*vip gossips min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Uma Thurman tħabbar l-għerusija tagħha

aħbarijietdotcom
28 ta' Ġunju, 2008 09:30 CET L-attriċi Uma Thurman għadha kif ħabbret l-għerusija tagħha mal-finanzjier Arġad Bussson. Minkejja dan kollu l-attriċi ma qalietx jekk dawn humiex ser jiżżewwġu fil-qarib żmien jew le.
Jekk iż-żwieġ tagħhom iseħħ, dan ikun it-tielet wieħed għal Thurman, filwaqt li jkun it-tieni wieħed għal Busson. Fil-passat Thurman kienet miżżewwġa kemm ma' Ethan Hawke, li miegħu kellha żewġt'itfal, u kif ukoll ma' Gary Oldman.
Uma Thurman tibqa' popolari għal rwoli films bħal 'Kill Bill'.
286200892941Uma_Thurman.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
COLDPLAY
Il-lat uman tal-mużika

aħbarijietdotcom
29 ta' Ġunju, 2008 10:49 CET Minkejja l-istejjer kollha li nisimgħu fuq ċelebritajiet li jġiebu ruħhom b'mod stramb jew mhux xieraq, ikun sabiħ **** nisimgħu b'artist li jagħmel att żgħir iżda b'sinjifikat.
Filfatt m'ilux il-kantant tal-grupp Ingliż Coldplay wera x'qalb tad-deheb għandu hekk kif kien qed jipprepara għal programm televiżiv Amerikan.
Hu flimkien ma' sħabu kienu qed jippruvaw xi kanzunetti tagħhom għal programm, hekk kif il-kantant ra tifel fuq quddiem b'idu miksura. Minnufih Martin waqaf ikanta, mar tella' it-tifel fuq il-palk u beda isaqsieh kif kiser idejh.
Bħalissa l-grupp qegħdin jagħmlu sensiela ta' promozzjonijiet għall-album il-ġdid tagħhom 'Viva La Vida'.
2922008104859Coldplay_concert.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Pete Doherty jiddedika diska lill-ex tiegħu Kate Moss

aħbarijietdotcom
30 ta' Ġunju, 2008 14:30 CET Mid-dehra l-kantant Pete Doherty għadu ma nesiex l-ex tfajla tiegħu l-mudella Kate Moss. Dan wara li Doherty għadu kif tefa' vidjo tiegħu fuq is-sit YouTube fejn fih jidher il-kantant idoqq diska fuq il-kitara tiegħu bl-isem ta' ‘Bohemian Love'.
Waqt li jkun qed ikanta din id-diska, fil-vidjo jidhru ritratti tiegħu u ma' Moss ma' xulxin, u fl-aħħar jidher ritratt partikolari li jidher it-tnejn ikunu qegħdin jitbewsu. Ir-relazzjoni ta' bejniethom spiċċat bejn wieħed u ieħor sena ilu hekk kif bdew jidhru rapporti li Doherty kien qed jieħu d-droga.
Illum il-ġurnata Kate Moss qed toħroġ ma' mużiċist ieħor - Jamie Hince mill-grupp The Kills.
3062008142811Pete_Doherty.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jiżdiedu l-għajdut dwar id-divorzju imminenti ta' Madonna

aħbarijietdotcom
1 ta' Lulju, 2008 13:58 CET Matul din l-aħħar ġimgħa l-għajdut fuq id-divorzju imminenti tal-kantanta Madonna komplew jikbru. Dan hekk kif hi u r-raġel tagħha, id-direttur Guy Ritchie ma kienux qegħdin joqogħdu fl-istess dar. Dan apparti l-fatt li għal dawn l-aħħar jiem it-tnejn li huma ma kienux qed jilbsu ċ-ċurkett tat-tieġ tagħhom.
Skond artiklu li deher fuq ir-rivista OK! Ritchie din il-ġimgħa mar jiltaqa' ma' Madonna fl-appartament li għandha fi New York sabiex jitkellmu fuq ir-sitwazzjoni tagħhom. Mid-derha skond numru ta' rapporti, it-tnjen li huam diġa bdew ifittxu xi avukati li jistgħu jgħinuhom fil-każ tagħhom.
Qalb dawn l-għajdut kollha, il-kelliem ta' Madonna ċaħad kollox u sostna li t-tnejn li huma għadhom miżżewwġa u m'hemm l-ebda ħjiel li ħa jtemmu din ir-relazzjoni.






