Raġel jonfoq ftit iktar minn €600 fuq birra
aħbarijietdotcom
16 ta' Lulju, 2008 08:31 CET Raġel Awstraljan żgur illi għandu problema bl-alkoħol, hekk kif wara li ġie mressaq il-Qorti għas-seba' darba li kien qed isuq taħt l-effett tax-xorb, ir-raġel ammetta li kien qed jonfoq ftit iktar minn €600 fil-ġimgħa fuq birra.
Michael Leary, li jaħdem fil-qasam tal-bini, ammetta mal-Maġistrat li beda jixrob daqshekk madwar ħames snin ilu, wara li t-tfajla tiegħu telqitu. Huwa qal li min dakinhar huwa beda jtaffi d-dwejjaq tiegħu fil-birra.
Minkejja l-fatt li Leary huwa riċediv, il-Maġistrat ikkunsidra l-fatt li minn mindu kienu arrestawh l-aħħar darba r-raġel ma kienx baqa jixrob. Għal dan il-fatt, Leary ma ġiex arrestat. Minn naħa l-oħra, huwa ma riex jixtri jew imqar iżomm flixkun birra għal sena sħiħa.