*kurzitajiet min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Raġel jonfoq ftit iktar minn €600 fuq birra

aħbarijietdotcom
16 ta' Lulju, 2008 08:31 CET Raġel Awstraljan żgur illi għandu problema bl-alkoħol, hekk kif wara li ġie mressaq il-Qorti għas-seba' darba li kien qed isuq taħt l-effett tax-xorb, ir-raġel ammetta li kien qed jonfoq ftit iktar minn €600 fil-ġimgħa fuq birra.
Michael Leary, li jaħdem fil-qasam tal-bini, ammetta mal-Maġistrat li beda jixrob daqshekk madwar ħames snin ilu, wara li t-tfajla tiegħu telqitu. Huwa qal li min dakinhar huwa beda jtaffi d-dwejjaq tiegħu fil-birra.
Minkejja l-fatt li Leary huwa riċediv, il-Maġistrat ikkunsidra l-fatt li minn mindu kienu arrestawh l-aħħar darba r-raġel ma kienx baqa jixrob. Għal dan il-fatt, Leary ma ġiex arrestat. Minn naħa l-oħra, huwa ma riex jixtri jew imqar iżomm flixkun birra għal sena sħiħa.
167200882916beer.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Referee fis-sakra waqt logħba futbol

aħbarijietdotcom
17 ta' Lulju, 2008 11:15 CET Referee waqt partita futbol gewwa l-Belarus kellu jigi megħjun biex joħroġ mill-grawnd wara li kien fis-sakra.
Ir-referee, Sergei Shmolik, ma setax joqgħod dritt u ‘video clip' tiegħu ħiereġ minn fuq l-pitch rawh eluf ta nies minn fuq l-internet.
Sergei Shmolik kien qed jirrefja l-partita FC Vitebsk kontra FC Naftan Novopolotsk. Waqt il-logħba, Shmolik inħareġ mill-logħba u ġiet mogħtija l-iskuża li r-referee kien qed ibati minn uġiegħ f'dahru. Minn naħa l-oħra, kien jidher biċ-ċar li Shmolik kien qiegħed fi stat ħażin minħabba l-alkoħol.
Ir-referee wara ttieħed l-isptar fejn nstab li kellu livelli għolja ta' alkoħol fil-ġisem.
177200812828referee_cards.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Koppja tieħu passi legali kontra zoo

ahbarijietdotcom
18 ta' Lulju, 2008 11:33 CET Koppja min New York qed isaqsi l-qorti għal danni ta $10 miljuni wara avventura xejn sabiħa.
Damien Foster u Nandi Taylor fetħu kawża kkontra zoo wara li ‘The Skyfari Ride', gondola li ddur maz-zoo, wafqet ħesrem minħabba xi ħsarat.
Taħt il-gondola tal-koppja kien hemm ljuni u annimali perikolużi oħra. Foster u Taylor qegħdin jgħidu li soffrew trawma psikoloġiku u emozzjonali qawwi. Ta' min jgħid li waqt din l-esperjenza kemmxejn mhux tas-soltu, Taylor kienet tinsab tqila bit-tarbija tagħhom, b'hekk il-koppja qed tgħid li Nandi setgħet affetwat it-tqala tagħha minħabba slis-stress żejjed ta' din l-avventura.

1872008113315lions.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Miss USA tiżloq waqt l-kompetizzjoni Miss Universe

aħbarijietdocom
19 ta' Lulju, 2008 08:23 CET Miss USA, Crystle Stewart, soffriet esperjenza xejn pjaċevoli wara li żelqet u waqgħet ma' l-art waqt l-kompetizzjoni ta' Miss Universe.
L-kompetizzjoni, li ntrebħet min Miss Venezuela, hija waħda mill-aktar ‘beauty pageants' popolari fid-dinja u din is-sena kienet qed tiġi organizzata fil-Vjetnam.

