*kurzitajiet min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ħmar jinħeles minn ħabs!!

aħbarijietdotcom
23 ta' Mejju, 2008 10:22 CET Fil-Messiku għadi kif inħeles ħabsi li skonta tliet ijiem ħabs. Hawnhekk wieħed jgħid li m'hemm xejn stramb. Minn naħa l-oħra, l-element kemmxejn mhux tas-soltu hu li l-ħabsi kien ħmar.
Dan l-inċident stramb seħħ fil-belt ta' Chiapas **** Blacky, il-ħmar, gidem u ta daqqa ta' sieq lil żewġ irġiel. Ta' din l-azzjoni l-ħmar intbagħat il-ħabs. Dan sakemm sidu mhux biss iħallas il-multa, iżda wkoll sakemm iħallas il-kontijiet ta' l-isptar taż-żewġ irġiel.
Din il-bravata żgur swietu għolja lil sid Blacky, Mauro Gutierrez, peress li kellu jħallas ukoll il-pagi taż-żewġ irġiel sakemm dawn kienu mweġġgħin.
2352008101950donkey.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ħanżir ġewwa kulleġġ

aħbarijietdotcom
25 ta' Mejju, 2008 10:57 CET Il-Kulleġġ Colby li jinsab fil-Maine bħalissa għaddej minn sitwazzjoni kemmxejn imbarazzanti hekk kif fuq il-campus ta' dan il-kulleġġ jinstab ħanżir li ma jistax jinqabad, tirrapporta l-AP.
Kelliem għal dan il-kulleġġ Steve Collins qal li dan il-ħanżir ta' razza Nietnamiża, huwa popolari ħafna bħala pet, iżda s'issa ħadd għadu ma resaq 'il quddiem u qal li dan l-annimal huwa tiegħu, tikkonferma l-istess aġenzija.
Huwa magħruf illi dan il-ħanżir ħarab waqt li kien qed isir barbeque fuq il-campus. Minkejja l-ħsibijiet ta' ħafna li l-ħanżir beża' għaliex kien ser jittiekol u għalhekk ħarab, dan l-annimal ma kienx fuq il-menu, iżda kien hemm biss bħala mistieden onorarju.
Minkejja l-bosta attentati sabiex jinqabad dan il-ħanżir, xorta waħda baqa' ma nqabdax. Dan l-annimal huwa makkak biżżejjed sabiex jiġi jiekol minn idejk iżda jaħrab malli jinduna li hemm xi ħadd għassa tiegħu.
2552008105711pigs.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ħarbu lill-pulizija iżda attakkawhom il-qżieqeż

aħbarijietdotcom
26 ta' Mejju, 2008 11:35 CET Żewġ ħallelin Ġermaniżi spiccaw icemplu l-pulizija għall-għajnuna wara li dawn daruhom merħla ta' qżieqeż selvaġġi.

Dieter Meier u Reiner Klose, it-tnejn ta'18-il sena kienu abbandunaw karozza misruqa u ħarbu fil-foresta wara li kienu qed jiġu segwiti mill-pulizija fir-reġjun ta'Mecklenburg-Western Pomerania.

Huma rnexxielhom jaħarbu lill-ufficjali iżda ma stennewx li ser jiltaqgħu ma'merħla qżieqeż selvaġġi li kienet lesta li tattakkahom.
Huma telgħu jiġru fuq siġra iżda għall-ebda raġuni dawn il-qżieqeż ma riedu jitilqu u għalhekk dawn it-tnejn kellhom icemplu lil pulizija. Huma kienu immedjatament arrestati.


2652008113522boar.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Dsatax iweġġgħu f' tellieqa wara l-ġobon

aħbarijietdotcom
27 ta' Mejju, 2008 12:08 CET Dsatax-il persuna weġġgħu f' tellieqa wara l-ġobon minġabba li x-xita għamlet l-iktar sfida biżżarra fir-Renju Unit iktar perikoluża.
F' din l-isfida diversi persuni jiġru wara biċċa ġobna kbira f' niżla fi Gloucestershire. L-organizzaturi qalu li ix-xita u t-temp umdu ġiegħlu l-art tkun iktar ratba b'hekk r-riskju ta' ġrieħi gravi tnaqqas iżda t-tletin voluntiera tas-St. John Ambulance kellhom ferm x'jagħmlu ma dawn id-dsatax-il persuna.
Christopher Anderson ta' 19-il sena li rebaħ it-tellieqa kellhom jittieħed lejn l-isptar mill-ewwel wara li weġġa dahru hekk kif pratikament tgerbeb l-aħħar parti tat-tellieqa.

