*kurzitajiet min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Imut l-aħħar veteran Ingliż tal-ewwel gwerra dinjija

Carl FARRUGIA
26 ta' Lulju, 2009 10:22 CET Harry Patch, l-aħħar veteran Ingliż tal-ewwel gwerra dinjija miet fl-eta' ta' 111-il sena. Patch li nkiteb mal-armata **** kellu 18-il sena iġġieled fil-gwerra ta' Passchendaele f'Ypres fl-1917 fejn iktar minn 70,000 suldati Ingliżi mietu. Huwa trabba f'Combe Down u kien qed jgħix fid-dar tal-kura f'Wells.


Patch twieled fis-17 ta' Ġunju 1898 u ħalla l-iskola fl-eta' ta' 15 biex jitgħallem bħala plumber. Ix-xogħol tiegħu fl-armata kien bil-machine gun. Hu żżewweġ darbtejn, fl-191 lil Ada, fejn iż-żwieġ tagħhom dam 60 sena u mbagħad lil Jean **** kellu 81 sena. Huwa kellu żewġt' itfal Deenis u Roy.


Huwa kien l-ixjaħ raġel fl-Ewropa u t-tielet l-ixjaħ fid-dinja.



267200910221patch.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jinstab skeletru ta' gwerrier ta' madwar 4,500 sena

Carl FARRUGIA
1 t' Awwissu, 2009 19:07 CET Skeletru ta' gwerrier ta' madwar 4,500 sena li ntqalet bi vleġġa f'sidru instab f'bajja fin-nofsinhar ta' Ruma. Skeletru priservat, imlaqqam "Nello", instab waqt tfittxja ta' rutina arkeoloġika f'Mejju li għadda.

Raffaele Mancino, uffiċjal tad-diviżjoni tal-pulizija li tieħu ħsieb il-wirt kulturali qal li għal bidu ħasbuh suldat Ruman imma l-esperti identifikawh bħala gwerrier tat-tielet seklu qabel Kristu. Instabu wkoll sitt vażuni żgħar u żewġ stalletti ħdejn l-iskeletru mingħajr saqajn.

Arkeoloġisti qalu li hemm pjanati skavazzjonijiet oħra fil-post fejn instab dan l-iskeletru.
18200919623skeletru%20gwerrier.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Żball fuq is-sit elettroniku ta' lukanda twassal biex kamra tiswa ċenteżmu ta' ewro

Carl FARRUGIA
15 t' Awwissu, 2009 13:03 CET Żball fuq is-sit ta' lukanda viċin Venezja se tiswa lil din il-lukanda madwar 90,000 ewro. Dan wara li fuq is-sit ġie reklamat li l-kmamar li normalment jiswew 150 ewro kienu se ċenteżmu.

Kienu madwar 230 persuna li ħadu vantaġġ minn din l-offerta u bbukkjaw madwar sitt iljieli. Il-lukanda li hija mmexxija mill-Intercontinetal Hotels Group (IHG) qalet li se tonora il-bookings li saru waqt li kien hemm dan l-iżball. Il-kumpanija qalet li l-iżball sar mill-uffiċċji tal-IHG f'Atalanta, Georgia fl-Istati Uniti.



158200913255Venezia.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jinħelsu 700 fekruna

Thailand


16 t' Awwissu, 2009 20:13 CET 700 fekruna żgħira nħelsu fil-baħar madwar it-Tajlandja mill-qawwa navali Tajlandiża bħala parti minn programm ta' konservazzjoni tal-fkieren tal-baħar.
Fl-aħħar sena biss, il-bażi navali rabbiet għoxrin elf fekruna tal-baħar bil-għan li jkunu meħlusa f'okkażjonijiet speċjali, bħal għeluq snin ir-re u r-reġina tal-pajjiż. Il-popolazzjoni tal-fkieren tal-baħar qegħda kull ma tmur tonqos, l-aktar minħabba s-sajd għall-fkieren u t-tibdil fil-klima, peress li **** tgħola t-temperatura tal-baħar, jitwieldu ħafna aktar fkieren nisa milli irġiel.
Fit-Tajlandja, il-fkieren, li jgħixu sa 250 sena, huma simbolu ta' ħajja twila.
similan-diving3-10.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Illejla s-Super 5 b'miljun ewro

19 t' Awwissu, 2009 16:34 CET

Illejla jitilgħu in-numri tas-Super 5, hekk kif il-jackpot illum huwa wieħed kbir ħafna - ta' miljun ewro, wara li ħadd ma qata' l-ħames numri l-ġimgħa li għaddiet. Dakinhar il-premju kien ta' €850,000.

