*kurzitajiet min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ħanut tal-ħelu f'Berlin b'ċikkulata ddrogata

maltarightnow.com
13 ta' Settembru, 2008 11:40 CET Il-Pulizija f'Berlin għalqu ħanut tal-ħelu wara li sabu li s-sid kien qed ibiegħ ċikkulata u lollipops bi traċċi ta' droga u marijuana.

Is-sid, li għandu 23 sena u li l-ħanut tiegħu jinsab fid-distrett ta' Prenzlauer Berg, distrett magħruf għan-night life. Fil-ħanut instabu 120 biċċa ċikkulata u numru kbir ta' lollipops, madwar 20 sigarett tal-marijuana, diversi pilloli, kif ukoll vażetti ta' għażel imħallat bid-droga.
1392008114023chocolates.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-uragan Ike iħalli misteru

maltarightnow.com
20 ta' Settembru, 2008 12:17 CET **** l-mewġ tal-uragan Ike beda jerħi ħalla misteru warajħ fil-Los Angeles, vapur li skont l-arkeologi inkalja fl-1862. Dan il-vapur jinstab madwar sitt mili minn Fort Morgan u kien diġa deher wara l-uragan Camille li ħa r-ramel fl-1969.
Ix-xjentisti għarfuh bħala Monticello, vapur tal-gwerra illi inħara parzjalment **** kien qed jipprova jaħrab mill-U.S. Navy u jidħol f'Mobile Bay waqt il-gwerra ċivili.
Dan il-vapur kellu tul ta' 136.9 pied u wiesa 25 pied. Skond kabels tal-ħadid u partijiet oħra partikolari, ix-xjentisti jistgħu jgħidu li aktarx hu inqas antik minn hekk. Skont Glenn Forest, arkeologu, biex isir studju sew tal-vapur, dan irid jinħareġ mir-ramel biex jiġi studjat aħjar. Hu qal li dan huwa parti tal-istorja importanti u għandu jitpoġġa f'post sigur biex xi maltempata oħra mat-tellifx aktar dettalji fih.

2092008121648mystery_ship.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ħajjitna titwal
saħħa-eu
4 t' Ottubru, 2008 09:37 CET

Mill-1970 'l hawn, it-tul ta' ħajja li tarbija fl-UE tistenna li tgħix tela' b'ħames snin u nofs għan-nisa u bi kważi ħames snin għall-irġiel u milli jidher din ix-xejra se tkompli għaddejja fis-snin li ġejjin. Li wieħed jistenna li jgħix aktar ifisser ukoll li wieħed jgħix aktar fit-tul f'saħħtu u mingħajr diżabbiltajiet. Il-mod kif il-popolazzjoni Ewropea qiegħda tixjieħ huwa sfida kruċjali għas-seklu li qegħdin fih. Il-konsumaturi ewlenin tal-kura tas-saħħa huma dawk imdaħħlin fiż-żmien, li huma l-persuni li l-aktar ibatu minn mard kroniku u diżabbiltajiet. Fis-snin li ġejjin, l-Unjoni Ewropea tistenna wkoll illi numru li kull ma jmur qed jikber ta' nies tax-xogħol jitolbu li jkun hemm strutturi soċjali u opportunitajiet ġodda, li jkunu jirrikjedu azzjonijiet ġodda min-naħa ta' l-awtoritajiet, kif ukoll kura tas-saħħa u provvedimenti soċjali mtejba.

Il-Programm Komunitarju għas-Saħħa Pubblika jappoġġa l-azzjonijiet immirati sabiex jindirizzaw id-determinanti tas-saħħa konnessi ma' ċertu mard ewlieni (p.eż. il-mard kardjovaskulari, l-osteoporożi) li normalment jolqot lil dawk deħlin fiż-żmien. Għaldaqstant, il-mira ta' l-UE hija li tiżgura li jkun hemm kwalità għolja ta' l-għajxien u kundizzjonijiet aħjar għal ħajjet l-anzjani u anqas morbidità u diżabbiltà. Hi tappoġġa strateġija li tirfes aktar minn settur wieħed fil-Komunità kollha, li tiġbor flimkien u tintegra l-isforzi fl-oqsma tal-kura tas-saħħa, l-ekonomija u l-affarijiet soċjali, sabiex tippromwovi l-għan kumplessiv li: iċ-ċittadini jixjieħu f'saħħithom. Fi ħdan dan il-qafas, ġew identifikati dawn l-isfidi komuni ewlenin: il-provvediment ta' aċċess universali għal kura ta-saħħa ta' kwalità għolja filwaqt li tiġi żgurata l-vijabbiltà finanzjarja tas-sistemi tal-kura tas-saħħa, l-amministrazzjoni ta' l-implikazzjonijiet ekonomiċi tax-xjuħija, u li jiġi żgurat li jkun hemm pensjonijiet adegwati, sostenibbli u adattabbli.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Messaġġi mid-Dinja mibgħuta lejn pjaneta 'l bogħod permezz ta' Bebo