275200812552521318653_79ada0197e_o.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Problemi fil-latrina tal-ispazju!

Problemi fil-latrina tal-ispazju!

aħbarijietdotcom
28 ta' Mejju, 2008 12:06 CET Skond rapporti fil-midja internazzjonali il-krew fl-istazzjon spazjali internazzjonali għandhom problema għaliex il-latrina tagħhom tinsab bil-ħsara.

Skond il-gazetta the Daily Telegraph, in-Nasa qed tispera li ssewwi dan it-toilet **** jasal l-ispace shuttle Discovery il-ġimgħa d-dieħla.

Jidher li waqt li kien qed jużah wieħed mill-krew, il-fan ta' dan it-toilet magħmul ir-Russja waqaf jaħdem. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, il-parti ta' din il-latrina li tiġma il-ħmieġ likwidu mhux dejjem qed taħdem. Fortunatament, il-parti li tiġma il-ħmieġ solidu qed taħdem normali.

Jidher li ufficjali Russi ma jafux x'inhu il-kawża tal-problema u l-krew s'issa għadu ma rnexxielux jirranġah. Kelliem għan-Nasa qal li bħal kull dar f'kull post immaġinabli li jkollhok il-latrina taħdem hija ta'importanza kbira u ovvja.

Id-Discovery mistenni jitlaq lejn l-istazzjon spazjali nhar is-Sibt li ġej u jasal fl-ispazju nhar it-Tnejn.


285200812520iss.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
50,000 viżitatur għat-tempju Hindu f'darhom

aħbarijietdotcom
29 ta' Mejju, 2008 10:52 CET Koppja kellha iktar minn 50,000 viżitatur fid-dar tagħhom wara li dawru it-tieni kamra tas-sodda tagħhom f'tempju Hindu.
Diversi persuni jintefgħu fil-kju biex ikunu jistgħu iżuru t-tempju li Dhirajlal Karia ta' 68 sena u l-mara tiegħu Sushila bnew fid-dar tagħhom fi Clacton-on-Sea f'Essex.

Il-familja Karia bnew dan it-tempju minħabba li l-alternattiva l-iktar vicin tinsab 45 mil ‘l bogħod. Il-koppja li għandha tifel u tifla bdew billi jitolbu f'din il-kamra bħala familja wara li huma kienu trasferew f'din id-dar.

Iżda huma ħassew li riedu xi ħaġa iktar u importaw 17-il statwa ta' allat differenti mill-Indja u poġġewhom f'din il-kamra.

It-tempju ġie inawgurat f'inawgurazzjoni ta'4 t'ijiem u kienet tinvolvi cerimonja f'bajja vicin. Storja dwarha dehret fuq rivista Indjana.
Din il-publicita' waslet sabiex ħafna nies marru f'dan it-tempju. Issa t-tempju josserva r-ritwali kollha Hindu u anke il-festivals.

2952008105222hindu.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Album ġdid mingħand il-grupp Muse

aħbarijietdotcom
30 ta' Mejju, 2008 12:24 CET Id-drummer tal-grupp Muse, Dominic Howard, għadu kif ħabbar li l-grupp bħalissa qed jaħdem fuq album ġdid. F'artiklu li deher fuq is-sit gigwise.com, Dominic qal li bħalissa l-membri ta' Muse qegħdin l-Italja jaħdmu fuq materjal ġdid.
Huwa qal li minkejja l-fatt li għadu kmieni wisq biex tgħid xi stil ħa jkollu dan l-album, huwa sostna li bħalissa qegħdin jaħdmu fuq materjal kreattiv immens.
Għal dan is-sajf Musa huma mistennija jdoqqu waqt il-V Festival li ħa jiġi organizzat f'Awissu fl-Ingilterra.
3052008122314muse.JPG
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kennies jaħdem għal 14-il sena b'xejn