83200895941Madonna.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Angelina Jolie dalwaqt omm
aħbarijietdotcom
2 ta' Lulju, 2008 15:08 CET

L-attriċi popolari Angelina Jolie m'ilux iddaħħlet l-isptar sabiex twelled. Dan skond numru ta' rapporti li qed qed jidhru fuq l-internet. Skond stqarrija mill-kelliema tagħha Nadie Bauer, l-attriċi iddaħlet iktar kmieni matul il-ġurnata fl-isptar Lenval, li jinsab f'Nizza.

Bauer kompliet tgħid li l-wasla ta' Jolie kienet ilha ppjanata u għalissa qed tinżamm taħt osservazzjoni biex ma twellidx qabel iż-żmien. Hja kompliet tgħid li huwa ppjanat li l-attriċi toqgħod l-isptar sakemm twelled.

Bit-twelid ta' dawn it-trabi, hekk kif Jolie qed tistenni twins, b'kollox l-attriċi ħa tkun omm ta' 6'itfal - 3 addottati u 3 oħra bijoloġiċ
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Amy Winehouse taħt arrest id-dar tagħha stess?
aħbarijietdotcom
3 ta' Lulju, 2008 15:38 CET

Skond rapporti li qed jidhru fuq il-midja internazzjonali l-kantanta Amy Winehouse qegħda taħt arrest id-dar tagħha stess. Dan wara li l-eżekuttiv tad-dar tad-diski li taħdem magħhom Winehouse iddeċiedew li l-kantanta ma tistax toqgħod waħidha.

Sors qrib tas-sitwazzjoni qal li din id-deċiżjoni ttieħdet wara li d-diriġenti qablu li Winehouse bħalissa mhiex f'kundizzjoni li tieħu ħsieb lilha nniffisha. B'hekk iddeċiedew li jitfgħu nies tas-sigurta' mal-bieb tad-dar tagħha biex żgur ikunu ċerti li nies suspettużi ma jinfluwenzawx il-kantanta.

M'ilux Winehouse kienet reġgħet daħlet l-isptar għal xi problemi f'saħħitha, iżda minkejja l-fatt li għal xi ftit tal-ġranet kien qed jidher li sejra għall-aħjar, l-affarijiet reġgħu qabdu t-triq tan-niżla.​
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-attur Jason Biggs jipprepara sabiex jiżżewweġ
aħbarijietdotcom
4 ta' Lulju, 2008 12:47 CET

L-attur Amerikan Jason Biggs, li huwa l-iktar magħruf għal parti tiegħu fil-film ‘American Pie', qed jipprepara sabiex mal-mara tiegħu, l-attriċi Jenny Mollen, jerġgħu jiżżewġu.

Biggs u Mollen ilhom miżżewġin minn April li għadda. Minn naħa l-oħra, waqt din iċ-ċerimonja huma ma stiednu lil ħadd. Issa kif stqar Biggs waqt intervista li għamel mar-rivista ‘In Touch' qed iħejju ċerimonja oħra għall-familjari u l-ħbieb tagħhom.

Waqt l-istess intervista, Mollen ammettiet li Biggs verament jixtieq jkollu t-tfal. Minn naħa l-oħra, hija stqarret li minkejja l-fatt li għadu ż-żmien, żgur li mhiex ser teskludi l-possibbilta' li jkollhom it-tfal.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Brad Pitt jitlob l-għajnuna lil Julia Roberts
aħbarijietdotcom
5 ta' Lulju, 2008 09:46 CET

L-attur popolari Brad Pitt għadu kif talab lill-attriċi Julia Roberts sabiex ittieh ftit pariri ta' kif trabbi twins, ftit ġranet il-bogħod milli jsir missier b'twins stess Dan minħabba l-fatt li Roberts stess hija omm ta' twins.

Mid-dehra Pitt beda jibża' li **** jkollok twins jista' ikun hemm xi ħaġa differenti, minn naħa l-oħra Roberts assiguratu li l-unika ħaġa differenti huma l-problemi u x-xogħol għax ħa jkunu doppji.

Iktar kmieni matul din il-ġimgħa Angelina Jolie, il-partner ta' Pitt, daħlet fi sptar fi Franza fejn ħa toqgħod għal kwiet sakemm twelled.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Nicole Kidman dalwaqt omm
aħbarijietdotcom
6 ta' Lulju, 2008 11:20 CET

L-attriċi Awstraljana Nicole Kidman qegħda tistenna biex minn jum għall-ieħor biex issir omm. Filfatt skond rapporti li dehru fil-midja iternazzjonali, Kidman qegħda tipprepara flimkien ma-raġel tagħha l-kantant Keith Urban għall-wasla ta' l-ewwel wild tagħhom.