Huwa stmat li ż-żelqa ta' Stewart rawha xejn inqas min biljun ruħ live, u eluf oħra min fuq l-internet.
Fatt kurjuż huwa li anke fil-Miss Universe tal-2007, Miss USA tas-sena l-oħra, Rachel Smith, kienet ħadet żelqa fuq l-‘evening gown' tagħha.

197200882037tiara.jpg

__________________
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Minn mudella għal ħaddiema fid-dranaġġ

aħbarijietdocom
20 ta' Lulju, 2008 10:48 CET Min qal li l-ħajja ta' mudella hija waħda mimlija avventura u affaraijiet lussużi żgur li qatt m'għadu semgħa bl-isttorja ta' Fay Bentley.
Bentley kellha karriera twila fl-immudellar, fejn ħadmet ma' l-aqwa diżinjaturi f'Pariġi, Milan u Londra. Hi bdiet taħdem bħala top model ta' 21 sena ma' kumpanija ta' l-imudellar f'Londra.
Iżda iktar ma' bdiet tikbet, iktar bdiet issibha diffiċli taħdem. Fl-aħħar Bentley iddeċiedet li tbiddel l-karriera tagħha kompletament u issa ta 27 sena ggradwat bħala 'civil engineer' u qed tibda taħdem fuq id-disinji ta' sistemi tad-dranaġġ.
"Kelli xogħol sabiħ, iżda din il-linja hija iktar għal futur. Se nuża t-talenti tiegħi biex nagħmel differenza."

2072008104753catwalk.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Mafjuż jinterpreta parti ta' Mafjuż waqt film

aħbarijietdotcom
21 ta' Lulju, 2008 08:47 CET Mafjuż Taljan ġie arrestat wara li kien qed jinterpreta parti ta' Mafjuż fittizju waqt il-ġbid ta' film fl-Italja.
Giovani Venosa, li huwa Mafjuż ma' familja ta' Napli, stqarr li huwa dilettant tal-films tal-mafja u tħajjar japplika biex jinterpreta parti ta' mafjuż fil-film ‘Gamorra'.
Venosa kien qiegħed jaħdem parti ta' qattiel f'dan l-film, iżda l-produtturi tal-film ma kellhomx idea li fil-verita' Venosa huwa qattiel ta' veru mal-Mafja.
Priġunieri fil-ħabs f'Napli raw lil Venosa fuq it-TV u qalu lil Pulizija minnufih minn kien. Minn naħa tagħhom, il-Pulizija mill-ewwel marru fejn kien Venosa fejn ġie arrestat.

21720088477mafia.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ħalliela tinsa lil bintha warajha

aħbarijietdotcom
22 ta' Lulju, 2008 14:20 CET Mara fil-Ġermanja għamelt kemmxejn ta' żball, hekk insiet lil bintha f'ħanut li kienet għadha kif serqet. Il-każ ġara fil-belt ta' Sonthofen, fejn il-mara kienet qegħda f'ħanut li jbiegħ kożmetiċi li jqumu ħafna flus.
Fid-daqqa u l-mument il-mara tefgħat ammont ta' kożmetiċi fil-baskett u ħarġet il-barra mill-istabbiliment. Hekk kif l-alarm tas-sigurta' bdiet iddoqq, il-mara, Birgit Mahler ta' 33 sena, telqet tiġri mill-ħanut. Minn naħa l-oħra, hija ma tatx każ li insiet lil bintha ta' sitt snin warajha.
Hekk kif il-ħaddiema ndunaw b'dak li kien ġara, huma mal-ewwel ċemplu lil Pulizija ħalli jsibu l-ġenituri tat-tifla. Kelliem għall-Pulizija qal li malli l-missier sar jaf x'ġara, hu kien kemmxejn sorpriż bl-inċident.
L-istess kelliem qal li huma mistennija jitkellmu ma' l-omm ħa jaraw għaliex hija għamlet hekk.
2272008141931cosmetics.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Koppja tgħallem lill-kelb kif isuq