Adrian CAMILLERI
11 t' Ottubru, 2008 11:59 CET Messaġġi mid-dinja - inkluż ritratt ta' George W. Bush bħala eżempju tal-ħażen - intbagħtu lejn pjaneta li jista' jkollu forom ta' ħajja inteliġenti. Il-messaġġi, li jinkludu ritratti u tpinġijiet, intgħażlu minn membri tas-sit elettroniku Bebo.

Kapsula diġitali ġiet mibgħuta mill-aġenzija nazzjonali spazjali tal-Ukrajna lejn Gliese 581c, pjaneta li jixbaħ lid-Dinja u li jinsab 20.5 light years 'il bogħod.

Il-messaġġi waslu sal-pjaneta Mars f'erba' minuti, iżda baqa' sal-2029 biex jilħaq id-destinazzjoni tiegħu. Il-messaġġi jinkludu ritratti ta' postijiet bħal-London Eye u Edinburgh Castle, kif ukoll ritratti ta' nies famużi bħal Hilary Clinton. Gillian Anderson, l-attriċi f'X-Files, kienet waħda minn diversi ċelebritajiet involuti fil-proġett; ir-ritratt ta' Bush kien ħsieb tagħha, filwaqt li hi għażlet ukoll ritratt ta' Barack Obama bħala eżempju tat-tajjeb.

Gliese 581c, li ġie skopert is-sena l-oħra, hu kbir darba u nofs id-daqs tad-dinja, u xjentisti stimaw it-temperatura tiegħu għal bejn 0 u 40 grad Celsius. Dan ifisser li jekk hemm l-ilma, dan jista' jkun fi stat likwidu: xi ħaġa essenzjali sabiex ikun hemm il-ħajja kif nafuha aħna.
11102008115930bebo.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Il-film ''The Terminal'' reali f'Ajruport Messikan

Ġappuniż ilu jgħix fl-Ajruport għal tliet xhur

Simon CASSAR
26 ta' Novembru, 2008 16:16 CET Għal min ħaseb li l-film tal-2004 "The Terminal" hu invenzjoni tal-awturi, sejjer żball! F'Mexico City, il-Ġappuniż Hiroshi Nohara ilu jgħix fl-Ajruport Internazzjonali Benito Juarez mit-2 ta' Settembru li għadda u m'għandux intenzjoni jitlaq. Hiroshi jispjega li ma jafx kif spiċċa fl-Ajruport u llum qed jorqod fuq siġġu.
Għall-ewwel kellu problemi mal-passiġġieri li jkunu fl-Ajruport, bl-awtoritajiet tal-Ajruport jitolbu lill-Ambaxxata Ġappuniża biex tinvestiga l-każ. Iżda llum il-ġurnata sar 'personalita'', tant li jgħix bl-ikel li jagħtuh ir-ristoranti tal-Ajruport, passiġġieri qed jieħdu r-ritratti miegħu ta' kuljum u l-istazzjonijiet televiżivi Messikani dejjem jinkluduh fl-aħbarijiet.
Ir-raġel mar il-Messiku b'visa ta' turist u kellu wkoll vjaġġ ta' ritorn lejn il-Ġappun, iżda għal xi raġuni baqa' qatt ma telaq lura. Intervistat fl-Ajruport stess, Hiroshi kien tradott jgħid li m'għandu l-ebda raġuni jibqa' jgħix fl-Ajruport, iżda m'għandux idea kemm jista' jdum jgħix hemm. Kelliem għall-Ambaxxata Ġappuniża kien kwotat jgħid li Hiroshi ma jistax jitkeċċa għax il-visa tiegħu hi valida sa Marzu li ġej.
Fil-kważi tliet xhur li ilu jgħix fl-Ajruport, Hiroshi spiċċa b'leħja twila u riħa insopportabbli. Xagħru sar mimli trab u brijja, u ħwejġu tilfu l-kulur. Iżda fi kliem l-Uffiċjal tal-Ajruport Silvia Navarrete del Toro, Hiroshi hu "raġel sew, raġel kalm ... Kemm joqgħod bilqiegħa hawn u jiekol il-ġurnata sħiħa".
Uħud mill-istabbilimenti tal-ikel fl-Ajruport saħansitra jagħtuh brieret jew oġġetti oħra biex jippromwovu l-istabbilimenti tagħhom waqt li jkun qed jiġi intervistat. Barra minhekk, passiġġieri li jkunu għaddejjin minn ħdejh saħansitra jixtrulu l-ikel. Akkumpanjat il-ħin kollu minn interpretu, hu stqarr li l-każ tiegħu m'għandux x'jaqsam ma' dak tal-film "The Terminal" interpretat minn Tom Hanks ... iżda jirrikonoxxi s-similaritajiet bejniethom!

