*kurzitajiet min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Koppja magħmula għal xulxin
aħbarijietdotcom
8 t' Awwissu, 2008 09:42 CET

Wara ħames xhur li kienu ilhom joħorġu ma’ xulxin Kelly Robinson u Dale Wilson iddeċiedu li jiżżewġu. Is-sabiħ ta’ idn l-istorja hu li l-ewwel darba li Robinson u Dale iltaqgħu kien propju 22 sena ilu – fis-sala fl-isptar fejn kienu jinżammu t-trabi.

Apparentament l-ommijiet tagħhom kienu qegħdin fl-istess sptar biex iwelldu lil Robinson u lil Dale, li bejniethom hemm biss tliet ġranet. Wara li qattgħu l-ewwel ftit jiem ta’ ħajjithom f’daqqa, dawn iż-żewġ maħbubin reġgħu ltaqgħu f’daqqa b’kumbinazzjoni fl-2006 **** ħabiba komuni laqqathom ma’ xulxin.

Minkejja l-fatt li kienu sari l-ħbieb, kien biss li l-ommijiet tagħhom bdew jitkellmu li saru jafu b’din il-kumbinazzjoni. Issa l-koppja fl-aħħar ħa tagħmel kollox uffiċjali u ħa jiżżewġu matul dan ix-xahar.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tifel jaħrab mid-dar biex jixtri l-ħelu

aħbarijietdotcom
9 t' Awwissu, 2008 12:50 CET Tifel ta’ tliet snin ħarab mid-dar fit-3am biex ikun jista’ jaqta’ xewqtu – dik li jixtri l-ħelu. Dan il-każ kemmxejn stramb ġara lill-familja McGrath mill-Ingilterra, hekk kif it-tiel tagħhom Max ta’ tliet snin stenbaħ fit-3am ta’ filgħodu, libes iż-żarbun ta’ ħuħ u reħilha bil-mixi biex jixtri l-ħelu.

Hekk kif dan kien qed jimxi lamħu raġel, James Brown ta’ 23 sena li kien qiegħed jaħem bil-van. Brown malli rah ma mal-ewwel fuq it-tifel u staqsieh x’qed jagħmel hemm barra. Bil-kalma kollha t-tifel qallu li kien ħareġ biex jixtri l-ħelu.

Brown kien pront qabad it-tifel u ħadu d-dar, iżda peress li ma setgħux iqajjmu l-ġenituri tiegħu r-raġel ċempel lill-Pulizija. Omm Max, Amy, dehret maħsuda kif ukoll ixxukjata hekk kif saret taf x’għamel it-tifel tagħha. Hija sostniet ukoll li mill-lum ħa tibda taħbi ċ-ċwievet tal-bieb biex it-tifel ma jerġax jagħmel praspura simili.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Metodu innovattiv ta’ kif il-knisja tilħaq in-nies fis-sajf

aħbarijietdotcom
11 t' Awwissu, 2008 09:17 CET Fl-Italja il-Knisja Kattolika ivvintat mod ġdid ta’ kif xorta tilħaq il-fidili hekk kif il-bliet qed jitbatlu min-nies peress li qed imorru għall-vaganzi. Filfatt ħafna komunitajiet reliġjużi Taljani qed imorru fuq il-bajjiet bi knejjes inflatable.
Waħda minn dawn il-knejjes li jintefħu hija kbira 30 metru u bdiet topera fir-reġjun ta’ Molise. Fiha ħa jiġu organizzati numru ta’ attivitajiet reliġjużi filwaqt li ħa jkun hemm numru ta’ qassisin lesti għas-sagrament tal-qrar.
L-idea ta’ wara din l-innovazzjoni ġiet wara li l-kongregazzjonijiet reliġjużi ndunaw li fiż-żminijiet tas-sajf in-numru ta’ nies li jattendu jinżel drastikament minħabba l-vaganzi. MInħabba dan huma ħasbu li jagħmlu bħal Mawmettu – jekk in-nies ma jmorrux il-knisja, il-knisja tmur għand in-nies.
Il-qassis Antonio Rugi, li għin sabiex din l-inizjattiva tibda taħdem, qal li din kienet xi ħaġa mistennija u n-nies qed japprezzaw immense dan l-isforz.