aħbarijietdotcom
23 ta' Lulju, 2008 13:00 CET Koppja Ċiniża kellha idea kemmxejn stramba, hekk kif kienu qed isuqu ġiethom l-idea li jgħallmu l-kelb tagħhom kif isuq.
Dan il-każ ġara fil-belt ta' Liunan, **** Pulizija li kienu qed iduru fuq ronda nnutaw karozza partikolari li kienet qed issuq wisq bilmod fuq triq prinċipali. Hekk kif resqu iktar viċin tal-karozza, il-Pulizija ħadu kemmxejn tax-xokk hekk kif raw mara iżżomm kelb tal-poodle fuqha u li b'saqajh kien qed jikkontrolla l-istering.
Il-Pulizija mal-ewwel waqfu lil koppja biex jaraw eżattament x'kien qed jiġri. Minn naħa tagħhom, huma spjegaw kif peress ma tantx kien hemm karozzi bil-lejl ħasbu li kienet tlkun idea tajba li jgħallmu lil Niu Niu kif isuq.
Minn naħa tagħhom, il-Pulizija tawhom ċitazzjoni iżda wkoll talbuhom biex ikunu iktar responsabbli.
23720081303poodle.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Pulizija tal-kartonċin

aħbarijietdotcom
24 ta' Lulju, 2008 08:49 CET Il-Pulizija fir-reġjun ta' Sibiu fir-Rumanija kellhom idea kemmxejn oriġinali biex jippruvaw iwaqqfu n-nies milli jsuqu b'mod eċċessiv fit-toroq. Filfatt il-Pulizija qed iwaħħlu stampi kbar tal-kartonċin fejn fihom jidhru ritratti ta' karozza tal-Pulizija flimkien ma' Pulizija ta' vera.
L-effett ta' dan ir-ritratt kbir mal-ġenb tat-triq kien li n-nies li jkunu qed isuqu kienu jaħsbu li dawn kienu Pulizija ta' veru allura kienu awtomatikament inaqqsu l-veloċita' li jkunu qed isuqu biha.
Radu Ionsecu, li huwa kelliem għall-Pulizija, qal li s-sena l-oħra biss 1,174 persuna mietu minħabba aċċidenti fit-toroq. Minħabba f'hekk huwa qal l-Pulizija dejjem ħa jippruvaw isibu metodu ġodda biex is-sewwiqa jieħdu ħsieb tagħhom infushom aħjar. Huwa kkonferma wkoll li minn żmien għal żmien minflok ir-ritratti vera jkun hemm Pulizija fit-toroq, biex b'hekk l-istess sewwieqa ma jkunux jafu lil min ħa jsibu fil-ġenb tat-toroq Rumeni.
127200812955police_man.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Fenek isalva koppja minn nirien

aħbarijietdotcom
25 ta' Lulju, 2008 09:46 CET Koppja mill-Awstralja żgur li ħa jkunu ferħanin li kienu qed iżommu fenek id-dar tagħhom, hekk kif dan salvalhom ġajjithom minn nar.

Il-każ seħħ f'Melbourne hekk kif f'nofs ta' lejl qabad nar f'waħda mill-kmamar tad-darr ta' din il-koppja. Minn naħa l-oħra, l-koppja kienu reqdin u b'hekk ma ndunawx b'dak li kien qed jiġri.

Fil-pront il-fenek mar mal-bieb tagħhom u beda jigref u jħabbat sabiex huma jqumu. Wara ftit ir-raġel qam u nduna b'dak li kien qiegħed qed jiġri u flimkien mal-mara tiegħu u l-fenek ħarġu l-barra mid-dar.

Membri minn tat-taqsima tat-tifi tan-nar qalu li kieku ma kienx għal dan il-fenek, din l-istorja żgur li kienet ħa tispiċċa f'mod iktar ikrah.