S'issa, ovvjament, ikun għadu mhux magħruf jekk is-somma ntrebħitx.

L-aħħar darba li xi ħadd qata' l-ħames numri tas-Super Five kien fit-3 ta' Gunju, **** żewġ rebbieħa ħadu bejniethom €120,000 – €60,000.

Il-premju tal-lum xorta mhux rekord. Fit-tnax ta' Dicembru ta' sentejn ilu, l-ammont tas-Super Five kien tela' għal wieħed rekord – ftit aktar minn €1.3 miljun.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
iġu rkantati tliet pitturi ta' Hitler

Carl FARRUGIA
6 ta' Settembru, 2009 12:52 CET Tliet pitturi li jingħad li huma ta' Adolf Hitlef inbiegħu f'irkant għal prezz ta' 42,000 ewro fil-Ġermanja. L-irkant sar fil-Belt ta' Nuremberg.

Waħda mill-pitturi li tirrapreżenta ir-raħal Awstrijakk ta' Weissenkirchen in der Wachau inbigħet għal prezz ta' 24,00 ewro. Il-pitturi huma datati bejn l-1910 u l-1911 **** Hitler kien jgħix fi Vienna bħala pittur.

Matul l-aħħar snin kienu diversi l-pitturi ta' Hitler li ġew irkantati. F'April li għadda madwar 13-il pittura inbiegħu f'Shropshire għal aktar minn 95,000 sterlina. Dawn kienu nstabu minn suldati Ingliż fil-Ġermanja fl-1945. Jingħad li bejn l-1909 u l-1945 Hitler pitter madwar 3,400.


692009125221.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
SAMOA
Jibdlu s-sistema ta' sewqan

Carl FARRUGIA
8 ta' Settembru, 2009 10:37 CET Fis-sitta ta' filgħodu, t-Tnejn, fil-gżira ta' Samoa inbidel il-mod kif isuqu dan wara deċiżjoni tal-Prim Ministru Tuilaepa Sailele. Din il-bidla saret minkejja d-diversi protesti kontra din id-deċiżjoni min-nies tal-post. Id-deċiżjoni kienet waħda ekonomika sabiex il-18-il elf immigranti mill-Awstralja u New Zeland, li huwa daqs il-popolazzjoni ta' Samoa jibgħatu karozzi użati lill-familjari minflok jinġiebu karozzi mill-Istati Uniti.

Ġew mħabbra wkoll jumejn ta' festa nazzjonali sabiex jitnaqqas il-volum tal-karozzi fit-triq u matul l-ewwel tlett ijiem se jiġi pprojbit il-bejgħ ta' xorb alkoholiku. B'hekk Samoa sar l-ewwel pajjiż wara 30 sena li bidel is-sistema ta' sewqan wara Nigerja, Ghana u Yemen. Fid-dinja huma 34 fil-mija tal-pajjiżi jsuqu fuq ix-xellug.

892009103725samoa.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kurżitajiet L-itwal raġel fid-dinja

Carl FARRUGIA
19 ta' Settembru, 2009 11:36 CET L-itwal raġel fid-dinja huwa Sultan Kosen, mit-Turkija li huwa twil 2.47 metri skont il-Guinnes World Records. Dan ir-raġel ta' 27 sena huwa 10 cm itwal minn Bao Xishun li kellu t-titlu. Idejh huwa 27.5 cm twal filwaqt li saqajh 36.5 cm.


