplet f'dak il-ħin, illi x-xwejħa wżat il-caller ID sabiex tfittex in-numru ta' min fejn ċemplet din il-persuna.
Bin-numra f'idejja, Griffin ċemplet fejn ir-raġel fuq in-naħa l-oħra tal-linja nfurmaha li huwa kien direttur ta' aġenzija tal-funerali u li kien qiegħed jipprova jagħmel l-arranġamenti għal funeral ta' omm binha. Bl-awdaċita' kollha ta' xwejħa ta' 75 sena ferm irritata, Rose Griffin irrispondietu "Qed tkellem lil persuna l-mejta," tikkwota AP.
Instab illi din l-istorja kienet frott ta' ċajta makabra u krudili fejn xi ħadd ħalla messaġġ lil din il-kumpanija tal-funerali li Griffin kienet mietet. **** saret taf bl-istorja kollha Griffin ħaditha bħala ċajta u qalet li għad fadlila bosta snin x'tgħix minħabba li hija persuna kattiva u t-tajbin biss imutu żgħar.
Sal-lum għadu ma nstabx il-persuna jew persuni li wettqu din iċ-ċajta.

55200881653old%20telephone.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Il-passi ta’ omm erojka

aħbarijietdotcom
6 ta' Mejju, 2008 03:47 CET Filwaqt li fil-Ġermanja u l-Awstrija għadhom kemm svolġew żewġ każijiet mill-aktar krudili fejn jidħlu t-tfal, il-midja Amerikana bħalissa tinsab entużjasta bil-pass erojku ta' omm żagħżugħa.
Xochitl Parra, tfajla Amerikana ta' 17-il sena kienet qed tinħasel fis-sigħat bikrin ta' filgħodu sabiex tipprepara għall-iskola, **** f'daqqa waħda qabduha kontrazzjonijiet qawwija. Ftit minuti wara jitwieled binha Alejandro.
Waħedha d-dar bit-telefon ma jaħdimx it-tfajla ddejqet tqajjem lil ġirien fil-5:30am, u għalhekk kebbet lit-tarbija sew f'kutra u mxiet sa' l-eqreb sptar bil-kurdun għadu mwaħħal.
Il-ħaddiema ta' l-isptar iddeskrivew lil din l-omm żagħżugħa bħala waħda għaqlija u kapaċi, għaliex li kieku ma żammitx il-kalma, ġabret lil binha u mxiet sa' l-isptar, kemm hi u kemm binha setgħu mietu.
Tobba nkarigati mill-kura taċ-ċkejken Alejandro qalu li huwa tifel b'saħħtu u qed jiekol sewwa.
2832008134155baby.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Fama u popolarita’ għal prezz ġust!
aħbarijietdotcom
7 ta' Mejju, 2008 02:28 CET

Qatt xtaqt tkun popolari u famuż? Ħlomt xi darba li tkun stilla taċ-ċinema ġewwa Hollywood?

Illum il-ġurnata dan kollu u aktar huwa possibli għal prezz ta' €3,223. Permezz ta' sit li qed itellgħa irkant online sabiex il-flus li jinġabru jmorru għal ‘Memorial' ta' l-eks President Amerikan Robert F. Kennedy, tikkonferma Reuters.

Għalhekk jekk tixtieq issir stilla ta' Hollywood u għal ġurnata tiġi trattat qisek re, kif ukoll tiltaqa' ma' l-attur Will Smith, għamel l-offerta' tiegħek online billi ssegwi dan is-sit http://davesdaily.com/out.php?id=38...article/oddlyEnoughNews/idUSN0146592220080502.

Disponnibli f'dan l-irkant huwa wkoll te' ma' Greenspan, ekonomista famuż fl-Amerika, u ma' martu Andrea Mitchell, korrispondenta mal-BBC. L-irkant għal din l-offerta beda minn €7.091 u ser jagħlaq il-lum.

Offerti oħra prestiġġjużi li żgur huma okkażjonijiet ta' darba jinkludu li tingħata lezzjoni fit-tennis mal-professjonist u kampjun f'dan l-isport Andre Agassi, jew billi tirbaħ ‘internship' ta' l-istudenti sabiex taħdem ma' Columbia Pictures Publicity fi New York.

Għal €49,000 tista' tixtri wkoll irwol fil-film Public Enemies, u taħdem biswit l-artist Johnny Depp.

