l-fekruna Loggerhead
Clinton SAMMUT
11 ta' Lulju, 2012 22:15 CET Il-ġimgħa li għaddiet ġriet aħbar pjuttost interessanti u li ħalliet diversi nies affaxinati dwar il-ġrajja li fekruna ta' tip Loggerhead jew kif inhuma xjentifikament magħrufa bħala Caretta caretta telgħat fil-bajja tal-Ġnejna u bejtet hemm.
Dan l-avveniment kien ilu snin ma jseħħ fil-gżejjer Maltin u dan għaliex jista' jkun ħabba diversi fatturi li jagħmlu l-bajjiet inaċċessibli biex il-fkieren ibidu.
Din it-tip ta' fekruna hi klassifikata fil-familja tal-Cheloniidea li huma retili. Ir-retili bħas-sriep għandhom karateristika importanti fejn il-ġilda tagħhom hi magħmula minn qxur aħrax u iebes.
L-isem Loggerhead ingħata minnħabba d-daqs tar-ras prominenti li din il-fekruna għandha flimkien ma' xedaq kbir u b'saħħtu li jagħmel forza tant kbira li jkisser diversi tipi ta' qxur ta' molluski u krustaċi.
Dawn il-fkieren ġeneralment jkbru madwar disgħin ċentimetru b'daqs li jvarja madwar 135 kilogramma.
Iżda wieħed ma jeskludix l-fatt li dawn jikbru aktar minnhekk infatti ġieli nstabu fkieren ta' daqsijiet akbar fosthom 250 ċentimetru b'piż ta' 454 kilogramma, kważi nofs tunellata.
Il-ħajja tagħhom hi simili għal dik tal-bniedem fejn tilħaq l-eta' sesswali tagħha bejn 17 u 33 sena u tgħix ħajja bejn 47 u 67 sena. Sakemm l-fkieren jilħqu l-istadi ta' adulti hu ferm diffiċli li wieħed jagħraf id-differenza fis-sessi iżda **** dan jintlaħaq l-uniku żewġ differenzi huma li l-irġiel għandhom denb eħxen u għandhom il-qoxra li hemm maż-żaqq hi ferm iżgħar minn dawk tan-nisa.
Il-kulur tal-ġilda ivarja minn isfar għal kanella filwaqt li l-qoxra tal-fekruna iġonġi bejn aħmar u kanella. Il-fkieren iqattaw l-maġġoranza ta' ħajjithom fl-ilma ħlief għal dawk l-mumenti qosra fejn l-fekruna titla' mill-baħar u tbid l-bajd f'bejta. Dan il-proċess tirrepettih erba' darbiet infilla f'perjodu ta' 15-il ġurnata bejn bejta u oħra.
Wara li tbid il-fekruna iċ-ċiklu ta' riproduzzjoni tagħha jieqaf għal sentejn jew tlieta.
L-International Union for the Conservation of Nature dawn l-fkieren ġew imħarsa bil-liġi internazzjonali għaliex il-popolazzjoni tagħhom għeda kull ma tmur tonqos u qedgħin f'riskju ta' estinzjoni.
Bħal kull speċi tar-retili oħra dawn il-fkieren huma l-aktar attivi matul il-jum għaliex temperaturi għoljin iżidu l-metabolismu tal-ġisem u anki t-tħabbit tal-qalb li jagħmlu l-fekruna aktar attiva u ferm iktar effiċjenti fil-kaċċa tagħha. Temperaturi inqas min 12-il grad celsius jistgħu ikunu ta' riskju serji għal fekruna b'hekk fix-xitwa l-fkieren ipassu f'postijiet ferm aktar sħan.
Hemm diversi tipi ta' perikli li dawn ir-retili jaffaċjaw fil-ħajja ta' kuljum fosthom ammont kbir ta' plastik li jintrema' fil-baħar li l-fkieren jaħsbuh bram u jiekluh fejn jispiċċaw fgati jew avvelinati, Konzijiet u xbiki fejn il-fkieren jeħlu fihom u jmutu, xbiki tat-tkarkir fejn dawn jinqabdu fihom huma u jkunu fil-qiegħ jieklu, riskju li **** jkunu fil-wiċċ jintlaqtu minn dagħjes u jetskies u kaċċa llegali tagħhom.