Kosen, li t-tul tiegħu huwa minħabba kundizzjoni medika qal li jixtieq li dan ir-rekord iġiblu l-imħabba. Huwa qal li l-ewwel ħaġa li jixtieq huwa li jidħol ġo karozza mbagħad li jiżżewweġ. Waħda mid-diffikultajiet ta' dan ir-raġel huma l-ħwejjeġ li jiġuh. Għandu s-sodda li jorqod fuqha hija tliet metri.


Apparti l-iżvantaġġi huwa qal li għandu vantaġġ li jista' jara n-nies minn distanzi twal kif ukoll jista' jagħmel affarijiet fid-dar mingħajr bżonn ta' sellum eżempju jbiddel bozza u jwaħħal il-purtieri.


Kelliem għall-Guinnes World Records qal li Kosen huwa l-ewwel persuna f'dawn l-aħħar għaxar snin li qabeż it-tul ta' 2.46 cm. Sa ma kellu 10 snin huwa kien qed jikber normali imma tumur wassal sabiex jkollu kundizzjoni medika jisimha pituitary gigantism. Dan it-tumur tneħħa s-sena l-oħra u waqaf jikber.


Iż-żjara tiegħu fir-Renju Unit kienet l-ewwel darba li ħareġ barra t-Turkija u mistenni jżur l-Istati Unit u l-Ġermanja.
1992009113637sultan-kosen.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
F'Malta jinkiser il-Guinness World Record għad-diving

Daniela BARTOLO
20 ta' Settembru, 2009 13:46 CET L-Irlandiż Sean McGahern kiser ir-rekord dinji għall-aktar ħin li bniedem dam taħt il-wiċċ tal-ilma. Dan wara li dam aktar minn 27 sigħa fiż-żona viċin il-lukanda Westin. Ir-rekord dinji kien dak ta' 24 sigħa.
Oriġinarjament hu mmira li jdum 40 sigħa
Numru ta' qraba u ħbieb kienu preżenti hekk kif l-Irlandiż tela' fuq l-art, viżibilment għajjien.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kurżitajiet
Arrestat wara li seraq karozza ta' tfajla fl-ewwel date
Matthew BONETT
3 t' Ottubru, 2009 11:27 CET

Raġel minn Detroit fl-Istati Uniti intbagħat sentejn il-ħabs wara li seraq il-karozza ta' tfajla li kien qed joħroġ magħha għall-ewwel darba.

Wara ikla f'restorant, Terrance McCoy qal li ħalla l-wallet fil-karozza tat-tfajla, saqsieha biex tagħtih iċ-ċwievet, mar fil-karozza u telaq.

L-avukat tad-difiża qal li r-raġel hu raġel tajjeb li sempliċiment ħa deċiżjoni żbaljata.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
ktar minn 100 surfer fuq mewġa waħda

- ir-rekord dinji tal-Guinnness ġdid


5 t' Ottubru, 2009 15:59 CET Fl-Afrika t'Isfel aktar minn 100 surfer irnexxilhom jirkbu l-istess mewġa biex b'hekk kisru r-rekord dinji tal-Guinnness.
Hu ikkalkulat li 103 surfers mill-125 li kienu qed jieħdu sehem irnexxilhom jibqgħu fuq l-istess mewġa għal aktar minn ħames sekondi f'bajja f'Cape Town il-bieraħ. B'hekk irnexxilhom jiksru r-rekord Brażiljan ta' 100 surfer fuq mewġa waħda.
Il-parteċipanti rnexxilhom jiksru dan ir-rekord wara diversi attentati, iżda malli ġiet ir-raba' mewġa, kisbu s-suċċess li xtaqu biex jgħelbu r-rekord ta' qabel.
guinness-world-record-earthwave-2006.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tibda l-prova għal rekord ġdid

maltarightnow.com
18 t' Ottubru, 2009 16:53 CET Jessica Watson, ta' 16-il sena minn Queensland fl-Awstralja bdiet avventura li, jekk tirnexxi, toħloq rekord ġdid, li tkun l-iżgħar persuna li qatt daret id-dinja f'dagħjsa weħidha u mingħajr l-ebda għajnuna.
Watson qattgħet l-aħħar ħinijiet qabel il-vjaġġ tagħha tgħannaq lill-familjari. Ix-xahar li għadda, it-tfajla kienet involuta f'inċident xejn sabiħ fejn id-dgħajsa tagħha baqgħet dieħla f'vapur tal-merkanzija.
Wara dan il-każ, kien hemm min akkuża lill-ġenituri tagħha bħala irresponsabbli peress li se jħalluha tbaħħar fuq dan il-vjaġġ li hu ta' madwar 38,000 kilometru u mistenni jieħu diversi xhur.
JessicaWatson07.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Attenti għall-'ħuta-mostru'

