*kurzitajiet min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Raġel jistaħba fis-sufan ta' mara

aħbarijietdotcom
22 ta' Ġunju, 2008 09:05 CET Immaġina tidħol id-dar wara ġurnata xogħol, tpoġġi fuq is-sufan biex tistrieħ naqa u ssib raġel mistoħbi ġo fih. Ħafna jgħidu li dan ma jistgħax iseħħ, iżda kien propju dak li għaddiet minnu mara fi New York.
L-inċident seħħ matul din il-ġimgħa **** l-mara waslet fl-appartament u poġġiet fuq is-sufan li kellha. Waqt li kienet bilqegħda il-mara kienet qed fuq it-telefon ċellulari ċċempel lil ħabibtha peress li kienet qed tinkwieta fuq raġel li kien qed idejjaqha.
Fil-ħin u l-mument indunat li kien hemm xi ħaġa stramba fis-sufan u wara ftit ħareġ minnu. It-tfajla talbet lil ħabibtha sabiex toqgħod fuq il-linja, biex ma jmurx jiġri xi ħaġa.
Sakemm waslu l-Pulizija fuq il-post, huma sabu lil ġuvni u lit-tfajla jiddiskutu fil-gallerija. Ir-raġel qed jiġi akkużat mill-Pulizija fuq numru ta' akkużi.

22620089414sofa.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ħalliel iħalli rigal wara li jiddispjaċieh li ħarab
aħbarijietdotcom
27 ta' Ġunju, 2008 12:57 CET

Ħalliel li kien qed jinżamm f'ħabs Amerikan ħa ċ-ċans u ħarab mill-faċilita'. Minn naħa l-oħra qabel ħarab beda jiddispjaċieh u ħalla warajh fjura magħmula mill-karta bħala turija li kien qed jiddispjaċieh.

Camacho-Mendoza kien qed jinżamm f'ħabs f'Arkansas b'akkużi relatati mad-droga. Ftit qabel ma' ħarab, ir-raġel kien qed jaħdem fil-kċina tal-ħabs u biex jirnexxielu fl-att tiegħu mmanipola l-bibien li jagħtu l-barra sabiex ikun jista' jaħrab.

Minkejja l-fatt li rnexxielu jaħrab, mid-dehra l-ħabsi ma tantx kien jaf jinħeba peress li ġurnata wara instab. **** Camacho-Mendoza ġie mistoqsi għaliex ħalla l-fjura, huwa qal li ħallieha bħala rigal lill-amministratur tal-ħabs, il-Kaptan Jef Marvin, għaliex kien qed jiddispjaċieh li kien ser jaħrab.









Ħalliel iħalli rigal wara li jiddispjaċieh li ħarab
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Raġel jinsa li kien miżżewweġ

aħbarijietdotcom
28 ta' Ġunju, 2008 09:48 CET Raġel ta' 67 sena mill-Awstrajla ħa x-xokk ta' ħajtu hekk kif illum il-ġurnata sar jaf li ilu miżżewweġ għal dawn l-aħħar 30 sena - u hu kien nesa.
Dan ir-raġel induna hekk kif mar fl-uffuċini tal-gvern biex ikun jista' iġieb il-ermessi kollha biex imur jgħix il-Hawaii mal-mara tiegħu kurrenti. Minn naħa l-oħra l-uffiċjali qalulu b'din l-iskoperta', li hu iżżewweġ 30 sena ilu u li ż-żwieġ tiegħu issa kien invalidu.

Mid-dehra **** kien għadu żgħir ir-raġel darba fost l-oħrajn iżżewweġ kollega tiegħu tax-xogħol **** kien fis-sakra u sal-lum il-ġurnata huwa qatt ma ftakar b'dan il-fatt.
Fprtunatament għalih, il-Maġistrat li ħa ħsieb dan il-każ ta l-annullament liż-żwieġ oriġinali, b'hekk jista' jiżżewweġ lillmara tiegħu.