Mid-dehra l-attriċi ħa twelled fi sptar viċin tad-dar tagħha fl-Awstralja u l-ġenituri tagħha diġa waslu sabiex jgħinu lilha u lir-raġel tagħha f'dan il-mument hekk sabiħ.

Minkejj l-fatt li dan ħa jkun l-ewwel wild bijoloġiku għal Kidman u Urban, l-attriċi diġa għandha żewġ'it-tfal li kienet addottat **** kienet għadha miżżewwġa ma' l-attur Tom Cruise.





Nicole Kidman dalwaqt omm
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Żwieġ qasir għal Mariah Carey?

aħbarijietdotcom
7 ta' Lulju, 2008 13:48 CET Wara xahrejn biss li ilha miżżewwġa, mid-dehra l-kantanta Mariah Carey diġa għandha l-problemi mar-raġel tagħha, l-attur Nick Cannon.
Skond sorsi qrib tal-koppja, Cannon qed jinduna li minkejja l-fatt li bil-bidu tar-relazzjoni tagħhom huwa vera kien ferħan ma' Carey, illum il-ġurnata kollox ibiddel għan-negattiv. Mid-dehra Carey qed titlob wisq affarijiet lil Cannon, u **** ma jsirx dak li tixtieq hi qed ikun hemm ħafna ġlied bejniethom.
Carey u Cannon iltaqgħu Marzu li għadda waqt li l-kantanta kienet qed taħdem vidjo mużikali. Eżatt xahrejn wara li ltaqgħu kellhom iċ-ċerimonja tat-tieġ.
34200831348Mariah%20Carey%20resized.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Żewġ trabi jagħmlu d-debutt tagħhom
aħbarijietdotcom
8 ta' Lulju, 2008 15:57 CET

L-atturi Nicole Kidman u Matthew Mc Conaughey żgur li għadhom kif għaddew minn mument feliċi, hekk kif it-tnejn li huma flimkien mal-partners respettivi tagħhom għad kif kellhom it-trabi.

Kidman flimkien mar-raġel tagħha Keith Urban kellhom tifla t-Tnejn filgħodu, li ħa jkollha l-isem ta' Sunday Rose Kidman Urban. Kelliem għal Urban qal li kemm Nicole u kif ukoll Urban huma ferħanin immens b'din il-wasla, u li kemm l-omm u kif ukoll it-tarbija jinstabu tajbin mmens.

Minn naħa l-oħra l-attur Matthew McConaughey flimkien ma' l-għarusa tiegħu l-mudella Camila Alves it-tnejn filgħaxija esperjenzaw il-wild ta' l-ewwel tifel tagħhom. Sors qrib tal-koppja ammettew li Matthew u kif ukoll l-għarusa tiegħu jinsabu ferħanin mmens u li huma ferħanin b'din il-wasla.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Katie Holmes tistenna tarbija?

aħbarijietdotcom
9 ta' Lulju, 2008 15:39 CET Rapporti li dehru fuq il-midja internazzjonali qed jgħidu li l-attriċi Katie Holmes qed tistenna it-tieni tarbija tagħha flimkien mar-raġel l-attur Tom Cruise. Dan wara li l-attriċi dehret kemmxejn imżaqqa f'ritratti li ġew meħudha waqt il-festa ta' l-4 ta' Lulju.
Apparentament Holmes ilha tgħid li tixtieq jkollha iktar tfal u mid-dehra sors qrib tal-familja qalu li issa li t-tifla tagħhom Suri kibret, l-attriċi tixtieq ikollha tarbija oħra x'tieħu ħsieb.
Għalissa Holmes u Cruise għandhom tarbija waħda Suri. Minn naħa tiegħu Cruise għandu żewġt'itfal addottivi miż-żewġ preċedenti tiegħu ma' Nicole Kidman.