L-AWSTRALJA


Turisti li qed iqattgħu l-btajjel fl-Istat ta' Queensland ġew imwissa biex ma jinżlux jgħumu minħabba l-biża' li kelb il-baħar 'mostru', twil mas-sitt metri, jista' qed idur fl-oċean ftit 'il barra mill-kosta. It-tħassib żdied wara s-sejba ta' kelb il-baħar mejjet -- tat-tip great white -- li kienu tqaċċtulu biċċiet ta' ġismu 'permezz ta' żewġ gidmiet kbar'.
L-esperti qed jaħsbu li l-gdim, f'dan il-każ, kien dovut għal 'konfront' bejn il-ħuta l-mejta u speċi ta' ħuta akbar, jerġa' aktar feroċi, mil-leġġendarju great white. Għaldaqstant, l-għawwiema ġew imwissa biex iżommu 'l bogħod mill-ibħra lil hinn mill-Gżira ta' Stradbroke, lejn it-Tramuntana ta' Brisbane.
Sadattant, esperti kkummentaw li s-sejba tal-kelb il-baħar bil-gdim 'terribbli' jixhed proprju l-kwalità tal-'avversarju' li sab quddiemu, **** wara kollox kulħadd jaf kemm il-great white huwa predatur qalil. Fl-istess ħin, ma setax jonqos li d-dilettanti tas-surfing laqgħu din l-aħbar b'xokk u preokkupazzjoni, **** ftit huma d-dubji li 'teżisti tassew ħaġa tat-twerwir lil hinn mix-xatt'. It-twissija ġenerali b'hekk hi għall-kawtela aktar milli kwalunkwe ħaġa oħra, **** dieħel l-istaġun tas-sajf fl-Awstralja. Hu magħruf li f'dan iż-żmien tas-sena, jiżdiedu l-attakki tal-klieb il-baħar fuq in-nies minħabba l-ammonti akbar ta' għawwiema fl-oċean. L-aktar bajjiet popolari fl-Awstralja huma protetti minn xbiek u hekk-imsejħa drumlines -- sensiela ta' grampuni mdendlin minn bagi skjerati biex jiffurmaw speċi ta' lqugħ. Madanakollu dawn ma jiggarantux li l-ebda kelb il-baħar mhu se javviċina x-xatt.

3010200995122beach%20closed%20shark%20attack.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kurżitajiet Inċidenti kurjużi tal-ajru

Carl FARRUGIA
25 t' Ottubru, 2009 11:50 CET Żewġ piloti li kienu qed isuqu l-ajruplan li kienu qed iġorr 144 passiġġier intilfu f'diskussjoni dwar il-politika tal-ajru u baqgħu sejrin għal madwar siegħa fil-vjaġġ tagħhom mingħajr ma ndunaw li qabżu l-ajruport li kellhom jinżlu fih. L-kontrolli tal-ajru qalu wkoll li tilfu l-kuntatt ma' dan l-ajruplan bejn it-8pm u d-9.15pm. Kien **** l-ajruplan kien madwar 150 mil 'il bogħod mill-ajruport li reġa' ġiet stabbilit il-kuntatt. L-ajruplan li kien tan-Northwest Airlines kien sejjer minn San Diego għal Minneapolis.

L-awtoritajiet militari kienu fuq l-allert biex jibgħatu fighter jets minħabba s-suspett li l-ajruplan se ġie maħtuf.