257200894445rabbit.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
New Zealand
Qrati jordnaw li jitbiddel l-isem ta' tifla

aħbarijietdotcom
26 ta' Lulju, 2008 14:16 CET Qrati fin-New Zealand għadhom kif ħadu deċiżjoni mhux tas-soltu, hekk kif ordnaw lill-ġenituri ta' tifla sabiex ibiddlu isimha. Dan wara li l-iem li kienu tawha disa' snin ilu kien wieħed redikolu u li kien qed jaffetwalha ħajjitha.
L-isem li qajjem dan il-paniku kollu kien 'Talula Does The Hula From Hawaii'. Il-Maġistrat li ħa ħsieb il-każ, Rob Murfitt, sostna li huwa ħażin li ċertu ġenituri jsemmu lit-tfal tagħhom b'ismijiet li żgur li bihom ħa jkunu fil-mira ta' bullying minn sħabhom stess.
Skond l-avukat tat-tifla, hi tant kienet tħossha imbarazzata, li ta' min jgħid illum għandha disa' snin, li lil sħabha qas biss kienet tgħidilhom isimha propja. Filfatt sħabha kollha kienu jafuha bħala K.
Waqt li kien qed jagħti s-sentenza tiegħu l-Maġistrat semma' każijiet ta' ismijiet oħra fejn kellha tieħu pass il-qorti. Fost l-ismijiet imsemmija kien hemm 'Fish and Chips', 'Yeah Detroit' u 'Stallion'.






622008102516gavel.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Mibjugħa l-akbar pittura fid-dinja f'biċċiet

aħbarijietdotcom
27 ta' Lulju, 2008 09:27 CET L-artist Djuro Siroglavic mll-Kroazja iddeċedaa li ħa jbiegħ il-pittra tiegħu 'The Wave' li qegħdad imniżżla fil-Guinness Book of Records bħala l-ikbar pittura fid-dinja sħiħa. Minn naħa l-oħra, Siroglavi ħa jbiegħ din il-pittura f'biċċiet u mhux lilha sħiħa.
Waqt intervista li l-artist għamel lill-gazzetta Kroata, huwa qal li għalih kienet diffiċli sabiex jesebixxi din il-pittura għax ftit kienu dawk il-postijiet li kienu kbar biżżejjed biex jospitawha. Kien għalhekk li ġietu l-idea li jaqsam il-pittura f'biċċiet u jbiegħhom għall-karita'.
Il-pittura bkollox tiżen sitt tunnellati.
1062008122936art.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Raġel ilesti jigsaw puzzle wara sitt xhur
aħbarijietdotom
31 ta' Lulju, 2008 11:12 CET

Eric Smith, raġel ta’ 73 sena mill-Ingilterra, kien ferħan mhux ħażin hekk kif wara sitt xhur irnexxielu jillesti l-ikbar jigsaw puzzle tad-dinja. Skond rapport li deher fuq il-gazzetta Ingliża The Sun, b’kollox Smith dam 527 siegħa jaħdem fuq din il-puzzle.

Fl-istess artiklu ġie rrapurtat li biex ikun jista’ jaħdem fuqha, kellu joqgħod iressaq l-għamara mill-kamra fejn kien qiegħed. Dan minħabba l-kobor tal-puzzle. Apparti minn hekk mejda speċjali kellha tinbena biex ikun jista’ iżomm il-biċċiet kollha fuqha.

F’kumment li ta Smith qal li huwa vera ferħan li rnexielu jagħmel din il-biċċa xogħol u li relattivament din ma tantx ħaditlu wisq ħin biex jillestiha.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Titgħallem tiżfen sakemm tistenna l-ajruport

aħbarijietdotom
1 t' Awwissu, 2008 10:25 CET L-ajruporti f’Pariġi qegħdin joffru servizz ġdid biex lil dawk kollha li jkunu qegħdin jistennew lill-ajruplan tagħhom, jidħlu iktar fl-atmosfera tas-safar. Filfatt f’numru ta’ ajruporti madwar din il-belt qed jorganizzaw lezzjonijiet taż-żfin.