15200844025wedding%20rings.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ħanżir iffurtunat isalva mit-terremot fiċ-Ċina

aħbarijietdotcom
29 ta' Ġunju, 2008 11:45 CET Ħanżir fiċ-Ċina irnexxielu nimpressjona lil bosta, wara li rnexxielu jgħix għal 36 ġurnata maqbud taħt it-tifrik li ġie kkawżat mit-terremot li laqat lill-pajjiż m'ilux. Dan l-annimal, li ġoe mogħti l-isem ta' Zhu Jianqiang, li tfisser 'pig strong will', irnexxielu jsalva billi jixrob l-ilma tax-xita u jiekol il-faħam.
Il-ħanżir instab wara li s-sid tar-razzett kien talab lis-suldati biex imorru jgħinuh ifittex fit-tifrik għall-affarijiet personali ta' valur. B'fortuna kbira sabu lill-ħanżir għadu ħaj.
Minn naħa l-oħra, il-fortuna ta' dan l-annimal ma waqfitx hawn. Filfatt l-istorja ta' dan il-ħanżir tant laqtet nies, li issa ġie addottat min mużew. Dawn ta' l-aħħar qed jgħidu li ħa jieħdu ħsieb dan l-annimal għal għomru sħiħ.




2552008105711pigs.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ċurkett mitluf jiġi rritornat 53 sena wara

aħbarijietdotcom
30 ta' Ġunju, 2008 14:23 CET Min jgħid li llum il-ġurnata m'għadx għad fadal nies onesti żgur illi qed jaħseb ħażin, hekk kif mara fl-Amerka bagħtulha ċurkett li kienet tilfet 53 sena ilu. Jan Zacharda kienet tilfet iċ-ċurkett uffiċjali ta' l-iskola li kienet tattendi fl-1955 f'Lake Michigan.
B'fortuna kbira l-istess ċurkett instab madwar 12-il sena ilu minn raġel jismu Robert Savage. Minn naħa l-oħra, dan ta' l-aħħar ammetta li kien biss ftit taż-żmien ilu li beda jfittex minn setgħa kien is-sit ta' dan iċ-ċurkett. Wara li fittex f'numru ta' kotba skolastiċi, Savage irnexxielu jsib lil Jan Zacharda.
Ta' min jgħid li t-tfittxija kienet kemmxejn waħda iebsa, peress li fuq iċ-ċurkett kien hemm l-inizjali J u P, li jfissru Jan Pederson - kunjom il-mara ta' xebba.
3062008141849hand_ring.jpg

Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija

 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Raġel jipprova jaqsam mid-Danimarka għall-iSvezja bid-dinghy

aħbarijietdotcom
1 ta' Lulju, 2008 13:49 CET Raġel avventuruż, u kemmxejn fis-sakra, ta' 78 sena ipprova jaqsam mid-Danimarka għall-iSvezja permezz ta' dinghy. Dan wara li induna li ma kellux biżżejjed flus biex iħallas il-biljett tat-trasport pubbliku.
Dan il-każ kemmxejn stramb ġara is-Sibt li għadda fil-belt ta' Helsingor fejn fid-Danimarka ir-raġel kien ħareġ u mid-dehra xorob naqa mhux ħażin. Hekk kif ġie biex imur lura f'daru, li tinsab fl-iSvezja, huwa nduna li ma kellux biżżejjed flus biex jaqbad il-vapur.
Minkejja s-sitwazzjoni, ir-raġel ma tantx inkwiea għas qabad dgħajsa li kien hemm u ddeċieda li jaqdef lura lejn id-dar. Ta' min jgħid li d-distanza hiaj ta' 5km. Minn naħa l-oħra, f'nofs il-vjaġġ ir-raġel ħassu għajjien u raqad.
B'fortuna għalih il-Pulizija sabuh iktar tard għadu rieqed fid-dgħajsa u wara spjegazzjoni twila minn għandu ħalluh imur id-dar. Is-sid tad-dgħajsa ddeċieda li ma jressaqx akkużi kontrieh talli ħadlu d-dgħajsa.
172008134738boat_with_oars.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Min jixtieq jiżżewweġ fl-ispazju?
aħbarijietdotcom
2 ta' Lulju, 2008 15:24 CET

Kumpanija Ġappuniża għadha kif ħabbret li ħa tibda tagħti s-servizz li żżewweġ koppji interessati fl-ispazju. Dan għal prezz ta' $2.3 miljun (madwar €1.5 miljun).

Iċ-ċerimonja l-propja ssir ftit qabel ma' il-koppja jitilqu fl-ispazju. Ir-raġuni mogħtija hija sabiex il-koppja tkun tista' tħares barra mit-tieqa waqt li ċ-ċerimonja tkun għaddejja. Wara huma flimkien mal-ħaddiema tan-naviċella spazjali u tliet mistednin oħra jkollhom l-opportunita' jerħulha għall-ispazju.