Dan u ħafna oħrajn għal kull min huwa nteressat, huwa disponibbli minn fuq is-sit hawn imsemmija.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kurżitajiet INDJA
Koppja anzjana jaqfluhom ġewwa darhom

aħbarijietdotcom
8 ta' Mejju, 2008 02:54 CET Koppja anzjana minn ġewwa New Delhi nqaflu ġewwa darhom stess mill-awtoritajiet tal-pajjiż f'azzjoni li qed tittieħed mill-gvern sabiex jerġa' jġib l-ordni mill-ġdid f'din il-kapitali Indjana, jirrapporta l-bureau ta' l-AP minn ġewwa din il-belt.
Il-koppja Wadhwa marru jieħdu nasgħa wara l-ikla ta' nofsinhar, **** ġew bosta uffiċjali tal-gvern u ssiġillaw il-kanċell tal-koppja minbarra, bir-riżultat li qafluhom ġewwa. L-uffiċjali tal-gvern ma rrealizzawx li d-dar tal-Wadhwas kienet residenza privata u mhux bini kummerċjali mibni llegalment.
Kien iben Madhusudan Wadhwa li llum għandu 76 sena, illi rrealizza bis-sitwazzjoni **** dak inhar stess li ġie ssiġġilat il-kanċell ta' barra, mar iżur lil ommu u lil missieru aktar tard fil-ġurnata.
Skond stqarrija maħruġa mill-uffiċjali tal-pajjiż, għaddew erba' sigħat qabel ma din is-sitwazzjoni ġiet irratifikata, liema nċident ħoloq għagħa kbira fil-pajjiż.
Intant is-Sur Wadhwa qal li huwa u martu qatt ma rċevew l-ebda notifika mingħand il-gvern fuq x'kien ser jiġri, tikwota l-AP. Huwa għandu negozju żgħir li jbiegħ il-ħelu lil ħwienet iż-żgħar, liema negozju jopera minn bini separat minn mad-dar tiegħu.
8520082549locked%20padlock.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ħalliel jinqabad waħdu

aħbarijietdotcom
9 ta' Mejju, 2008 10:35 CET Ħalliel fil-Ġermanja żgur illi ma tantx gawda s-serqa tiegħu, hekk kif ftit tal-ġranet wara huwa stess mar b'kumbinazzjoni għand il-vittma bl-affarijiet li kien seraq.
Skond artiklu li deher fuq is-sit Metro.co.uk, il-każ seħħ ftit tal-ġranet ilu. Kollox beda **** l-ħalliel daħal ġod-dar ta' xi ħadd u seraq kollezjoni rara ta' muniti li tiswa madwar £40,000. Minn naħa l-oħra, dan il-ħalliel ma tantx ħaddem rasu għax tliet ijiem wara li kien għamel is-serqa mar ġo bank sabiex jiddepożita dawn il-muniti.
B'sfortuna għalih wieħed mill-ħaddiema ta' l-stess bank inzerta propju sid il-muniti - l-istess wieħed minn għand min il-ħalliel kien seraq il-kollezzjoni. M'hemmx għalfejn wieħed jgħid li l-ħaddiem tal-bank mill-ewwel mar għand il-Pulizija. Dan minn naħa tagħhom, malli sabu fejn joqgħod iż-żagħżugħ sabu numru konsiderevoli ta' affarijiet misruqa d-dar tiegħu.
952008102955coins.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Liv Tyler tissepara minn mar-raġel tagħha

aħbarijietdotcom
10 ta' Mejju, 2008 12:33 CET Il-koppja Liv Tyler u Royston Langdon għadhom kif ħabbru l-aħbar li se jisseparaw. L-attriċi qalet li hija kienet żgħira wisq **** żżewġet, filfatt hija żżewġet ħames snin ilu **** kellha 25 sena. Royston Langdon huwa mużiċist Ingliż li jagħmel parti mill-grupp 'Spacehog'.
Il-koppja ddeċidiet li se jibqgħu ħbieb kemm minħabba l-fatt li qattgħu dan iż-żmien kollu flimkien kif ukoll minħabba t-tifel tagħhom Milo, li issa għandu sena u nofs.
Liv Tyler, li hija bint il-kantant u mużiċist Steve Tyler tal-grupp 'Aerosmith', flimkien ma' Langdon, qed jitolbu lin-nies u lill-midja biex jirrispettaw il-privatezza tagħhom f'dan il-mument tant delikat għalihom u għal binhom.
1052008123246livtyler.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Għoxrin punt f'wiċċha minħabba pellikan