aħbarijietdotcom
30 ta' Mejju, 2008 11:07 CET Phillip Winfield, raġel ta' 74 sena minn Peterborough f'Cambridgeshire, ilu għal dawn l-aħħar 14-il sena jaħdem b'xejn fil-villaġġ tiegħu bħala kennies.
Qabel ma' ħareġ bil-pensjoni Winfield kien jaħdem fl-istess xogħol, iżda wara li ħareġ bil-pensjoni r-raġel ħass li kellu jkompli b'xogħlu. Skond artiklu li deher fuq The Sun, Winfield qal li kien qed jiddejjaq joqgħod id-dar ma' jagħmel xejn. Apparti minn hekk hu kkummenta wkoll li jiddejjaq **** jara l-ħmieġ barra.
Tas-servizz li ilu jagħmel għal dawn l-aħħar snin il-kunsill lokali tal-post iddeċiedew illu jagħtu ġieh speċjali lir-raġel.
30520081174street_sweeper.JPG
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Mara tgħix f'armarju għal iktar minn sena!

aħbarijietdotcom
31 ta' Mejju, 2008 11:55 CET Raġel fil-Ġappun ħa l-qatgħa ta' ħajtu hekk kif induna li kien hemm mara tgħix f'armarju ġod-dar tiegħu għal ftit itkar minn sena!

Il-każ ġara fil-belt ta' Fukuoka **** r-raġel beda jinduna li l-ikel beda jisparixxi minn ġol-friġġ tad-dar tiegħu. Biex jipprova jara x'qed jiġiri eżatt huwa waħħal numru ta' kameras madwar id-dar tiegħu.

**** mar biex jiċċekja l-vidjos ta' dawn il-kameras huwa ra mara ddur fid-dar tiegħu. Kien hawnhekk li r-raġel ta' 57 sena, li jgħix waħdu, informa l-Pulizija sabiex jinvestigaw il-każ.

**** marru biex jagħmlu tfittxija d-dar, l-Pulizija sabu lil Tatsuko Horikawa, mara ta' 58 sena li għal l-aħħar sena kienet qed tgħix f'armarju ta' dan ir-raġel. F'kumment li taw il-Pulizija huwa qali li dan l-armarju tant kien żgħir li persuna waħedha bil-kemm setgħet toqgħod komda.

**** mistoqsija għalfejn kienet qed toqgħod hemmhekk Horikawa qalet li ma kelliex fejn toqgħod. Minn naħa l-oħra il-Pulizija għadhom qed jinvestigaw kif din il-mara daħlet fil-post. Dan minħabba l-fatt li hija qalet li mhux il-ħin kollu tkun qegħda d-dar.


3152008115344closet.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Sewwieq tat-taxi jgħati rikba lil dak li serqu

aħbarijietdotcom
2 ta' Ġunju, 2008 09:35 CET Sewwieq tat-taxi fiċ-Ċina mingħajr ma jaf ta' rikba lil ħalliel li seraq lilhu stess.
Is-sewwieq mill-belt Huainan ġabar lil passiġġier fuq bus stop fit-3 ta' wara nofsinhar. "Kellhu ħafna appliances tad-dar, u għalhekk għentu jdaħħal kollox fit-taxi" qal is-sewwieq.

Is-sewwieq qal li l-passiġġier kellhu wkoll ħuta mingħajr denb li fakkrithu ħafna fil-ħuta li kellhu fil-freezer iżda ma ġieh l-ebda suspett dak il-ħin sakhemm ma mar id-dar.

**** s-sewwieq tat-taxi wasal id-dar skopra li xi ħadd kien daħal jisraq f' dahru u kien hemm diversi appliances nieqsin u kif ukoll il-ħuta bla denb li kellhu fil-freezer!

Il-pulizija arrestata raġel ta' 56 sena dwar dan il-każ.

26200893452taxi.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tfal megħjuna jwaqqfu l-vizzju tat-tipjip