118200891624hands_praying.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Statwa tirritorna għand sidha wara sajf tivvjaġġa

aħbarijietdotcom
12 t' Awwissu, 2008 09:47 CET Statwa ta’ nanu li ssoltu narawha fil-ġonna tagħna, kellha sajf mimli avventuri hekk kif sar id-dinja ma’ persuni misterjużi. Din l-istorja ġrat fl-Ingilterra sewwasew f’Longlevens hekk kif is-sinjura Stuart Kelso ammettiet li ftit tax-xhur ilu kellha statwa ta’ nanu fil-ġnien tagħha li ġiet misruqa.

Minn naħa l-oħra, ftit tal-ġranet ilu fetħet il-bieb tad-dar tagħha u b’sorpriża kbira mhux biss kien hemm din l-istatwa iżda wkoll kien hemm pakkett magħha. Għall-ewwel hija qalet li kienet naqa beżgħana sabiex tiftaħ il-pakket, iżda l-kurżita’ għelbitha.

Malli fetħet il-pakket hija kienet verament xxukjata hekk kif kien hemm ritratti ta’ l-istatwi f’diversi postijiet madwar id-dinja. Mal-pakkett kien hemm ukoll nota fejn fiha kien hemm miktub li din l-istatwa darba fost l-oħrajn ħasset il-ħtieġa li tiskopri d-dinja u li llum lesta taqsam din l-esperjenza.

Is-sinjura Kelso qalet li din għaliha kienet sorpriża vera sabiħamhux biss minħabba l-fatt li n-nanu reġa’ ġie lura, iżda wkoll minħabba l-fatt li l-ġrajja nislitilha daħka f’ħajjitha.
128200894549gnome.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Atleta skwalifikat mill-Olimpijadi wara li jħawwad il-ħin ta’ l-avveniment

aħbarijietdotcom
14 t' Awwissu, 2008 10:51 CET L-atleta Ċiniż Zhang Liang żgur li ma ħasibx li l-eperjenza tiegħu waqt l-Olimpijadi ħa tieqaf wara li nesa’ il-ħin fi x’ħin kellu jieħu sehem.
Apparentament Zhang, li kellu jieħu sehem fid-dixxiplina tal-qdief, ħawwad il-ħin tal-grupp tiegħu ma’ dak ta warajh. Il-konsegwenza kienet illi spiċċa wasal fil-post hekk kif il-kompetizzjoni tiegħu kienet għadha kif spiċċat.
Minħabba dan l-iżball żgħir Zhang kellu jwaqqaf il-mawra tiegħu fl-Olimpijadi hekk kif regoli tal-Federazzjni Internazzjonali tal-Qdief jgħidu li jekk atleta ma jieħux sehem f’kompetizzjoni, dan m’għandux dritt jieħu sehem fl-oħrajn.
1482008105129canoe.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-ixjeħ mara fuq Facebook
aħbarijietdotcom
16 t' Awwissu, 2008 09:36 CET

Ivy Bean, mara ta' 102 sena mill-Ingilterra żgur illi kisbet l-attenzjoni fuqha hekk kif hija l-ixjeħ persuna li qed tuża s-sit tan-netwerking Facebook.

Ivy, li għix f'dar ta' l-irtirar fi Bradford, qalet li ġietha l-idea sabiex tagħmel paġna fuqha hekk kif semgħet xi ħaddiema jitkellmu fuq Facebook. Wara li saqsiet eżatt fiex jikkonsisti, hija riedet tibda tuża n-netwerk.

Waqt intervista li tat lil rivista Ingliża, Ivy qalet li llum il-ġurnata hija verament ferħana li taf tuża Facebook għax tista' tikkomunika ma' tal-familja faċilment. Apparti minn hekk hija ħerqana sabiex tagħmel ħbieb ġodda.