Taro Katsura, li huwa l-kelliem tal-kumpanija ‘First Advantage', qal li qed jistennew li l-maġġoranza tal-klijenti tagħhom ħa jkunu miċ-Ċina. Huwa qal ukoll li għalissa mhux ser jofrru l-istess servizz fl-Amerka.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tifel ta' sentejn joħroġ il-kelb fis-sagħtejn ta' filgħodu

aħbarijietdotcom
3 ta' Lulju, 2008 15:19 CET Thomas Winspear, tifel ta' sentejn, żgur illi qajjem paniku enormi fil-familja tiegħu hekk fis-2am ta' filgħodu dan iddeċieda li joħroġ il-kelb tiegħu għal dawra.
Mid-dehra it-tifel kien rieqed għand iz-zija tiegħu hekk kif hi kienet qed iżżommu għal-lejla. Minn naħa l-oħra, f'xis-sagħtejn ta' filgħodu it-tifel qam u ġietu l-idea li jmur jieħu dawra lil kelb. Apparentament kien propju ġar tal-familja li ra lit-tifel jimxi siegħa wara. Kien hawnhekk li l-Pulizija mal-ewwel ġew avżati u marru għat-tifel.
Iz-zija tat-tifel, li sa dak il-ħin kienet għadha rieqda u ma kienet taf b'xejn b'dak li kien qed jiġri, ħadet qatgħa mhux ħażin **** l-Pulizija marru jħabbtu d-dar tagħha biex juruwha ritratt tat-tifel. Hija għall-ewwel qaltilhom li hu qiegħed rieqed fuq, iżda malajr saret taf x'ġara hekk kif marret fuq biex tiċċekja u ma sabitux.
Wara dan l-aċċident, iz-zija ħalfet li ma tibqax tieħu ħsieb tfal.

37200815194boy_with_dog.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
INGILTERRA
Pulizija jsolvu każ stramb ħafna
aħbarijietdotom
4 ta' Lulju, 2008 12:59 CET

Pulizija minn South Wales fl-Ingilterra solvew każ kemmxejn stramb, fejn raġel ċempilhom biex jirraporta li kemm xi ħaġa stramba fis-smewwiet u fl-aħħar irriżulta li kien il-qamar.

Matul din il-ġimgħa il-Pulizija ta' South Wales qed jagħmlu kampanja qawwija biex il-pubbliku ma joqgħodx jirraporta avvenimenti folox jew inkella oħrajn li m'hemmx bżonn l-għajnuna tal-Pulizija. Propju bħala eżempju l-Korp uża dan il-każ stramb.

Il-każ ġara f'Mejju li għadda hekk kif il-Pulizija li kienu xogħol fuq il-linja t'emerġenza rċevew rapport bit-telefon. Kien hawn li raġel b'serjeta liema bħala rrapporta li għal dik l-aħħar nofs siegħa kien hemm oġġett stramb fuq muntanja ftit il-bogħod minn fejn kien joqgħod.

Malli ir-rapport ġie rreġistrat il-Pulizija mal-ewwel marru sabiex jiċċekjaw x'kien qed jiġri, iżda malli waslu indunaw li dak l-oġġett stramb ma kien xejn ħlief il-qamar.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Raġel isib mod tajjeb ta' kif ma jħallasx il-kontijiet
aħbarijietdotcom
5 ta' Lulju, 2008 09:54 CET

Raġel ta' 52 sena minn Milwaukee fl-Amerka sab metodu tajjeb sabiex ma jħallasx il-kontijiet. Filfatt kull darba li kien imur ġo restorant jew juża taxi kien jagħmel ta' nir-ruħu li qabdu attakk tal-qalb. Minn naħa l-oħra, il-fortuna tiegħu telqet hekk kif inqabad minn tabib stess!

Ir-raġel inqabad hekk kif reġa' għamel l-istess xenata ġo restorant u l-membri tat-taqsima tat-tifi tan-nar kienu pront ħaduh l-isptar. Minn naħa l-oħra, inzerta kien hemm tabib li għarfu u nduna li dan l-istess persuna mhux l-ewwel darba li daħal l-isptar matul dik il-ġimgħa.