Kelliem għan-National Transportation Safety Board qal li se jaraw il-kaxxa s-sewda kif ukoll se jisimgħu r-recordings u jintervistaw lill-piloti. Fost ir-raġunijiet li qed jiġu skeplati huma li piloti kienu għajjenin. Il-piloti ġew sospiżi sakemm isiru l-investigazzjonijiet li jistgħu jieħdu diversi xhur.

Dan kien it-tieni inċident f'temp ta' ġimgħa fl-Istati Uniti **** ajurplan ieħor li kien qed iġorr 182 passiġġier niżel fuq it-taxiway minflok fuq ir-runway fejn kellu jinżel f'ajruport ta' Hartsfield f'Atlanta. It-taxiway li hi parallela mar-runway kien attivà però ma kienx hemm traffiku fiha.

25102009115026northwest.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Premju ta' $1 miljun għall-qattiel ta' 'vampir'

L-AWSTRALJA


Il-Pulizija fl-Istat ta' Victoria qed toffri premju ta' $1 miljun Awstraljani għal informazzjoni li tirriżulta fl-arrest ta' raġel li jaħsbu li organizza l-qtil ta' raġel ieħor li kien iridha ta' 'vampir'.
Fil-preżent, il-pulizija qed tappella lill-pubbliku biex jgħinhom isibu lil ċertu Mark Adrian Perry li huwa mfittex b'konnessjoni mal-omiċidju ta' Shane Chartres-Abbott, raġel prostitut, f'każ li jmur lura għall-2003. Fiż-żmien **** nqatel, Chartres-Abbott kien għaddej b'ġuri talli allegatament stupra mara li kienet klijenta tiegħu, fejn anki kien gidmilha biċċa minn ilsienha barra. Hu allegat ukoll li Chartres-Abbott informa lil din il-mara, li kienet għamlet żmien f'relazzjoni ma' Perry, li kien fil-fatt 'vampir li ilu jeżisti s-sekli u li jiddependi mid-demm ta' ħaddieħor biex jibqa' jgħix'. Il-pulizija intant tifhem li Perry - li jaħsbuh li siefer wara li sema' li kien imfittex b'konnessjoni mal-omiċidju - jista', illum, qed jgħix f'xi parti tal-Awstralja. Il-qattiel suspettat fil-fatt ilu 'uffiċjalment' maħrub għal dawn l-aħħar sentejn.
Chartres-Abbott kien spiċċa maqtul b'tiri ta' arma f'sobborg ta' Melbourne, f'ħin **** kien fil-kumpanija ta' missieru u t-tfajla tiegħu li dak iż-żmien kienet tqila. Kelliema għall-pulizija sadattant sostnew li hemm diversi persuni ( fl-Awstralja) li jafu fejn jista' jinstab Mark Adrian Perry u ma min it-tali qed jassoċja ruħu. Għaldaqstant, qed joffru dan il-premju ta' flus sostanzjali 'għaliex huma ħerqana li jinqabad'. Qed jiġi allegat, imbagħad, li wara li l-eks-tfajla tiegħu - ukoll allegata prostituta - sfat aggredita brutalment u stuprata mill-'vampir', Perry spiċċa jikkuntattja lil xi kriminali professjonali li jingħad 'tħallsu l-flus speċifikament biex joqtlu lil Chartres-Abbott.' Intant, għadha għaddejja t-tfittxija 'nazzjonali' għal Mark Adrian Perry, eks-bouncer li jgħidu għandu 'l-kapaċità' biex jibdel id-dehra tiegħu kif irid u li magħruf ukoll li ġieli vvjaġġa lejn u 'l hinn mill-Awstralja b'dokumenti foloz.
2610200920142australian%20police.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jirbħu 91 miljun Lira Sterlina