aħbarijietdotcom
4 ta' Ġunju, 2008 12:10 CET Tifel ta' erbgħa snin flimkien ma' ħuħ li għandu disgħa, ħa jintbagħtu f'ċentru ta' rijabilitazzjoni minn missierhom sabiex jaqtgħu l-vizzju tat-tipjip.
Dan il-każ qed jiġri fit-Taiwan fil-belt ta' Gaoxiong tirrapporta Ananova. It-tfal bdew ipejjpu s-sigarri u s-sigaretti wara li minn dejjem raw lil missierhom jagħmel hekk. **** ġew mistoqsija x'kien li ħajjarhom sabiex jibdew ipejjpu, huma qalu li jaħsbu li missierhom jidher verament 'cool' **** jkun qed ipejjep.
It-tifel ta' erbgħa snin ammetta wkoll illi ma kinitx l-ewwel darba li talab lil ħuh sabiex jieħu sigaretti mingħand sħabu tal-klassi **** ma jirnexxielhomx jisirqu tnejn lil missierhom.
Madanakollu l-awtoritajiet ta' dan l-istess ċentru kkritikaw lil missier ta' l-eżempju ħażin li qed jagħti lil uliedu.
It-tabib Xue Guangjie ġie kkwotat li qal illi l-aħjar mod sabiex jitwaqqaf dan il-vizzju fit-tfal huwa billi jieqaf ipejjep huwa jkoll. Fuq kollox kif ngħidu aħna l-Maltin l-eżempju jkaxkar!
301200815510Cigarette.jpg

__________________
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tifel ta' 4 snin f'riabilitazzjoni minħabba l-vizzju tat-tipjip

aħbarijietdotcom
5 ta' Ġunju, 2008 11:11 CET Tifel ta' 4 snin jinsab f'riabilitazzjoni f' Tajwan wara li spicca bil-vizzju li jpejjep is-sigarri ta' missieru.

Il-missier minn Gaoxiang beda jieħu lit-tfal tiegħu li għandhom 9 u 4 snin għar-riabilitazzjoni wara li qabadhom jisirqu s-sigaretti u s-sigarri tiegħu.

It-tfal ammettew li serqu u qalu li kienu jagħmluha għaliex kienu jaħsbu li missierhom kien jidher ‘cool' **** jpejjep.

It-tifel iż-żgħir ammetta li hu kien jsaqsi lil ħuh biex iġib sigaretti mingħand sħabu tal-iskola **** ma kienux jirnexxielhom jisirqu minn għand missierhom.

Il-missier beda jieħu lis-subien fic-centru ta' riabilitazzjoni sabiex jirbħu l-vizzju li għandhom fuq in-nikotina. Iżda c-centru kkritikah li hu ma kompliex it-trattament mat-tfal tiegħu.


2252008115536cigarette_butt.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jilgħabu Sudoku flok jagħmlu x-xogħol ta’ ġuri

aħbarijietdotcom
13 ta' Ġunju, 2008 12:16 CET Grupp ta' nies fl-Awstralja li kellhom jieħdu sehem f'ġurija ta' każ waqqfu s-seduta milli titkompla. Dan minħabba l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-grupp ma kinux qed jagħmlu xogħlhom kif suppost. Filfatt dan il-grupp ta' nies kienu qed iqattgħu il-biċċa l-kbira tal-ħin tagħhom jilgħabu Sudoku, fil-qorti stess!
Il-maġistrat, Peter Zahra, waqqaf il-każ milli jkun komplut wara li l-mara li kienet qed tieħu ħsieb il-każ u erbgħa oħra qagħdu jilgħabu Sudoku minħabba li kienu ddejjqu fil-qorti. In-nies fil-qorti ndunaw li dawn il-membri tal-ġurija kienu qed jagħmlu xi ħaġa mhux tas-soltu hekk kif rawhom noti vertikali minflok ħorizontali.
Il-każ kien ilu għaddej tlitt xhur u sa dak iż-żmien kien sewa aktar minn $1 miljun Awstraljan. Iż-żewġ irġiel li kienu taħt l-akkużi kellhom l-possibilita' li jqattgħu għomorhom il-ħabs fuq każ ta' drogi.
Il-każ għandu jerġa' jibda' mill-ġdid fi ftit ġimgħat, din id-darba b'ġurija ġdida.
311200816831court%20hammer.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Mara ssalva pulizija u teħel 10 xhur ħabs