26112008161634Hiroshi%20Nohara.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Rigal minn bank Ingliż lil tfajla ta' 20 sena: żieda fl-overdraft għal Stg84 miljun

Simon CASSAR
9 ta' Diċembru, 2008 13:07 CET Tfajla li taħdem bħala careworker irċeviet 'rigal' mill-bank tagħha, hekk kif ittra li rċeviet tgħid li l-overdraft tagħha ġiet estiża għal Stg84 miljun. Kaylie Coomber (ritratt), li għandha 20 sena u toqgħod Highnam, qrib Gloucester, ma setgħetx temmen dak li kienet qed taqra f'ittra li rċeviet mill-Bank Alliance and Leicester. Xi jiem ilu, hi ċemplet lill-bank biex titlobhom żieda ta' Stg50 fl-overdraft, iżda l-ammont fl-ittra li rċeviet kienet 'xi ftit' aktar milli talbet.
Il-careworker fil-Kulleġġ National Star qalet li l-ewwel talba li għamlet kienet ta' Stg250, imbagħad ta' Stg50. "Iżda qatt ma stennejt li nirċievi ittra li tgħid: Għandna pjaċir ninfurmawk li rranġajt l-limitu tal-overdraft għall-kont tiegħek għal Stg84,480,090' ... Assumejt li kien żball, iżda xorta ġrejt sal-bank biex nara jekk sirtx waħda mill-aktar nies sinjuri fil-pajjiż ... u fil-fatt ma kontx", qalet Coomber. "Għalkemm jien infqajt nidħak minn x'ħin irċevejt l-ittra, Uffiċjali tal-bank ma tantx daħku ... imma lanqas biss skużaw ruħhom", kompliet tgħid, tant li kelliem għall-Bank Alliance and Leicester sejjaħ dan il-każ bħala wieħed "ta' darba".
15175350.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tarbija titwieled tiżen iktar minn 6kg
maltarightnow.com
30 ta' Diċembru, 2008 10:53 CET

Tarbija mwielda f'Orange County, California, tiżen id-doppju tal-medja tat-trabi tat-twelid. It-tarbija, mgħammda Richard Walker Sault u li tiżen madwar 6.4 kg, twieldet jumejn qabel il-Milied, u skond it-tobba li ħadu ħsiebha, din kienet l-ikbar tarbija li qatt raw. Il-piż medju tat-trabi tat-twelid huwa ta' bejn 3 u 3.5 kg.