IR-RENJU UNIT


7 ta' Novembru, 2009 20:06 CET Żewġ Ingliżi kisru r-record fil-pajjiż għall-akbar rebħa f'lotterija, wara li kull wieħed rebaħ 45,570,835.50 lira Sterlina fil-lotterija magħrufa bħala l-EuroMillions.
L-uniċi żewġ biljetti li rebħu l-premju ta' 91 miljun Lira Sterlina nxtraw minn persuni Ingliżi. Sa issa, l-akbar premju li qatt intrebaħ f'lotterija fir-Renju Unit kien ta' 35.4 miljun Lira Sterlina. Dawk li rebħu dan il-premju record, issa għandhom 179 ġurnata biex jieħdu l-premju. In-numri li bihom rebħu huma 11, 19, 34, 43, 45, u b'dawk li huma magħruf bħala 'lucky stars' in-numri 5 u 9.
Qabel, ir-record kien f'idejn Angela Kelly minn Glasgow, li f'Awwissu tal-2007 rebħa 35.4 miljun Lira Sterlina fil-lotterija nazzjonali Ingliża.
711200920632Sterling.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jinħareġ video ta' kif possibilment tidher Madeleine McCann


3 ta' Novembru, 2009 18:31 CET Il-Pulizija Ingliża ħarġet video ta' kif possibilment tidher Madeleine McCann bil-għan li jniggeż il-kuxjenza ta' dawk li possibilment jafu fejn tinsab it-tifla. Il-ġenitur tat-tifla, li kienet għebet jiem biss qabel għalqet 4 snin, u dan fl-2007, huma konvinti li binthom għadha ħajja.
Il-video ta' minuta, li tpoġġa fuq sit elettroniku tal-pulizija tal-Ingilterra, inħareġ f'seba' lingwi differenti fosthom anke l-Franċiż u l-Għarbi. Inħadem bl-għajnuna ta' psikologi bil-għan li jqanqal lil min jista' jkun jaf fejn tinsab it-tifla. Juri kif tista' tidher it-tifla llum fosthom b'xagħar isfar sa spallejha - kif kienet Madeleine McCann **** għebet - kif ukoll kif tista' tidher jekk xagħra inżebagħ skur.
Il-Pulizija Ingliża kienet ikkowtata tgħid li hi temmen li xi ħadd 'hemm barra' jaf fejn tinsab Madeleine McCann.
3112009182931Madeleine%20McCann.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kurżitajiet It-taxi tradizzjonali Ingliża f'Malta

Dione BORG
11 ta' Novembru, 2009 18:22 CET It-taxi tradizzjonali Ingliża li tiddistingwi lilha nnifsha minn karrozzi oħra issa se tkun fit-toroq Maltin.
Impurtata f'Malta mill-kumpanija Muscat Motors, it-taxi tradizzjonali mistennija tkun element partikolari fit-toroq Maltin mhux biss għall-istil uniku tagħha iżda wkoll għall-faċilitajiet li din toffri lill-passiġġieri.
Kuntrarjament għall-vetturi l-oħra li jintużaw bħala taxis, din it-taxi hi mibnija speċifikament biex tkun taxi. Għalhekk din il-taxi hi manufatturata b'mod li taqdi l-ħtiġijiet tal-passiġġieri. Minkejja l-mogħdija taż-żmien, għall-aħħar 61 sena it-taxi tradizzjonali Ingliża żammet l-istil tagħha u kompliet tiddistingwi ruħha minn karrozzi oħra li jintużaw bħala taxis. Minbarra li tingħaraf mill-ewwel bħala taxi, din il-vettura toffri wkoll faċilitajiet għal ħames passiġġieri b'distinzjoni bejn il-passiġġieri u x-xufier.
It-taxi tradizzjonali Ingliża toffri wkoll diversi faċilitajiet, fosthom rampa għal min ikun qed juża wheelchair, spazju kbir fuq wara għall-passiġġieri u l-affarijiet li jkollhom magħhom u sigurta kbira. Il-karrozza, li taħdem b'makna diesel, hi mibnija wkoll b'mod partikolari biex tkun tista' toffri l-aqwa servizz lix-xufier billi għandna faċilitajiet moderni għas-sewqan u kontroll tal-karrozza.
LTI-Vehicles-TX4-london-Taxi-2-lg.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
68 sena żwieġ u l-imħabba ta' bejniethom għadha tikber