aħbarijietdotcom
14 ta' Ġunju, 2008 11:31 CET Rachelle Jackson hija infirmiera li għamlet att qalbieni, madanakollu dan swielha biss ta' deni. Hija semgħat ħoss ta' ħabta u rat karozza tal-pulizija f'ħabta ma' karozza oħra bid-duħħan ħiereġ minnha. Hija ġriet lejn il-karozzi għax ħasbet li se jisplodu u ħarġet wieħed mill-pulizija malajr, iżda dan il-pulizija akkużaha li serqitu u neħħietlu l-arma tan-nar. Din l-akkuża wasslitha għal aktar minn 10 xhur ħabs.
Jackson ħadet dan il-każ il-qorti, fejn fl-aħħar hija rebħet il-kumpens ta' $7.7 miljun ta' arrest falz, prosekuzzjoni malizjuża u stress emozzjonali. Milli jidher, hekk kif seħħ l-inċident, xi ħadd seraq l-arma tal-pulizija u telaq jiġri biha. B'hekk il-pulizija sostna li kienet Jackson li serqitu.
Il-każ ilu għaddej min Novembru 2002. Jackson qalet li fl-aħħar tinstab ferħana mmens b'dan ir-riżultat u qed tirringrazzja l'Alla li ħarġet il-verita.
22200894456Police%20Line.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Żewġ xufiera tat-trakkijiet salvati bil-jet ski

aħbarijietdotcom
16 ta' Ġunju, 2008 10:51 CET Geoff Mills, bidwi Awstraljan, spiċċa l-eroj tal-ġurnata hekk kif bis-saħħa tal-jet ski tiegħu rnexxielu jsalva żewġ xufiera milli jgħerqu fl-ilmijiet. Dan il-każ seħħ is-Sibt li għadda fl-Awstralja, hekk kif ix-xmara Nullagine faret.
B'konsegwenza ta' dan il-fenomenu, żewġ xufiera tat-trakkijiet li kienu qed jippruvaw jaqsmu x-xmara spiċċaw imkaxkra mill-ilmijiet li nġemgħu. Minkejja l-fatt li ħelikopter intbagħat mal-ewwel fuq il-post għajnuna, dan beda jsib xi diffikulta' sabiex jgħinhom minħabba l-fatt li kien żgħir wisq.
Kien hawn li Mills, li joqgħod viċin il-post fejn seħħ l-aċċident, illi ġietu l-idea' li juża l-jet ski tiegħu sabiex jgħinhom. Mimli kuraġġ Mills saq il-jet ski fix-xmara u fl-aħħar irnexxielu jsalva lix-xufiera. Ta' min jgħid li għal ftit tal-ħin anke' Mills kien qiegħed jipperikola ħajtu hekk kif f'ħin minnhom weħillu parti mill-jet ski taħt wieħed mit-trakkijiet. Fortunatament kollox spiċċa b'wiċċ il-ġid.

166200810504ski2opt.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Wieħed mill-aqwa 'racing tipsters' Ingliżi fl-eta' ta' ħames snin

aħbarijietdotcom
17 ta' Ġunju, 2008 10:18 CET Benny Resnick huwa tifel Ingliż ta' ħames snin u diġa kiseb livell ta' fama bħala wieħed mill-aqwa 'racing tipsters' tal-mument.
It-talent ta' Benny li jaqta' fil-maġġoranza tad-drabi l-kontestant rebbieħ, ġie skopert minn zijuh Joel Hammer **** darba fost l-oħrajn ħa lin-neputi ġewwa stadju tat-tlielaq tal-klieb u darba wara l-oħra beda jaqta' liema kelb kien ser jirbaħ.
Hammer, li huwa preżentatur Ingliż fuq ir-radju, ddeċieda li jagħmel użu minn dan it-talent ta' Benny u beda jieħdu fuq il-programm tal-BBC Radio Osford Breakfast Show, fejn iċ-ċkejken Benny ġibed l-attenzjoni ta' udjenza ġmiela bil-pariri li beda jagħti fuq liema kelb skond hu kien ħa jirbaħ.
Tant li kiseb fama u verament beda jaqta' tajjeb li llum il-ġurnata Benny jinsab f'kuntest ma' Mick Wheble, espert tat-tlielaq b'40 sena esperjenza f'dan il-kamp, b'ħames rebħiet fuq tnejn f'kuntest fuq ir-radju fuq minn minnhom ser jaqta' tajjeb l-aktar drabi.
Benny, li huwa residenti ta' Edgware fit-Tramuntana ta' Londra, qal: 'Mhux dejjem naqta tajjeb - iżda nirnexxi aktar minn Mick,' tirrapporta s-sit metro.co.uk.
1762008101815greyhound%20racing.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Raġel jisraq lill-ex sabiex tnaddaflu aħbarijietdotcom

Raġel Taljan ta' 43 sena żgur illi ħadha bi kbira li t-tfajla tiegħu ma ridietx tibqa' toħroġ miegħu. Tant ħass dan l-episodju li ddeċieda li jisraq lill-mara sabiex jisfurzaha tagħmel il-faċendi tad-dar tiegħu.