Bħalissa Ivy qed tippjana sabiex titgħallem tħaddem il-logħba Nintendo Wii.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Anzjan jerġa' isuq l-ewwel karozza tiegħu wara 50 sena

aħbarijietdotcom
18 t' Awwissu, 2008 09:53 CET John Nagle, raġel ta’ 67 sena, żgur illi kellu biex jifraħ hekk kif ftit tal-ġranet ilu reġa’ kellhu l-opportunita’ illi jsuq l-ewwel karozza wara 50 sena.

Nagle qal li rnexxielu jsib l-Moris Minor li kellu wara li sab l-aħħar persuna li xtrat din il-karozza. L-anzjan qal li malli sar jaf b’dan kollu huwa ma setgħax ma jerġax jixtri din il-karozza, li **** kien xtara għall-ewwel darba kien saħansitra ta isem – Emmeline.

Minkejja l-fatt li fl-1958 Nagle kien xtara l-karozza għal £30, illum il-ġurnata huwa kellu jħallas £4,500.
188200885545morris_minor.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kors speċjali għal min jonħor

aħbarijietdotcom
20 t' Awwissu, 2008 10:21 CET Fl-Ingilterra il-problema ta’ l-inħir vera qed taffetwa lil xi nies, hekk kif ix-xahar iddieħel ħa jiġi organizzat weekend fejn fih nies li jonħru eżagerat ħa jippruvaw jikkuraw minn din il-kundizzjoni.
F’artiklu li deher fuq The Sun, ġie rrapurtat li madwar 200 persuna applikaw biex huma flimkien mas-sieħeb jew sieħba tagħhom imorru f’dan il-kamp ta’ tliet’ijiem biex flimkien ma’ esperti jippruvaw jegħlbu din il-problemi.
Organizzaturi ta’ din l-innovazzjoni, li għandha l-isem ta’ ‘Help Stop Snoring’, qalu li n-numru ta’ applikazzjonijiet li rċevew juri kemm il-problemi hija waħda kbira u mhux ta’ min wieħed jieħu biċ-ċajt.
Jekk dan il-weekend, fejn ħa jiġu magħżula biss sitt koppji, jkun is-suċċess l-organizzaturi diġa qed jaħsbu biex jagħmlu iktar.
1472008161025woman_sleeping.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Xeriff jiddeċiedi li jesperjenza l-ħajja tal-ħabs

aħbarijietdotcom
21 t' Awwissu, 2008 10:12 CET Ix-xeriff ta’ Lake County Illinois iddeċieda minn jeddu biex iqatta’ ġimgħa jgħix bħala ħabsi. Dan sabiex jara jekk il-programm fi ħdan din l-istituzzjoni jaħdimx u biex jara jekk l-ħabsin humiex vera jiġu megħjuna sabiex ma jkunux riċedivi.
Mark Curran, li għandu 45 sena, qal li Illinois storikament għandha wħud mill-agħar ħabsijiet tal-pajjiż. Curran qal li dan il-fattur jkabbar il-problema eżistenti li l-ħabsin li jinżammu fl-istituzzjoni joħorġu iktar vjolenti milli daħħlu.
Curran ħa jaqsam ħinu billi jipprova jdur kull parti tal-ħabs, mil-lezzjonijiet li jagħtu, sal-klinika medika u saħansitra fl-iktar post b’sigurta’ fejn jinżammu ħabsin perikolużi. Ix-xeriff qed jispera li minn din l-esperjenza jaraw kif jistgħu jagħmlu xi tibdiliet għall-aħjar tas-sistema.
252008112519prison.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Mara arrestata wara li ma rritornatx il-kotba l-librerija

aħbarijietdotcom
23 t' Awwissu, 2008 09:31 CET Heidi Dalibor, mara ta’ 20 sena minn Grafton f’Wisconsin, spiċċat arrestata wara li ma rritornatx il-kotba fil-ħin u l-librerija u talli ma tatx kas ta’ numru ta’ ittri mil-librerija biex ifakkruha fil-kotba.