Sault twieldet b'operazzjoni ċesarja, u kemm it-tarbija u ommha jinsabu f'saħħithom. Madankollu, il-ġenituri taċ-ċkejken Richard kellhom jibdlu l-ħwejjeġ kollha li xtraw għal daqsijiet ikbar.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tifla ta' 13-il sena tibgħat 14,528 messaġġ f'xahar

Carl FARRUGIA
25 ta' Jannar, 2009 11:30 CET Tifla ta' 13-il sena f'California bagħtet 14,528 messaġġ bil-mobile f'xahar, dan ifisser messaġġ kull żewġ minuti ta' kull siegħa li kienet mqajma. Missier din it-tifla Greg Hardesty qal li rċieva l-kont tal-mobile twil 440 paġna. Għal bidu dan ħaseb li kienet impossibli imma mbagħa ikkalkula u sab li hi umanament possibli.

Hardesty qal li t-tifla tiegħu kienet qed tibgħat lill-messaġġi lill-erba' tfajliet oħra ossessjanti li jibgħat l-messaġġi ta' bejn tnax u tlettax-il sena. Fortunatament għal Hardesty kien fuq offerta li jibgħat messaġġi kemm irid b'xejn għax kieku kellu jħallas $2,905, b'rata ta' għoxrin ċenteżmu kull messaġġ. Issa Hardesty u l-ex mara tiegħu għamlu restrizzjoni fuq it-tifla li ma tistax tibgħat messaġġi wara l-ikla ta' filgħaxija.
2442008155556mobile_phone.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kurżitajiet Iktar minn 39,000 koppja kisru r-rekord tal-akbar numru ta' koppji li jbusu lil xulxin fl-istess ħin

Carl FARRUGIA
15 ta' Frar, 2009 12:36 CET Ir-rekord tal-akbar numru ta' koppji li jbusu lil xulxin fl-istess ħin, inkiser f'Jum San Valentinu. Aktar minn 39,000 koppja inġabru fil-Belt tal-Messiku biex jiksru dan ir-rekord dinji li kien twaqqaf sentejn ilu. Fost l-aplawsi ta' dawk kollha preżenti…is-sodisfazzjoni li l-Messikani issa ħadu f'idejhom dan ir-rekord…f'jum il-mahbubin.

Carlos Martinez mill-Guinness World Records ivverifika dan ir-rekord fejn 39,897 persuna daħlu fil-pjazza prinċipali Zocalo. Ir-rekord qabel kien qed jinżamm mir-raħal Ingliż ta' Weston-super-Mare mill-2007. Dan l-avveniment sar biex juri l-imħabba fi żmien fejn il-ġlieda kontra t-traffikanti tad-droga wasslet għal vjolenza kbira fil-pajjiż fejn mill-inqas 6,000 ruħ inqatlu.


1522009123541kiss%20record.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Fl-2008: 2,390 piena tal-mewt madwar id-dinja ... 72% minnhom fiċ-Ċina biss

- Rapport ta' Amnesty International


24 ta' Marzu, 2009 02:10 CET Fl-2008 kien hemm 2,390 każ ġudizzjarju madwar id-dinja li spiċċa biex il-ħati ngħata l-piena tal-mewt. Għal sena oħra, ċ-Ċina kien l-aktar pajjiż li ta din is-sentenza: 72% tal-każi kollha. Din l-istatistika kienet ippubblikata mill-organizzazzjoni internazzjonali Amnesty International. Fir-rapport, Amnesty International innotat b'sodisfazzjon li fl-Ewropa m'hemmx pajjiżi li jagħtu din is-sentenza, ħlief il-Belarus, li mhuwiex parti mill-Unjoni Ewropea.
(Ritratt: Protesta paċifika li membri ta' Amnesty International kienu għamlu fiċ-Ċina)
71012025447659.jpg




dancegroup.gif
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Il-'First Lady' Amerikana aktar popolari fost l-Amerikani mill-President Barack Obama


1 t' April, 2009 02:20 CET Il-First Lady Amerikana Michelle Obama bħalissa hi aktar popolari fost l-Amerikani minn żewġha l-President Barack Obama. Dan irriżulta minn stħarriġ tal-opinjoni pubblika, li sar minn Washington Post u ABC, li wera kif Michelle tegħleb lil Barack 76%-66%. L-istħarriġ sar fuq 'kampjun rappreżentattiv', lejliet li l-First Lady tibda l-ewwel vjaġġ presidenzjali tagħha. Fil-ġimgħat li għaddew, Michelle Obama ċaħdet f'intervista televiżiva li tinsab tqila, bl-istħarriġ jgħid li l-popolarità tagħha ssaħħet bl-importanza li baqgħet tagħti lill-familja, minkejja l-pożizzjoni ġdida tagħha.