Jekk jinstab ħati ta' frodi, ir-raġel jista' jeħel sa 9 xhur ħabs u kif ukoll multa ta' $10,000.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Statwa ta' Hitler tispiċċa mingħajr ras

aħbarijietdotcom
6 ta' Lulju, 2008 10:26 CET Statwa ta' Hitler li għadha kif ġiet inawgurata fil-Mużew ta' Madame Tussauds f'Berlin spiċċat f'kundizzjoni kerha, hekk kif raġel qaċċat ras l-istatwa.
Il-każ ftit ġranet ilu waqt l-inawgurazzjoni ta' dan il-mużew. Ftit wara li l-bibien tal-mużew fetħu, ir-raġel irnexxielu jaħrab lin-nies tas-sigurta' u għamel dan l-att fuq l-istatwa ta' Adolf Hitler. Huwa qal li dan l-att għamlu bħala sinjal ta' protesta talli tellaw din l-esibizzjoni.
Ħafna kritiċi qalu li d-deċiżjoni li d-diriġenti ta' Madame Tussaud ħadu li jesebixxu din l-istatwa kienet waħda kontroversjali mmens. Dan minħabba l-fatt li l-figura ta' Hitler tista' toffendi xi nies. Filfatt bħala riżultat kien hemm bosta organizzazzjonijiet illi kkundannaw din l-istatwa. Minn naħa l-oħra, kull minn imur jara din l-istatwa kien qed jiġi mitlub sabiex ma jieħux ritratti magħha bħala sinjal ta' rispett lil dawk kollha li mietu minħabba Hitler.
Sabiex titlesta din l-istatwa 25 ħaddiem kellhom jaħdmu għal madwar erba xhur sabiex jiksbu ir-riżultat li ġabu. Biex titlesta l-istatwa nniffisha kellhom jiġu intużati iktar minn 2,000 ritratt u materjal arkivjali sabiex ir-riżultat finali joqrob lejn ir-realta'. Għalissa l-istatwa ġiet imneħħija mill-mużew sabiex id-diriġenti jiftehmu fuq il-futur ta' Hitler fiq il-mużew tagħhom.

672008102526Adolf_Hitler.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Anzjana maqbuda taħt karozza għal jumejn
aħbarijietdotcom
7 ta' Lulju, 2008 14:16 CET

Betty Borowski, mara ta' 91 sena, spiċċat tgħaddi minn avventura kerha hekk kif għaddiet jumejn maqbuda taħt il-karozza tagħha stess.

L-inċident seħħ f'Milwaukee fl-Amerka, hekk kif il-mara niżlet taħt il-karozza biex tipprova tfittex xi ċwievet. Minn naħa l-oħra, b'xi mod l-anzjana weħlet taħt il-karozza u ma setgħatx toħroġ. L-isfortuna tagħha baqgħet tikber hekk kif kien il-pustier li jumejn wara induna bil-mara, hekk kif innota li l-posta ta' l-aħħar jiem kienu kollha barra.

Malli sab lill-anzjana huwa mal-ewwel ċempel lill-Pulizija sabiex jagħtuha l-ewwel għajnuna. Mid-dehra Borowski kienet qegħda f'kundizzjoni serja u saħansitra hemm iċ-ċans li waqt li kieent maqbduda soffriet minn xi attakk żgħir tal-qalb.



Anzjana maqbuda taħt karozza għal jumejn
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Katidral jitmexxa sabiex tinbena triq
aħbarijietdotcom
8 ta' Lulju, 2008 15:47 CET

Katidral fil-belt Ċiniża ta' Fuzhou tqiegħdet fuq numru ta'roti biex ikun jista' jitressaq minn fejn qiegħed. Dan sabiex ikun hemm wisa' biżżejjed biex tinbena triq ġdida.

Dan il-katidral, li li nbena fl-1933 u li huwa magħruf bħala il-Katidrall ta' St. Dominic, ħa jiġi mdawwar minn kif qiegħed u saħansitra ħa jersaq madwar 76 metru minn fejn qiegħed illum. Dan sabiex tinbena triq prinċipali ġdida.

Il-katidral ġie mgħolli minn ma' l-art u taħtu inbnew qishom toroq temporanji tal-konkrit biex ikunu jistgħu jmexxuh. Sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jagħmlu din l-operazzjoni delikata, madwar 400 rota ġew imwaħħla mal-qiegħ tal-katidral.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Koppja tiddivorzja mingħajr ma tkun taf