Dalibor qalet li darba fost l-oħrajn hija kienet qegħda d-dar **** xi ħadd ħabbat il-bieb. Hekk kif amrret tiċċekja min kien hija sabet il-Pulizija ma’ wiċċha jsaqsu għaliha. Malli saret taf li kienet ser tiġi arrestata fuq numru ta’ kotba kienet kemmxejn sorpriża. Minn hemmhekk hija ttieħdet l-għassa tal-Pulizija fejn ġiet mniżżla l-offiża.

Id-direttur tal-librerija John Hanson ikkonferma dan l-inċident u qal li Dalibor ġiet arrestata wara li injorat numru ta’ telefonati u ittri mibgħuta mil-librerija stess. B’kollox dan l-inċident sewa lil Dalibor £100 - £15 talli rritornat il-kotba tard u £85 oħra sabiex toħroġ mill-kustodja tal-Pulizija.
2632008111830books.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
BOŻNJA
Ħamiema tinqabad titraffika d-droga

aħbarijietdotcom
24 t' Awwissu, 2008 11:43 CET Ħaddiema ġewwa ħabs fil-Bożnja kienu kemmxejn sorpriżi hekk kif qabdu ħamiema tittraffika d-droga.

Dan il-kas stramb seħħ f’ħabs fil-belt ta’ Zenica, hekk kif il-Pulizija bdew jinnutaw li kull darba li din il-ħamiema partikolari tmur għand grupp ta’ ħabsin, dawn ta’ l-aħħar kienu qed ikunu fi stat suspettuż.
Wara xi ftit il-Pulizija ħadu lħabsin sabiex jieħdu xi testijiet biex jaraw jekk kienux ħadu d-droga u filfatt dawn kienu pożittivi.

L-uffiċjali tal-ħabs qed jaħsbu li l-ħamiema, li kien qed irabbiha ħabsi, kienet qed tittraffika d-droga billi xi ħadd minn barra kien qe iwaħlilha borża mimlija droga ma’ saqajha u din wara kienet ittir sal-ħabs.
2482008114242pigeon.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Bozza tibqa’ tixgħel wara 70 sena

aħbarijietdotcom
25 t' Awwissu, 2008 09:43 CET Mara minn Surrey fl-Ingilterra żgur li hija sodisfatta bozza partikolari li għandha d-dar, hekk kif din ilha taħdem għal dawn l-aħħar 70 sena.
F’artiklu li deher fuq id-Daily Mirror Mo Richardson, li llum il-ġurnata għandha 60 sena, qalet li din il-bozza bdew jużawha fl-1938 **** l-missier tar-raġel tagħha kien tagħhom din il-bozza. Hija kompliet tgħid li wara li missier ir-raġel tagħha miet huma marru jgħixu l-Isle Of Wright, u ovjament ħadu din il-bozza magħhom.
Hija qalet li wara 70 sena l-bozza għadha taħdem sew, u wara li kien miet ir-raġel tagħha Jim 10 snin ilu l-valur sentimentali tagħha kompla jżied. Fuq nota umoristika, hija qalet li minkejja l-fatt li ħa jiddispjaċiha **** din il-bozza ħa tieqaf taħdem, minn dak li ġara s’issa taħseb li dak il-mument ħa jdum biex jasal.
25820089426light%20bulb.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kelb ibeżża’ grupp ta’ orsijiet

aħbarijietdotcom
26 t' Awwissu, 2008 11:11 CET Kulħadd jaf li l-orsijiet huma annimali ta’ min jibża minhom, imma kelb li kulma jiżen 7 kilos ma tantx beża’ minn familja ta’ orsijiet li daħlu fil-ġnien ta’ fejn kien joqgħod. Tant hu hekk li tant kemm beda jinbaħ dawn beżgħu minnhom u reġgħu telqu minn fejn ġew.

Pawlee, lu huwa kelb imħallat bjen poodle u cocker spaniel, kien qiegħed fil-ġnien ta’ sidu hekk kif ra omm ors flimkien mal-frieħ tagħha deħlin. Malli l-kelb induna, huwa qabad jinbaħ wara ftit dawn beżgħu u reġgħu marru għal foresta.