51120086549obama_getty466x260.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ħajja ta' żagħżugħ 'salvata permezz tal-facebook'

Carl FARRUGIA
5 t' April, 2009 10:39 CET Ħajja ta' żagħżugħ Brittaniku ta' 16-il sena ġie salvat minn tifla Amerikana li kien qiegħed jicchatja magħha fuq il-facebook. Dan iż-żagħżugħ minn Oxfordshire bagħtilha messaġġ li kien qed jaħseb li se jikkommetti suwiċidju.Għalkemm it-tifla ma kienitx taf fejn joqgħod hi qalet lill-ommha li mal-ewwel ikkuntattjat lill-pulizija tal-lokali. Min hemm il-pulizija kkuntattjat aġent speċjali fil-White House u l-Ambaxxata Amerikana f'Washington li kkuntattjaw lill-pulizija ta' Abingdon. Il-pulizija waslet għal tmien inidirizzi possibli u l-uffiċjali sabu lil dan iż-żagħżugħ fir-raba' dar. Iż-żagħżugħ kien ħa overdose ta' droga imma kien għadu konxju ttieħed l-isptar għall-kura.
222200814935facebook_logo.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
TITANIC
Tmut l-aħħar persuna li salvat mill-għarqa tat-Titanic


Mietet fl-eta' ta' 97 sena l-aħħar persuna li kien għad fadal hajja minn dawk li ħelsuha mill-għarqa fit-traġedja tal-vapur Titanic.



Milvina Dean kienet tarbija ta' disa' ġimgħat **** t-Titanic għereq fil-15 ta' April tal-1912, fl-ewwel vjaġġ ta' dan il-vapur li kien telaq minn Southampton.


It-traġedja kienet ħalliet 1,517-il mejjet fil-baħar kiesaħ tal-Atlantiku.


Dean, li minħabba li kienet għadha tarbija tat-twelid ma kienet tiftakar xejn minn dan kollu, mietet il-Ħadd f'dar tal-anzjani fir-Renju Unit. Hi kienet fuq it-Titanic flimkien mal-familja tagħha. Missierha miet mgħarraq f'din it-traġedja, filwaqt li ommha u ħuha ta' sentejn kienu salvaw.
162009122343Titanic_SP.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Isir l-ixjaħ raġel fid-dinja


20 ta' Ġunju, 2009 10:42 CET Henry Allingham, veteran tal-Ewwel Gwerra Dinjija u li għandu 113-il sena, sar l-ixjaħ raġel fid-dinja wara li miet il-Ġappuniż Tomoji Tanabe. Dan, skont il-Guinness World Records.
Tanabe, li kien jiekol l-aktar ħaxix u kien tal-fehma li għex daqshekk għaliex ma kienx jixrob l-alkoħol, miet ilbieraħ fl-età ta' 113-il sena. Hu kien ilu jżomm dan ir-rekod minn Jannar tal-2007. Allingham twieled Londra, fis-6 ta' Ġunju tal-1896 u kien sar l-ixjaħ raġel fir-Renju Unit fid-19 ta' Jannar tal-2007 **** għalaq 110 snin u 227 jum. Uffiċjal tal-Guinness World Records qal li l-aħħar darba li Inglż kellu dan it-titlu kien fis-snin sebgħin, sakemm Fredrick Butterfield miet fid-9 ta' Marzu tal-1974, fl-età ta' 110.
Allingham hu wkoll wieħed mill-fundaturi oriġinali tar-Royal Air Force.
Rigward l-ixjaħ persuna fid-dinja, il-Guinness qalet li din hi l-Amerikana Gertrude Baines, li għandha 115-il sena. Hija twieldet fis-6 ta' April tal-1894.
2062009104151henry_2006_plane_470x312.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849