MaltaRightNow.com
23 ta' Novembru, 2009 09:24 CET Il-fidi hi parti essenzjali fiż-żwieġ tal-koppja Tabone, b'devozzjoni speċjali għal San Ġorġ Preca, li sar qaddis propju wara li t-tabib Ċensu Tabone ċċertifika l-fejqan bla spjegazzjoni ta' wieħed mill-pazjenti tiegħu...
Wara 68 sena żwieġ, l-imħabba li l-President emeritus Ċensu Tabone u martu Maria għandhom għal xulxin għadha evidenti daqs li kieku kienu għadhom miżżewġin friski. Maltarightnow.com tkellem mal-koppja Tabone fid-dar tagħhom f'San Ġiljan, fejn huma rrakkuntawlna kif iltaqgħu **** Maria, flimkien mal-familja tagħha, marret toqgħod xahar Għawdex minħabba li missierha, li kien Maġistrat, kellu jservi għal xi żmien fil-qrati ta' Għawdex. Iżda minħabba li kienet għadha żgħira, kellhom jgħaddu xi ħames snin qabel ma huma t-tnejn bdew jinnamraw bis-serjetà . Kien propju fit-23 ta' Novembru tal-1941, **** Ċensu u Maria żżewġu fil-Palazz tal-Isqof, Għawdex. Iżda Maria kienet ilha li tefgħet għajnejha fuqu minn mindu kellha ħmistax-il sena.
Il-ġurnata tat-tieġ tagħhom kienet waħda memorabbli, mhux biss għalihom, iżda wkoll għall-mistednin, bil-bombi tal-għadu bħal murtali waqt il-festin. Iżda, kif irrakkontatilna Maria, f'dak iż-żmien ta' diffikultajiet li kkawżat il-gwerra, il-mistednin kollha marru bi ħġarhom għar-riċeviment tat-tieġ - okkażjoni fejn għal darba kienu se jsibu ikel bl-abbundanza. B'nostalġija, il-koppja Tabone ftakru wkoll fil-honeymoon tagħhom, li huma qattgħu fil-lukanda Royal Lady. Iżda ma damux wisq igawdu lil xulxin għax l-għada, Ċensu, li kien tabib mal-militar, kellu jħalli lil martu warajh Għawdex għax waslitlu l-aħbar li l-armata Taljana kienet se tattakka lil Malta. Il-fidi hi parti essenzjali fiż-żwieġ tal-koppja Tabone, b'devozzjoni speċjali għal San Ġorġ Preca, li sar qaddis propju wara li t-tabib Ċensu Tabone ċċertifika l-fejqan bla spjegazzjoni ta' wieħed mill-pazjenti tiegħu. Iżda b'umiltà kbira, huwa qalilna li kien għamel biss dmiru ta' tabib. Fissrilna kif għadu sal-ġurnata tal-lum jitlob lil dan il-qaddis kuljum biex jgħin lilu u lill-familja tiegħu għax iħoss ruħu tant ixxurtjat li Alla tah tant affarijiet sbieħ f'ħajtu. Ċensu Tabone, li llum għandu 96 sena, qal li 'ż-żwieg hu kaxxa magħluqa', iżda b'vuċi emozzjonata stqarr illi, 'Kieku kelli nagħżilhom jien l-ingredjenti tal-kaxxa tiegħi, ma kont inbiddel xejn f'Maria!'
Il-ħajja tagħhom ma kinitx waħda faċli, kif spjegatilna Maria, ta' 89 sena. Hi u tirrakkonta kif, wara li kellhom tlett itfal, żewġha mar Londra biex jispeċjalizza fil-kura tal-għajnejn. Minħabba li dak iż-żmien kienu jikkomunikaw biss permezz tal-ittri, it-tnejn li huma ħassew ħafna n-nuqqas ta' xulxin. Għalhekk, **** wieħed mill-ġirien tagħhom offra lil Maria ċ-ċans biex iċċempel lil żewġha l-Ingilterra, hi ħatfitu fil-kelma. Iżda qabel irnexxielha tikseb in-numru tat-telefon ta' żewġha laħaq għadda ftit taż-żmien, u t-testijiet tat-telefonati internazzjonali kienu laħqu spiċċaw. B'hekk, Maria kellha tħallas lira u nofs biex iċċempel lil żewġha, somma sostanzjali ħafna fis-snin erbgħin. Iżda l-eċċitament tal-koppja tant kien kbir **** semgħu leħen xulxin wara sena u nofs ma jitkellmux, li ma felħux ilissnu kelma. Għalhekk, Maria kellha tirritorna l-għada u terġa' ċċempillu **** t-tnejn kienu kkalmaw. B'sens ta' umoriżmu kontinwu, il-ftit tal-ħin li qattajna magħhom kien biżżejjed biex nindunaw x'inhu s-sigriet taż-żwieġ feliċi tagħhom. Iżda Maria kompliet tiżvela li sa mill-bidu taż-żwieġ tagħhom huma ftehmu li qatt ma kienu se jorqdu miġġildin, u dan għen ħafna fir-relazzjoni tagħhom. Kif stqarr il-President Emeritus Ċensu Tabone, hu u martu ma jixbgħu qatt jirringrazzjaw lil Alla, għax, 'Qatt m'hu biżżejjed li nroddulu ħajr tal-ġid kollu li għamel magħna. Dik hi l-verità kollha...kif jista' jkun li kien ħaqqna li jberikna daqshekk b'din il-familja tant sabiħa u bi tmint itfal li jħobbuna daqshekk!'Â
Il-President Emeritus Ċensu Tabone, ta servizz twil fil-politika f'pajjiżna, u wara snin twal fil-Parlament bħala Deputat Nazzjonalista fejn serva anki bħala Ministru għall-gvernijiet Nazzjonalisti, serva wkoll fl-ogħla kariga ta' pajjiżna - dik ta' President tal-istat Malti - li temmet karriera twila fil-politika ta' servizz lill-poplu u lil pajjiżna.
231120099240Censu%20Tabone%20u%20martu%20Maria.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Għal 23 sena ħasbu li kien f'koma