Fran Osaison, li hija sid il-kelb, qalet li t-tifel tagħha ta’ 9 snin Jacon ħareġ barra biex jara x’kien qed jiġri. Malli nduna x’kienet l-istorja huwa reġa’ daħal jiġri l-ġew biex jgħid lil ommu. Fran qalet li huma bdew jibżgħu li l-ors il-kbir ħa jagħmel għal Pawlee, imma dan ma kienx minnu.
268200811827bear.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
inbiegħ biċċa kejk mit-tieġ tal-Prinċipessa Diana għal iktar minn £1,000

aħbarijietdotcom
28 t' Awwissu, 2008 14:59 CET F’irkant li sar m’ilux inbiegħet biċċa kejk mit-tieġ tal-Prinċipessa Diana flikien mal-Prinċep Karlu għas-somma ta’ £1,200.
Apparentament din il-biċċa kejk, li kienet kbira 23cm, kienet ġiet mogħtija lil Moyra Smith, li fiż-żmien tat-tieġ kienet taħdem bħala cleaner, mix-chef irjali. Flimkien mal-biċċa kejk kien ukoll mehmuża nota ta’ ringrazzjament iffirmata mill-koppja Rjali.
Chris Albury li huwa ħaddiem fi ħdan il-kumpanija li għamlet l-irkant, Dominic Winter Auction House, qal li minkejja l-fat li matul is-snin ġew f’idejhom bosta biċċiet ta’ dan l-istess kejk, din kellha valur kbir ħafna. Dan minħabba l-fatt li fuq din il-biċċa kien hemm l-istemma Rjali.
2882008145841wedding%20cake.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Taj Mahal magħmul minn biċċiet tal-Lego

aħbarijietdotcom
29 t' Awwissu, 2008 10:19 CET Il-kumpanija Lego għadha kif nehdiet mudell ġdid li wieħed jista’ jibni tal-palazz famuż tat-Taj Mahal. Minn naħa l-oħra kunu ppreparati għax biex jinbena wieħed għandu juża iktar minn 5,000 biċċa.
Skond il-kelliema tal-kumpanija Jenny Brown **** wieħed jispiċċa jibni dan il-mudell, b’kollox ikun wiesa’ tliet piedi u jkun twil żewġ piedi oħra. Apparentament s’issa dan huwa l-ikbar mudell li qatt għamlu s’issa bħala kumpanija.
Allegatament biex wieħed ilestieh hemm bżonn ta’ ftit inqas minn 40 siegħa.
2982008101652lego_blocks.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ġustizzja divina jew kumbinazzjoni?

aħbarijietdotcom
30 t' Awwissu, 2008 11:10 CET Raġel miċ-Ċina żgur illi ħa joqgħod attent kif jitkellem hekk kif wara li ħalef fuq Alla li huwa m’għandux jagħti l-flus intlaqt minn sajjetta.
Dan l-inċident seħħ fil-belt ta’ Fuqing hekk kif Xu ġie kkonfrontat mill-ġar tiegħi, li qed isostni li tliet snin ilu issellef £40 mingħandu. Minn naħa l-oħra, minn dakinhar l-hawn Xu dejjem qal li dan ma kienx vera.
Il-ġar tiegħu fil-pront qallu sabiex jaħlef fuq Alla li hu mhux vera għandu jtieh il-flus. Xu propja għamel hekk u eżatt ftit tal-ħin wara ġie milqut minn sajjetta.
Ir-raġel mal-ewwel ittieħed l-isptar fejn it-tobba kkonfermaw dak li ġara. Xu mistenni joħroġ mill-isptar fil-ġranet li ġejjin.
308200811944lightning.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kurżitajiet Baqra tgħaddi minn avventura kemmxejn kerha