Kurżitajiet Sfida tal-coconut

maltarightnow.com
21 ta' Ġunju, 2009 19:15 CET Fil-Malasia, l-espert tal-Kung Fu, Master Ho Sifu, taqqab erbgħa coconut b'subajgħ fi ftit iktar minn 30 sekonda, u b'hekk kiser ir-rekord tiegħu stess.
Master Ho Sifu li għandu sebgħa u ħamsin sena se japplika biex jitqies mill-Guinness Book of World Records fejn ikun mistenni jkisser kemm jista' jkun coconuts f'inqas minn minuta.
Għal ftit deher li kien se jabbanduna l-isfida wara li deher li weġġa' subajgħ iżda kompla sa l-aħħar għas-sodisfazzjon tan-nies li nġabru fil-belt storika ta' Malacca.
coconut7.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Xjenzat Żvizzeru jivvinta ajruplan li jaħdem bl-enerġija tax-xemx

[email protected]
28 ta' Ġunju, 2009 18:02 CET L-użu tal-enerġija alternattiva iktar ma jmur iktar qed isir realta' għal ħajjet il-bniedem hekk kif fl-aħħar ta' din il-ġimgha Xjenzat fl-Iżvizzera, Bertrand Picaard, kixef proġett ta' Ajruplan li jaħdem bl-enerġija tax-xemx. Skont ix-xjenzat, jekk l-enerġija mix-xemx tista' tintuża sabiex ittajjar ajruplan, iktar u iktar tista' tintuża għal magni li juża l-bniedem fil-ħajja ta' kuljum.

Picaard fisser kif l-uniku pass li jmiss biex tintuża din il-forma ta' enerġija hi l-viżjoni politika, l-inċentivi u r-regoli favur l-enerġija alternattiva. 'Il fuq minn 12,000 panelli solari twaħħlu fuq dan l-ajruplan partikolari u l-ġwienaħ fihom daqs ajruplan Boeing 747-400. Dan l-ajruplan jiżen daqs karozza normali, u fih spazju biss għal żewg bdoti. L-ajruplan ilu jinbena għal dawn l-aħħar 6 snin.


286200918228In-TECH-PLANE.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kurżitajiet Aktar sħana u inqas xita f'Ġunju li għadda

Ingrid FENECH
2 ta' Lulju, 2009 12:28 CET **** mqabbel mat-temperatura medja f'Ġunju tul dawn l-aħħar 30 sena, Ġunju ta' din is-sena kien kemmxejn aktar sħun, bit-temperatura medja tkun dik ta' 23.7 gradi celsius, 0.7 ta' grad aktar min-normal.


L-aktar Ġunju sħun kien dak ta' l-2003, b'temperatura medja ta' aktar minn 26 grad, filwaqt li l-inqas temperatura reġistrata kienet dik ta' kważi 21 grad fl-1933. Din is-sena f'Ġunju, l-aktar ġurnata sħuna kienet fit-12 ta' Ġunju, bit-temperatura tilħaq kważi 33 grad Celsius, filwaqt li fl-4 ta' Ġunju kellna l-aktar ġurnata bierda tul dan ix-xahar. Dan joħroġ minn informazzjoni miġbura mill-Uffiċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.


Matul ix-xahar li għadda kellna ftit minn kollox – mhux biss sħana, imma anke xita. Fil-fatt kienu mkejla 1.4 millimetru ta' xita, total li pero' hu inqas mill-medja ta' xita li normalment tinżel f'dan il-perjodu, u ferm anqas mix-xita li tkejlet f'Ġunju tal-2007, li kienet aktar minn 76 millimetru. Matul ix-xahar ta' Ġunju li għadda, ir-riħ f'Malta kien fil-parti l-kbira ħafif, b'kultant isir varjabbli.


F'Ġunju li għadda l-gżejjer Maltin kellhom medja ta' kważi 12-il siegħa xemx kuljum. F'cirkostanzi bħal dawn, issa li Ġunju għadda u s-sajf qed ikompli jirranka, il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa kontra l-indiċi UV, speċjalment f'dan iż-żmien tas-sena, **** r-raġġi tax-xemx jilħqu livelli perikolużi.