Kelliem għall-kumpanija Aeroports de Paris qal li minn mindu bdew dawn l-lezzjonijiet, kellhom rispons qawwi mingħand dawk kollha li kienu qed jużaw l-ajruporti tagħhom. Huwa kompla jgħid li s’issa madwar 4,000 persuna diġa ħadu sehem f’dawn il-lezzjonijiet.

Huwa spejga kif il-lezzjonijiet li jkunu qed jiġu mgħallma, ikunu bbażati fuq skond fejn il-passiġġiera jkunu sejrin. Għall-argument jekk dawn ikunu sejrin New York ikun hemm żfin tal-Hip Hop, filwaqt li jekk ikunu sejrin lejn iċ-Ċina jkun hemm lezzjonijiet fiż-żfin Orjentali.
116200884930luggage.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kurżitajiet Service ta' karozza li qajjem paniku mad-dinja

aħbarijetdoom
2 t' Awwissu, 2008 10:56 CET Normalment li wieħed jagħti service lill-karozza tiegħu hija xi ħaġa normali, iżda li d-dinja kolla tibda titkellem fuqu ftit inqas. Dan ġara lil miljunarju mill-Qatar wara li siefer lil karozza tiegħu, Murcielago LP649 , b'ajruplan speċjali lill-Ingilterra sabiex ikunu jistgħu jagħmlulha is-service hemmhekk.
B'kollox din l-operazzjoni sħiħa ġiet tiswa' ftit iktar minn £20,000 - sewwa sew £23,552.
Wara li ħarġet din l-istorja bosta kienu dawk l-organizzazzjonijiet ambjentalisti li kkundannaw dan l-aġir. Huma bdew jgħidu li minkejja l-fatt li wieħed ikun sinjur, xorta waħda wieħed għandu jkun responsabbli.
77200814168cars.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
It-8 ta' Awwissu data ffurtunata biex tiżżewweġ
aħbarijietdotcom
3 t' Awwissu, 2008 13:58 CET

Numru kbir ta’ Russi qegħdin jippjanaw sabiex jiżżewġu fit-8 ta’ Awwissu; data li għalihom qed tfisser bħala waħda ffurtunata. Dan minħabba l-fatt li ħa tinzerta 08.08.08.

Uffiċjali mill-uffiċju pubbliku qalu li n-numru ta’ applikazzjonijiet li rċevew ta’ żwieġ żiedu kważi b’żewġ terzi **** tikkompara l-istess ġurnata ma’ l-istess waħda imma tas-snin ta’ qabel. Filfatt normalment ikun hemm bejn 900 u 1,000 żwieġ f’Ġimgħa normali. Minn naħa l-oħra s’issa diġa rreġistraw ftit iktar minn 1,600 koppja.

It-tradizzjoni wara din il-ġurnata hija li minħabba kif qegħdin in-numri, dan ifisser infinita’, b’hekk dan jawgura tajjeb għaż-żwieġ.



It-8 ta' Awwissu data ffurtunata biex tiżżewweġ
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kurżitajiet Jinqabad ħalliel ta’ seba’ snin

aħbarijietdotom
4 t' Awwissu, 2008 09:20 CET Fil-belt ta’ Aachen fil-Ġermanja għadu kif issolva każ ta’ frodi, hekk kif tifel ta’ seba’ snin ħa l-card tal-bank ta’ nanntu u beda jieħu l-flus minnha.
Apparentament il-familjari tiegħu indunaw b’dak li ġata wara li l-ġenituri ta’ sħabu bdew iċemplu biex jgħidulhom li ġurnata minnohm kellu ammont kbir ta’ flus fuqu. Tant hu hekk li flimkien ma’ sħabu marru f’ħanut tal-ħelu u xtraw ammonti kbar.
Kelliem għall-Pulizija qal li t-tifel ma ndunax li kien qed jagħmel xi ħaġa ħażina. Huwa qal li t-tifel għalih kien qiegħed jikkopja lil nanntu.
4820089201atm_card.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Raġel iċempel lill-Pulizija wara li tawh ingredjenti nieqsa fil-ħobż