aħbarijietdotcom
31 t' Awwissu, 2008 10:28 CET Baqra f'Cornwall għaddiet minn avventura kemmxejn kerha hekk kif daħlet rasha f'parti ta' washing machine u wara ma setgħatx toħroġ.
Il-każ seħħ f'Higher Fraddon St. Colmb, fejn mid-dehra kien biċċa minn washing machine mitluqa f'għalqa. Apparentament din il-baqra daħlet rasha f'din il-biċċa iżda wara kellha problemi sabiex toħroġ.
Fortunatament għaliha kien hemm xi persuni fil-viċin li malli rawha ċemplu lil RSPCA. Jo Barr li hija l-kelliema ta' din l-organizzazzjoni qalet li dan jista' ikun l-iktar każ stramb ta' emerġenza li qatt kellhom.
2722008125229cow.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Għajdut li t-Torri ta’ Pisa m’għadux l-iktar bini mgħawweġ fl-Ewropa

aħbarijietdotcom
1 ta' Settembru, 2008 09:25 CET Apparentament skond studju li għamel ġeometra Olandiż, it-Torri ta’ Pisa mgħadux l-iktar bini fl-Ewropa li huwa mgħawweġ. Filfatt skodns tudju li għamel hu dan l-aħħar bini fil-villaġġ ta’ Bedum allegatament għandu dan ir-rekord.
Jacob van Dijk, li huwa l-persuna li għamel dan l-istudju, qal wara li matul il-ġimgħa li għaddiet ħadu xi qisien ta’ dan il-bini Olandiż, sabu li issa huwa l-iktar bini mgħawweġ. Van Dijk qal li x’aktarx it-Torri ta’ Pisa m’għadux daqshekk mgħawweġ bħala riżultat tax-xogħol ta’ restawr li għamlu fuqu.
Minkejja l-fatt li teoretikament l-bini f’Pisa huwa mgħawweġ iktar, Van Dijk qal li kieku l-bini ta’ l-Olanda huwa ta’ l-istess tul bħal dak ta’ Pisa, dan ikun mgħawweġ iktar.
19200891912pisa%20tower.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Raġel jaqa’ 30 metru u jibqa’ ħaj

aħbarijietdotcom
2 ta' Settembru, 2008 10:13 CET Raġel Pollakk żgur jista’ jgħid li huwa ffurtunat wara li waqa’ għoli ta’ ftit iktar minn 30 metru u rnexxielu jibqa’ haħ.
Tom Sobieski ta’ 39 sena u li joqgħid fil-belt ta’ Sopot kien qiegħed fil-gallerija ta’ l-appartament tiegħu **** żelaq u baqa’ niżel għall-isfel.
B’fortuna għalih taħt l-appartament tiegħu kien hemm numru ta’ saqqijiet mormija u x’ħin waqa’ spiċċa fuqhom. Minkejja l-fatt li ma ħelishiex ħafif, peress li spiċċa b’id u numru ta’ kustilji miksura, żgur li jista’ jgħid li kien iffurtunat li baqa’ ħaj.
292008101150mattress.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Bdiet il-karrira mużikali tagħha minħabba inċident li seta wassal għal mewtha

maltarightnow.com
10 ta' Settembru, 2008 13:11 CET Il-kantanta Melody Gardot għamlet l-ewwel album tagħha **** kienet fis-sodda, dan mhux ax kienet għażżiena iżda għax il-mużika kienet it-tip ta' terapija li ġiet preskritta għaliha mit-tobba.
**** kellha 19-il sena, Melody Gardot kellha inċident bir-rota li kważi temm ħajjitha iżda ħalliha bi ksur estensiv u problemi nuroloġiċi. It-tobba issuġġerew li tibda terapija mużikali u b'hekk tgħallmet tilgħab il-kitarra minduda fis-sodda, ax ma setgħetx tqum.
Issa, ta' 23, l-album l-iktar popolari tagħha hu "Worrisome Heart" li għandu influenza tal-mużika jazz. Hi tirreferi għaliha nnifisha bħala Superwoman.'Ma nistax nara kollox u ma nistax nisma' kollox' qalet Melody imma għalkemm id-dawl u l-istorbju idejquha, kważi kuljum tinstab fuq il-palk bid-dawl u mużika madwara.

1092008131037gardot%20singer.jpg

Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Bdiet il-karrira mużikali tagħha minħabba inċident li seta wassal għal m
 
Top