aħbarijietdotcom
9 ta' Lulju, 2008 15:28 CET Koppja minn Sheffield fl-Ingilterra ħadet qatgħa liema bħala hekk kif m'ilux bil-posta rċevew ittra fejn fiha kien hemm miktub li huma kienu uffiċjalment iddivorzjati. Is-sabiħa kienet li huma qatt ma kienu applikaw għad-divorzju.
John Kitteridge ta' 65 sena u martu Joan ta' 59 sena kienu qegħdin id-dar hekk kif waslet din l-ittra. Kumbinazzjoni kienet Joan li fetħitha peress li John kien rieqed minħabba l-fatt li huwa jaħdem ta' bil-lejl.
Joan qalet li malli fetħet l-ittra hija nfexxet tibki bil-qatgħa li ħadet. Hija qalet li minkejja l-fatt li kienet taf li kien xi żball xorta waħda kienet ittra xejn sabiħa. Minn naħa tiegħu John kien iktar irrabjat u qal li kieku kien xi ħadd li jbati b'qalbu, żgur illi kien jibqa' taħta.
Minn naħa tagħhom, il-kumpanija ta' avukati li bagħtet din l-ittra, Best Solicitors, ammettew li dan kien żball ġenwin u li bagħtu din l-ittra qabel ma' irrenġew id-dettalji tal-persuni nvoluti.

152200812220letterbox.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Serqa bil-ħsieb

Serqa bil-ħsieb

aħbarijietdotom
10 ta' Lulju, 2008 15:19 CET Grupp ta' ħallelin fir-Rumanija kellhom idea brillanti sabiex tirnexxielhom is-serqa. Filfatt dawn il-ħallelin liebsu l-uniformi tal-membri tat-taqsima tat-tifi tan-nar u għamlu ta' bir-ruħhom li marru fuq emerġenza.
Il-każ seħħ ftit il-barra minn Galati **** dan il-grupp ta' ħallelin maruu għand kumpanija tal-ħadid u saqsew fejn kien in-nar, peress li ftit qabel kienet daħlet telefonta tirraporta dan il-fatt. Waqt li dan il-grupp kien qed jiċċekja, sħab il-ħallelin kienu qed jisirqu l-istess kumpanija.
Filfatt b'kollox huma rnexxielhom jisirqu madwar ammont ta' ħadid li jammonta għal £15,000. Minn naħa l-oħra l-fortuna tagħhom ma tantx damet minħabba rapport li kien daħal lill-Pulizija. Filfatt ftit qabel il-membri tat-taqsima tat-tifi tan-nar il-veri kienu rrapurtaw li kienet insterqet fire engine ftit qabel. Il-ħallelin inqabdu ftit wara.
1072008151719fire_engine.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tifel ma jindunax li qed jilgħab bomba

aħbarijietdotcom
11 ta' Lulju, 2008 09:00 CET Tifel ta' 10 snin mill-Ġermanja kien iffurtunat mhux ħażin, hekk kif sab bomba mit-Tieni Gwerra Dinjija u qabad jilgħab biha mingħajr ma' din splodiet.
Dan l-inċident seħħ fil-belt ta' Kassel hekk kif Freddie Voeller ta' 10 snin kien qed jilgħab f'għalqa. Wara xi ftit tal-ħin huwa sab din il-bomba u qabad jilgħab. B'fortuna liema bħala l-bomba ma splodiets u t-tifel saħansitra ħadha d-dar peress li ħaseb li kienet xi ġugarell.
Malli rah missieru, huwa mal-ewwel intebaħ x'setgħet kienet tkun. B'hekk huwa ħa l-bomba minn idejn it-tifel u ċempel mal-ewwel lill-Pulizija. Membri mill-armata speċjalizzati fil-bombi mal-ewwel marru fuq il-post sabiex ineħħu kull periklu.
11720089025boy_playing.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Karozza misruqa misjuba wara 14-il sena

aħbarijietdotom
12 ta' Lulju, 2008 12:17 CET Koppja mill-Bożnja Kerzegovina kienu sorpriżi mhux ħażin, hekk kif il-Pulizija tal-belt irritornawlhom l-karozza tagħhom li kienet ġiet misruqa 14-il sena ilu.

Eżatt 14-il sena Milos u Spomenka Jokic, li llum joqogħu fil-belt ta' Setic, kienu qegħdin fuq marru vaganza f'Belgrad. Minn naħa l-oħra, il-karozza tagħhom tat-tip Golf Mark II kienet insterqet wara li ħallewa pparkjata fit-triq. Minn naħa l-oħra m'ilux il-koppja ħadu sorpriża sabiħa hekk il-Pulizija marru għandhom u qalulhom li kienu għadhom kif sabu l-kaorzza tagħhom.