IL-BELĠJU


24 ta' Novembru, 2009 09:14 CET Raġel Belġjan, li għal 23 sena t-tobba ħasbu kien f'koma fil-fatt kien konxju l-ħin kollu.
Rom Houbens kien sempliċement paralizzat u ma setax jikkomunika mat-tobba u jgħidilhom is-sitwazzjoni proprja. Houbens, li issa għandu 46 sena, kien korra serjament f'inċident tat-traffiku fl-1983 u t-tobba kienu ħasbu li spiċċa f'koma fi stat veġetattiv. It-tobba fl-isptar fi Zolder kienu qatgħu qalbhom li hu seta' jiġi lura f'sensih. Issa tliet snin ilu tabib induna li fil-fatt hu kien paralizzat u l-każ tiegħu inkixef wara rapport xjentifiku li kien pubblikat mit-tabib li salvah. Minn scans ta' moħħu rriżulta li dan kien qed jiffunzjona kważi normalment. Houbens issa qal li kien konxju l-ħin kollu **** kienu jmorru t-tobba maġenbu u l-qraba iżda ma setax jikkomunika magħhom. Issa permezz tat-terapija, ir-raġel jista' jikteb messaġġi fuq skrin tal-kompjuters u għandu apparat apposta mas-sodda li bih jista' jaqra l-kotba waqt li hu mimdud fis-sodda.
Houbens qal li hu kien qata' qalbu li xi ħadd kien se jinduna. Hu qal li **** fil-fatt indunaw, kien qisu reġa' twieled mill-ġdid. Hu qal li l-kelma frustrat ma kinitx biżżejjed biex tiddeskrivi dak li kien iħoss tul dawn it-23 sena. It-tabib Steven Laureys, espert tal-moħħ, li kien reġa' eżamina mill-ġdid lil Houbens sostna li kien hemm każi fejn ikun maħsub li pażjent ikun f'koma fi stat veġetattiv **** fil-fatt dan ma jkunx il-każ. Houbens issa jinsab taħt kura kostanti f'faċilità qrib Brussell.
2411200991434belgian%20paralizzat%20coma.jpg
 
Top