Il-parir hu bħas-soltu wkoll biex wieħed ifittex kenn mix-xemx bejn il-11 ta' filgħodu u l-4 ta' wara nofsinhar, filwaqt li juża protezzjoni adatta kontra x-xemx.
47200813385Temp%20Xemxi.JPG
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Rekord ta' 68 hotdog f'10 minuti

maltarightnow.com
5 ta' Lulju, 2009 11:35 CET Ir-rekord dinji fil-konsum tal-hotdogs inkiser mill-Amerikan ta' 25 sena Joey "Jaws" Chestnut kiser ir-rekord antik ta' 66 hotdog **** kiel tnejn oħra, b'total ta' 68 hotdog f'10 minuti. Ir-rival prinċipali ta' 'Jaws' kien Takeru "Tsunami" Kobayashi mill-Ġappun li kiel 64 hotdog fl-istess ħin. Hu stmat li dawn it-tnejn ħadu madwar 19,000 kalorija f'10 minuti.
Dawn iż-żewġ kontestanti ilhom jikkompetu flimkien għall-dawn l-aħħar 10 snin f'dik li saret tradizzjoni fil-festa tal-Indipendenza Amerikana. Dan il-kuntest isir kull sena fl-4 ta' Lulju f'Coney Island, New York bl-ewwel darba li sar dan il-kuntest kien fl-1916.
Chestnut, li rebaħ għat-tielet darba infila rebaħ $20,000. Fost ir-rebħiet oħra relatati mal-ikel, il-Kalifornian qed iżomm rekords ta' 5kg għaġin bil-ġobon f'7 minuti u 188 jalapeno peppers f'10 minuti.
572009113457hotdog%20contest.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Imut l-ixjaħ raġel tad-dinja

Carl FARRUGIA
18 ta' Lulju, 2009 09:16 CET Henry Allingham, veteran tal-Ewwel Gwerra Dinjija u li kien l-ixjaħ raġel tad-dinja miet fl-eta' ta' 113.

Allingham li twieled Londra, fis-6 ta' Ġunju tal-1896 u kien sar l-ixjaħ raġel fir-Renju Unit fid-19 ta' Jannar tal-2007 **** għalaq 110 snin u 227 jum. Ix-xahar li għadda l-Guinness World Records kienu ddikjarawh bħala l-ixjaħ raġel wara l-mewt tal-Ġappuniż Tomoji Tanabe. Allingham hu wkoll wieħed mill-fundaturi oriġinali tar-Royal Air Force.
Henry għex taħt sitt monarkiji u huwa nannu ta' ħamsa, bużnannu ta' 12, bużbużnannu ta' 14 u bużbużbużnannu ta' wieħed. Huwa ċċelebra għeluq sninu fis-6 ta' Ġunju. Huwa ingħaqad Royal Navy Air Service f'Settembru tal-1915 u fl-1918 ġie trasferit mar-RAF.

2062009104151henry_2006_plane_470x312.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-itwal eklissi ta' dan is-seklu

maltarightnow.com
22 ta' Lulju, 2009 18:06 CET In-nies fl-Asja raw u esperjenzaw dak li qed jiġi meqjus bħala l-itwal eklissi dan is-seklu. B’zoni kbar mill-Indja u ċ-Ċina jagħmlu ammont sostanzjali ta’ ħin mingħajr dawl tax-xemx.


Numru ta’ xjentisti u ammiraturi tal-eklissi vvjaġġaw għal diversi sigħat minn madwar id-dinja biex jaraw dan il-fenomenu. Fenomenu li b’kollox l-itwal li dam kien sitt minuti u 39 sekonda **** seta’ jkun osservat mill-Gżejjer Marshall fl-Ocean Pacifiku. L-eklissi deher l-ewwel kmieni l-Erbgħa filghodu fil-Lvant tal-India.


Wara l-eklissi mexa lejn in-Nepal, il-Mjanamar, il-Bangladesh, il-Bhutan, iċ-Ċina, il-Ġappun u mill-Oċean Paċifiku. Fl-Indja eluf ta’ persuni nġabru f’postijiet pubbliċi biex jkunu jistgħu jaraw dan il-fenomenu li jseħħ rari ħafna. F’ċertu postijiet n-nies ħarġu dizappuntati u dan għaliex s-sħab u t-temp ikrah ma ħallewx l-effett tal-eklissi jidher.


F’xi pajjiżi fl-Asja dan l-eklissi tqies bħala xi ħaġa ta’ xorti tajba filwaqt li f’oħrajn jitqies bħala l-oppost.


22720091888eclipse.jpg
 
Top