Il-każ seħħ fil-belt ta' Genoa fl-Italja fejn dan ir-raġel seraq lill-mara minn ġo pub u ħadha d-dar tiegħu. Hemmhekk huwa beda jisfurzaha tagħmel il-faċendi tad-dar, bħal taħsel il-platti u tgħaddielu l-ħwejjeġ.

Skond rapport li qed jidhru fuq il-midja internazzjonali, il-Pulizija marru jfittxu fid-dar tiegħu wara li ħbieb tal-mara raw ix-xenata tiġri fil-pub. Huwa mifhum li r-raġel qed jiġi miżmum mill-Pulizija.

186200891155clothes_pegs.jpg

 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Proposta tat-tieġ tispiċċa f'mawra sa l-isptar

aħbarijietdotcom
19 ta' Ġunju, 2008 14:04 CET Chen Lee, raġel ta' 28 sena mill-pronvinċja ta' Fujian fiċ-Ċina, żgur li kien qed jaħseb li l-metodu li kien ħaseb sabiex isaqsi lill-għarusa tiegħu tiżżewġu kien wieħed romantiku mmens. Minn naħa l-oħra, żgur illi ma ħasibx li l-għarusa tiegħu litteralment ħa taħtfu fil-kelma.
Sabiex jistaqsi lill-għarusa tiegħu Wang Lu ta' 26 sena biex tiżżewġu, Lee ħaseb sabiex jaħbi ċ-ċurkett f'kejk bħala ġest romantiku. Minn naħa l-oħra, **** Lee ma kienx qed iħares Lu ddeċidiet illi tieħu biċċa żgħira mill-ħelu. Ir-riżultat kien li t-tfajla kielet iċ-ċurkett ukoll.
Ir-raġel ammetta li **** qalilha x'kien għamel hija rrabjat ħafna u saħansitra kellhom imorru sa l-isptar. Minn naħa l-oħra, Lee aċċerta lil kulħadd li fl-aħħar xorta aċċettat il-proposta tiegħu taż-żwieġ.
196200814256wedding%20ring.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Mara issib serp minflok l-posta

aħbarijietdotcom
20 ta' Ġunju, 2008 09:23 CET Mara li toqgħod f'Londonderry fi New Hampshire l-Amerka ħadet qata' mhux ħażin, hekk kif sabet serp ta' tliet piedi fil-kaxxa tal-posta tagħha.
Il-każ seħħ iktar kmieni matul din il-ġimgħa hekk kif il-mara kienet ħa tmur tara jekk irċivietx xi posta. Minn naħa l-oħra, malli marret biex tiċċekja sabet is-serp.
Hija minnu fih ċemplet lill-Pulizija sabiex imorru jgħinuha. Malli qabdu l-forzi ħaduh f'ħanut ta' l-annimali biex jieħdu ħsiebu. Hemmhekk il-ħaddiema tal-ħanut identifikaw is-serp u qalu li x'aktarx dan is-serp kien ġie abbandunat mingħand xi ħadd.


206200892213mail%20box.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Raġel ma jaqtax xagħru għal 10 snin sħaħ

aħbarijietdotcom
21 ta' Ġunju, 2008 09:33 CET Phil Moore, raġel ta' 42 sena minn Elmhurst Victoria, fl-Awstralja, ammetta li ilu għal dawn l-aħħar 10 snin ma jaqta' la xagħru u lanqas id-daqna. Moore tant sar popolari li minn mindu ħa d-deċiżjoni li ma jaqtax xagħru, Moore kiseb kemmxejn popolarita' fil-belt ta' fejn joqgħod.
Illum il-ġurnata saħansitra t-tifel tiegħu, Blake, qed jipprova jagħmel l-istess ħaġa li għamel missieru. Madankollu għadu kemmxejn il-bogħod sakemm jilħaq ir-rekord ta' missieru.
Minkejja li Moore ilu dawn is-snin kollha ma jaqta' xagħru, huwa aċċerta lil kulħadd u speċjalment lil barbiera tal-post li huwa mhux ser jibda issa.

216200893322hairdresser_chair.jpg
 
Top