aħbarijietdotcom
11 ta' Mejju, 2008 11:40 CET Debbie Shoemaker niżlet tgħum fil-baħar ta' Florida biex tirrilassa ftit, iżda sfortunatament għaliha ma tantx kellha ċans tgawdi l-baħar. Filfatt f'daqqa waħda, waqt li Debbie kienet qiegħda tgħum qrib il-belt ta' St. Petersburg fi Florida, ħasset daqqa kbira fuq wiċċha u rat ħafna demm. Ftit tas-sekondi wara hija rrealizzat li kienet għadha kif qalet daqqa ta' pellikan!
Filwaqt li l-mara, li għandha 50 sena, baqgħet imħawwda u muġugħa b'din id-daqqa, propju minħabba li kellha bżonn 20 punt f'wiċċha, il-povru pellikan miet mad-daqqa.
Il-pulizija tal-belt qed jassumu li l-pellikan kien nieżel fil-baħar biex jaqbad xi ħuta biex jitrejjaq. Huwa kompla biex jgħid li huwa qatt qabel ma sema b'każ bħal dan, fejn pellikan baqa' dieħel f'persuna.
1152008114031pelican.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Raġel għami jagħmel 12-il strike konsekuttiv tal-bowling

aħbarijietdotcom
12 ta' Mejju, 2008 12:15 CET Raġel għami ta' 78 sena minn Iowa fl-Amerka rnexxielu jagħmel 12-il strike konsekuttiv tal-bowling, minkejja d-diżabilita' tiegħu, tirrapporta l-AP.
Dale Davis kiseb 300 punt is-Sibt li għadda waqt li kien qiegħed jipparteċipa f'league ġewwa ħanut żgħir tal-bowling. Għall-ewwel kienu biss sħabu l-parteċipanti li kienu qed jinkoraġġuh ikompli b'dak ir-ritmu, iżda ma' l-10 strike kull min kien hemm fil-ħanut mar jarah jikseb dan ir-rekord ġdid. Normalment Davis jirnexxielu jilħaq 180 punt.
Davis ibgħati minn kundizzjoni magħrufa bħala 'muscular degeneration', marda kronika ta' l-għajnejn u ilu jbati minna għal dawn l-aħħar 10 snin. Huwa kompletament għami minn għajnu x-xellugija u għandu vista limitata ħafna minn dik leminija.
Magħruf bħala 'The Hammer' minħabba li fi ċkunitu missieru kien ħaddied, David jilmaħ biss il-ballun tal-bowling x'ħin ikun qed jerfgħu, iżda jinduna jekk ikunx tefgħu sew jew le mill-ħoss li jirriżulta wara li jitfa' l-ballun.
Illum il-ġurnata Davis joqgħod ma' oħtu u jattendi dan il-ħanut tal-bowling darbtejn fil-ġimgħa. Sħabu jgħinuh jaqbad il-ballun u jgħidulu liema ballun jkun imissu jitfa'.
125200812140bowling.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Titħallas ċitazzjoni wara 31 sena

aħbarijietdotcom
13 ta' Mejju, 2008 02:12 CET Il-Pulizija mill-villaġġ ta' Upper Peninsula ġewwa Michigan baqgħu skantati wara li l-ġimgħa l-oħra rċevew bil-posta l-ħlas ta' ċitazzjoni li kienet ingħatat nhar l-1 ta' Settembru 1976, tirrapporta l-AP.
Din ċ-ċitazzjoni ta' $1 kienet akkumpanjata minn nota li tgħid li din il-mara li laqtieta lura fl-1976 kellha dejjem l-intenzjoni sabiex tħallasha, iżda kull darba li tilmaħa tinsa wara ftit. Ma' din in-nota kien hemm mehmuża $20 minħabba li wara li din iċ-ċitazzjoni ma tħallsitx, b'kollox żdiedet b'$5 wara 72 siegħa. Oriġinarjament din iċ-ċitazzjoni kienet intħarġet minħabba vjolazzjoni tal-‘parking meter'.
Fl-aħħar tan-nota l-mara titlob skuża lil pulizija ta' dan id-dewmien kollu, u sabiex ma joqgħodux iffitxuha minħabba li llum il-ġurnata hija saret mara rispettabli.
13520082124parking%20meter.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jinsew lil binhom l-ajruport!

