Ħmar jinħeles minn ħabs!!
aħbarijietdotcom
23 ta' Mejju, 2008 10:22 CET Fil-Messiku għadi kif inħeles ħabsi li skonta tliet ijiem ħabs. Hawnhekk wieħed jgħid li m'hemm xejn stramb. Minn naħa l-oħra, l-element kemmxejn mhux tas-soltu hu li l-ħabsi kien ħmar.
Dan l-inċident stramb seħħ fil-belt ta' Chiapas **** Blacky, il-ħmar, gidem u ta daqqa ta' sieq lil żewġ irġiel. Ta' din l-azzjoni l-ħmar intbagħat il-ħabs. Dan sakemm sidu mhux biss iħallas il-multa, iżda wkoll sakemm iħallas il-kontijiet ta' l-isptar taż-żewġ irġiel.
Din il-bravata żgur swietu għolja lil sid Blacky, Mauro Gutierrez, peress li kellu jħallas ukoll il-pagi taż-żewġ irġiel sakemm dawn kienu mweġġgħin.