aħbarijietdotom
5 t' Awwissu, 2008 13:00 CET Reginald Peterson, raġel ta’ 42 sena mill-Amerka, tant ħadha bi kbira li ħanut tas-sandwiches nesa’ jagħmillu zalza partikolari fil-ħobż illi ddeċieda li jċempel lill-Pulizija.
Peterson kien qiegħed fil-ħanut hekk kif induna bl-iżball. Allegatament huwa qabad jgħajjat mall-ħaddiema tal-ħanut u hekk kif dawn keċċewh il-barra huwa mar iċempel il-Pulizija, darbtejn.
Waqt l-ewwel telefonata huwa rrapporta bil-każ taz-zalza, filwaqt li t-tieni darba hu beda jgerger mal-Pulizija għaliex kienu qed idumu daqshekk sabiex fuq il-post. Malli l-Pulizija waslu fuq il-post huma ppruvaw jikkalmaw lil Peterson, filwaqt li jispjegawlu x’inhu l-użu korrett tat-telefon tal-Pulizija.
Hekk kif huwa baqa’ ma jikkoperax, il-Pulizija arrestawh talli uża l-linja t’emerġenza b’mod ħażin.
582008125934sandwich.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Mara arrestata wara li titfa’ lasagna lir-raġel

aħbarijietdotom
6 t' Awwissu, 2008 14:50 CET Ġlieda bejn koppja miżżewġa ma tantx spiċċajt tajjeb għar-raġel, hekk kif il-mara tiegħu tefgħatlu lasagna ffriżata għalih.
Skond artiklu li deher fuq is-sit metro.co.uk, il-każ ġara f’Atlantic Beach fi Florida hekk kif xi ġirien tal-koppja ċemplu lill-Pulizija wara li semgħu xi għajjat. Malli l-Pulizija waslu fuq il-post ir-raġel mill-ewwel qalilhom lil-mara tiegħu kienet qed ittieh id-daqqiet ta’ ħarta u saħansitra f’ħin minhom tefgħatlu l-lasagna.
Apparentament it-tnejn li huma spiċċaw arrestati fuq akkużi differenti.
682008144753lasagne.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Koppja tiżżewweġ fuq il-ġwienaħ ta’ ajruplan

aħbarijietdotcom
7 t' Awwissu, 2008 09:14 CET Darren McWalters u Katie Hodgson żgur illi organizzaw waħda mill-iktar ċerimonji tat-tieġ avventurużi li qatt saru, hekk kif għas-si u no tellaw fuq il-ġwienaħ ta’ ajruplan – waqt li dan kien qed itir.

McWalters, li għandu 24 sena, qal li huwa ppropona lill-għarusa tiegħu wqt li kienu f’nofs foresta u xtaq li ċ-ċerimonja tat-tieġ tkun kemmxejn iktar spettakolari. Għaldaqstant huma ddeċiedu li għal parti l-kruċjali taċ-ċerimonja tat-tieġ huma jitilgħu huma t-tnejn flimkien ma’ qassis jitilgħu fuq tliet ajruplani, b’kull wieħed minnhom ikun qiegħed fuq il-ġwienaħ t’ajruplan u b’permezz ta’ radju jkunu jistgħu jikkomunikaw ma’ xulxin. Minn naħa l-oħra l-mistednin kienu kollha qed jistennew f’għalqa isfel u setgħu jisimgħu kollox permezz ta’ speakers.

Minħabba n-natura taċ-ċerimonja din kellha titħassar darbtejn, minn naħa l-oħra fl-aħħar kollox irnexxa. Wara li lestew il-parti l-avventuruża taċ-ċerimonja, il-koppja niżlet fuq l-art biex jagħtu ċ-ċrieket lil xulxin u fl-aħħar biex jieklu mal-familjari tagħhom.
7820089133plane_wing.jpg
 
Top