aħbarijietdotcom
14 ta' Mejju, 2008 10:11 CET Familja Filippina li kienet ser temigra lejn il-Kanada għexet mill-ġdid l-episodju tal-film popolari 'Home Alone' **** nsew warajhom fl-ajruport ta' Vancouver tifel ta' sena u nofs, tirrapporta UPI.
Din il-familja Filippina kienet sejra lejn Winnipeg, Manitoba f'liema vjaġġ il-ġenituri tat-tifel u n-nanniet ma poġġewx fejn xulxin fuq l-ajruplan. Kien għalhekk li ż-żewġ koppji ħasbu li t-tifel kien mal-koppja l-oħra, iżda filfatt dawn ħallew liċ-ċkejken warajhom. Dan ikkonfermatu Angela Mah, kelliema għal Air Canada.
Intant it-tifel instab minn gwardja tas-sigurta' fl-ajruport ta' Vancouver fejn sabu aġent li kien kapaċi jitkellem l-istess lingwa tat-tifel u jieħu ħsiebu. L-awtoritajiet ta' l-ajruport ħadu biċċa xogħol sabiex sabu lil familjari tiegħu minħabba li t-tifel ma kellux biljett ta' l-ajru billi kien ser joqgħod bil-qiegħda f'ħoġor xi ħadd mill-familjari tiegħu. Barra minn hekk ħadd ma rrapporta tifel nieqes.
Iżda wara li l-listi tal-passiġġieri ġew irriveduti, ġiet identifikata t-titjira li kienu jinstabu fuqa l-familjari tat-tifel. **** dawn waslu Winnipeg, Air Canada offriet titjiera lura lil missier it-tifel sabiex imur lura lejn Vancouver u jiġbor lil ibnu.
1452008101027plane.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
KROAZJA
Wara 42 sena mara tinstab mejta... fl-appartament tagħha stess

aħbarijietdotcom
16 ta' Mejju, 2008 10:55 CET Każ stramb għadu kif ġie rrapurtat ġewwa l-Kroazja, fejn mara li kienet ilha rrapurtata nieqsa għal dawn l-aħħar 42 sena nstabet mejta fl-appartament tagħha stess.
Skond l-investigazzjonijiet li l-Pulizija qed jagħmlu, apparentament Hedviga Golik kienet qed tara xi programm fuq it-televiżjoni **** għal xi raġuni mietet. Skond ir-rapport dan ġara bejn wieħed u ieħor fl-1966. Dan minħabba l-fatt li l-ġirien tagħha rawha l-aħħar darba f'din is-sena.
L-istess ġirien qalu li darba fost l-oħrajn indunaw li l-mara qisha sparixxiet. Filfatt huma ħasbu li kienet marret tgħix fil-belt kapitali ta' Zagreb.
Minn naħa l-oħra l-istorja kellha tkun oħra, hekk kif ftit tal-ġranet ilu membri tal-Pulizija flimkien ma' xi nies daħlu ġo l-appartament biex jaraw illum il-ġurnata minn hu s-sid. Minn naħa l-oħra malli daħlu sabu xena tal-biża', hekk kif raw il-ġisem immumifikat tal-mara fuq pultruna quddiem it-televiżjoni.
Kelliem għall-Pulizija wera l-iskantament tiegħu kif 42 sena ilu **** l-mara ġiet irrapurtata nieqsa, ħadd ma fittex id-dar tagħha biex jaraw kinietx hemm.

1652008105413tv_remote_control.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jattendi l-Universita' ta' 10 snin