Għall-ewwel Milos u Spomenka ħasbu li kienet xi ċajta, iżda malli raw li l-karozza quddiemhom u li kienet għadha f'kundizzjoni tajba kellhom jemmnu l-verita'.

Mid-dehra l-Pulizija rnexxilhom isibuha waqt sensiela ta' road blocks, fejn fihom kumbinazzjni waqfu l-persuna li kienet qed issuq l-karozza u wara li ċċekjaw xi affarijiet indunaw li kienet misruqa.

127200812955police_man.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Mara timposta l-qattus tagħha bi żball

aħbarijietdotcom
13 ta' Lulju, 2008 11:35 CET Gitti Rauch mill-Ġermanja għamlet żball enormi hekk kif bi żball impustat l-qattus tagħha f'kaxxa madwar 450mil il-bogħod mid-dar tagħha.
Il-każ seħħ preċiżament f'Rottach-Egern **** Rauch kienet qed tipprepara pakkett sabiex tibgħatu bil-posta. Mid-dehra waqt li hi kienet qed tagħmel xi faċendi l-qattus tagħha, Janosch, daħal fil-kaxxa bi żball. **** l-mara marret biex tagħlaq l-kaxxa ma ndunatx li l-qattus kien għadu hemm.
Hekk kif il-pakkett wasal fid-destinazzjoni tiegħu, jumejn wara, il-qattus ħareġ mil-kaxxa qisu qatt ma ġara xejn. Rauch qalet li hi ma kinietx inkwetata peress li mhux l-ewwel darba li l-qattus jitlaq għal xi ftit ġranet. Minn naħa l-oħra, il-verita' kient kemmxejn differenti din id-darba!
1372008113446cat_in_box.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Raġel ibiegħ l-isem tat-tarbija tiegħu għall-ammont ta' petrol

aħbarijietdotcom
14 ta' Lulju, 2008 15:11 CET David Partin, raġel ta' 26 sena minn Florida fl-Amerka, għadu kif għamel kemmxejn stramb wara li biegħ l-isem tat-tifel tiegħu, li għad irid jitwieled, għal ammont ta' petrol.
Din l-istorja bdiet wara li Partin semgħa b'kompetizzjoni li kienet għaddejja fuq stazzjon tar-radju tal-lokal. Filfatt il-preżentaturi ta' dna il-programm kienu qed joffru $100 f'petrol lil dik il-persuna li toffri l-iktar xi ħaġa interessanti bi tpartit ma' dan ir-rigal.
Hekk kif semgħa din l-offerta, Partin ftiehem ma' l-għarusa tiegħu u staqsieha jekk setgħax jipproponi l-idea tiegħu. L-għarusa tiegħu, Samantha, qalet li minkejja l-fatt li hi ma tantx ħadet gost huma kienu ftehmu li jekk tkun tifla ssemmieha hi, iżda jekk ikun tifel isemmieh hu. B'hekk ma setgħat tgħidlu xejn.
Il-preżentaturi tal-programm tant kienu impressjonati b'din l-offerta li ovjament aċċettaw. Issa **** t-tarbija titwieled f'Diċembru li ġej l-isem tagħha ħa jkun dak ta' Dixon Willoughby Partin, imsemmija għall-preżentaturi tal-programm li huma Richard Dixon u J. Willoughby.
21420089498baby%20feet.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ġurnata ħażina għal xjenzat Skoċċiż

aħbarijietdotcom
15 ta' Lulju, 2008 15:03 CET Xjenzat Skoċċiż għadu kif marlu żmerċ esperiment, hekk kif **** pprova jaħraq l-ħaxix ħażin tal-ġnien tiegħu aċċidentalment ħaraq il-ġnien kollu tal-ġirien li joqgħodu ħdejh.
Robert Gailey ta' 79 sena kien qed juża blow torch żgħir biex jeħles mill-ħaxix ħażin f'qasir żmien. Minn naħa l-oħra, f'ħin minnhom bdew joħorġu lis-sparks mill-apparat u f'qasir żmien il-ġnien tal-ġirien tiegħu beda jaqbad.
Gailey qal li minkejja l-eta' tiegħu huwa qabad jiġri biex jitfi n-nar. Minn naħa l-oħra, dan tant qabad malajr li kien kollu għalxejn. Membri mit-taqsima tat-tifi tan-nar tal-post mill-ewwel ssejħu sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna. Il-kelliem tal-brigada qal li wieħed għandu joqgħod **** jiġi ntużat dan l-apparat.
2152008104835fire.jpg
 
Top