aħbarijietdotcom
17 ta' Mejju, 2008 11:01 CET Moshe Kai Cavalin, tifel ta' 10 snin minn Los Angeles ta' dixxendenza Ċiniża, bħalissa jinsab għaddej bl-istudji tiegħu għall-eżamijiet ta' tmiem is-sena bħal miljuni oħra ta' studenti madwar id-dinja. Iżda s-suġġetti li qed jistudja Moshe huma xi ftit differenti minn dawk tat-tfal ta' l-istess eta' tiegħu. Dawn jinkludu l-matematika avvanzata, il-mużika u bosta lingwi, tirrapporta l-AP.
Jekk sa sena oħra ċ-ċkejken Moshe jirnexxielu jkompli jikseb marki tajbin, huwa qed jaspira biex jiggradwa minn dan il-kors ta' sentejn li għaddej bih bħalissa ġewwa l-Kulleġġ li jinsab fil-Lvant ta' Los Angeles u jibda kors fl-astrofiżika twil erba' snin.
Hekk hu! Moshe fl-eta' bikrija ta' 10 snin huwa diġa' student universitarju u wieħed mill-interessi maġġuri tiegħu huwa s-suġġett tal-'wormholes', ipoteżi xjentifika li tgħid illi jekk verament jeżisti dan il-fenomenu fl-ispazju, ikun possibli li jsir ivjaġġar minn żmien għal-ieħor.
L-ambizzjoni ta' Moshe huwa li jistudja fuq il-'wormholes' u jipprova jikseb riżultati li jikkonfermaw din l-ipoteżi. Iżda barra l-universita', Moshe jitgħallem ukoll il-pjanu, il-mandarin u l-arti marzjali, sport li huwa ħafna għal qalbu.
Moshe Cavalin irnexxielu jidħol f'dan il-kulleġġ ftit aktar minn sena ilu fejn minn dak inhar 'l hawn irnexxielu jiskeb medja ta' A f'suġġetti bħal l-alġebra, l-istorja, l-astronomija u l-edukazzjoni fiżika.
**** l-AP intervistaw lil ġenituri ta' Calvin dawn qalu li huma qatt ma ppjanaw sabiex jibgħatu lil binhom l-universita' ta' tmien snin. **** Moshe kellu sitt snin huma ppruvaw idaħħluh fi skola primarja, iżda dawn m'aċċettawhx minħabba li ċ-ċkejken kien jaf aktar mill-għalliema tiegħu u kien jidher imdejjaq waqt il-lezzjonijiet.
Kien għalhekk li għas-sentejn segwenti l-ġenituri tiegħu għallmuh mid-dar, iżda ta' tmien snin indunaw li l-aħjar post edukattiv għalih kienet l-universita'. L-uffiċjali tal-kulleġġ li bħalissa qed jattendi ċ-ċkejken iddeċiedu li jħalluh jidħol biss jekk jattendi żewġ klassijiet, li kienu l-matematika u l-edukazzjoni fiżika. Iżda wara li ġab A+ fiż-żewġ suġġetti, dawn ħallewh jespandi l-għażla tas-suġġetti tiegħu.
175200811038boy%20in%20library.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
AMERKA
Tippretendi li hi marida bil-kanċer

aħbarijietdotcom
19 ta' Mejju, 2008 02:49 CET Qatt smajt lil xi ħadd jgħid 'U iva, issa għada nċempel sick.' Minn naħa l-oħra, ħaddiema fl-Amerika mhux biss għamlet ta' bir-ruħha li hi marida, iżda ppretendiet li kellha tumur f'rasha sabiex tevita milli tmur għax-xogħol kuljum.
Sandra Dee Martinez ta' 40 sena u li kienet impjegata fis-servizzi soċjali ta' l-istat sa ftit xhur ilu, tinsab akkużata b'serq ta' l-ewwel grad, wara li ħabbret illi kellha tumur f'rasha mhux kontrollabli sabiex tirċievi $21,000 f'paid leave, ħafna ħin ta' mistrieħ, u numru kbir ta' sick days mogħtija ġenerożament mill-kollegi tagħha.
Iżda t-Tlieta li għadda l-prosekuturi f'dan il-każ ħabbru li din l-istorja tat-tumur ma kinietx ħlief ħrafa sabiex Martinez toqgħod id-dar minflok tmur għax-xogħol u ddaħħal il-flus xorta waħda.
Martinez inkixfet mill-ġara tagħha stess, **** hi marret għandha sabiex tuża l-kompjuter tagħha. Il-ġara sabet ittra allegatament miktuba minn ta' tabib, u marret tagħtiha lil awtoritajiet.
Minn investigazzjoni li saret instab illi din il-mara ffalsifikat bosta ittri mediċi u dokumenti fost l-oħrajn maħruġa apparentament miċ-Ċentru Mediku ta' l-Universita' ta' Washington, fejn kien hemm miktub illi hija marida b'tumur f'rasha, għad fadlila biss ftit xhur ta' ħajja, li għandha bżonn ħafna ħin tal-mistrieħ u li **** hi tħossha tajjeb tkun tista' tmur għax-xogħol.
Dan il-każ ilhu li beda minn ħames xhur wara li Martinez ġiet impjegata mill-istat Amerikan bħala social worker f'Ottubru ta' l-2006.
195200824846headache.jpg
 
Top