144200885114Tom_Cruise_and_Katie_Holmes.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tiżżewweġ l-attriċi Olivia Newton-John

aħbarijietdotcom
10 ta' Lulju, 2008 15:13 CET L-attriċi Olivia Newton-John, iktar magħrufha għal parti tagħha fil-film ‘Grease', għadha kif iżżewwġet għat-tieni darba man-negozjant John Easterling. Ta' min jgħid li l-familjari u l-ħbieb tal-koppja ma kinuex jafu li t-tnejn kienu ħa jiżżewġu. Anzi huma mingħalihom li kienu ser jattendu barbeque sabiex jiċċelebraw l-4 ta' Lulju.
Minkejja l-ferħ tal-ġurnata, għal ftit ħin kien hemm il-ħsieb li jikkanċellaw kollox. Dan minħabba l-fatt li fil-viċin kien hemm xi nirien. Minkejja dan kollu Newton-John ma ridietx tippostponi iċ-ċerimonja.
Dan kien it-tieni żwieġ għall-attriċi, **** fl-1995 kienet tiddivorzjat l-ewwel raġel tagħha Matt Lattanzi.

107200815137Olivia_Newton_John.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Mużew għall-attur Jackie Chan

aħbarijietdotcom
11 ta' Lulju, 2008 08:50 CET L-attur popolari Jackie Chan ħa jiġi onorat f'art twelidu hekk kif ħa jinbena mużew li ħa jospita affarijiet minn ħajtu. Dan hekk kif ġie żvelat fuq is-sit elettroniku ta' l-attur stess.
F'din l-istess stqarrija ntqal li x-xogħlijiet fuq dan il-bini bdew iktar kmieni matul din il-ġimgħa u li l-attur stess kien qiegħed hemmhekk għal ċerimonja żgħir li ġiet organizzata. Skond l-istess artiklu li deher fuq is-sit tiegħu, ix-xogħol fuq il-bini tal-mużew għandu jispiċċa f'Ottubru ta' l-2009.
Dan il-mużew ħa jkun qed jospita u juri kostumi u affarijiet varji li Chan uża waqt il-films tiegħu.
117200884936cjaCKIE-CHAN.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tħallina l-attriċi Evelyn Keyes

aħbarijietdotcom
12 ta' Lulju, 2008 12:33 CET Għadu kif ġie rrapurtat li l-attriċi veterana Evelyn Keyes mietet aktar kmieni matul ix-xahar fl-eta' ta' 91 sena. Keyes, li tibqa' imfakkra għal parti tagħha fil-film 'Gone With The Wind' bħala Suellen, mietet preċiżament fl-4 ta' Lulju b'kawża ta' kanċer.

Ħabib qrib tal-familja qal li din l-aħbar ma ġietx irrilaxxata qabel peress li l-ewwel riedu jistennew li ċ-ċertifikat tal-mewt ta' l-attriċi jkun inħareġ qabel ma jxandru l-mewt tagħha.

Il-ħajja ta' Keyes kiene twaħda turbulenti mmens u mhux l-ewwel darba li l-avventuri tal-ħajja personali tagħha kienu jiġu rrapurtati iktar mill-karriera tagħha. Fost il-films li ħadmet wieħed jista' isib 'Here Comes Jordan', 'The Prowler' u 'The Big Combo'.

1272008123246film_reel2.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-attur Sir Michael Caine onorat bl-istilla ta' Hollywood

aħbarijietdotcom
13 ta' Lulju, 2008 11:38 CET L-attur Ingliż Sir Michael Caine ġie onorat bi stilla quddiem it-teatru Ċiniż Grauman f'Hollywood. Waqt ċ-ċerimonja nniffisha Caine qal li verament iħossu onorat minħabba l-fatt li dan il-premju huwa wieħed vera prestiġjuż.
Matul il-karriera tiegħu, Sir Michael Caine deher f'iktar minn 100 film u kien innominat sitt darbiet għal premju ta' l-Oscar. Fil-futur qarib l-attur ser jidher fil-film ‘The Dark Knight'.
Minn mindu twaqqaf dan il-premju fl-1921, kienu 192 l-artisti li ngħataw dan il-premju.
1372008113837michael_caine.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Nicole Kidman tirċievi rigal mingħand l-eks raġel tagħha

aħbarijietdotcom
14 ta' Lulju, 2008 14:38 CET L-attriċi Awstraljana Nicole Kidman, li fil-ġimgħat li għaddew saret omm ta' l-ewwel wild bijoloġiku tagħha, qalgħet rigal xejn mistenni mingand l-eks raġel tagħha Tom Cruise.
Filfatt Cruise flimkien ma' martu Katie Holmes nagħtu hamper mimli oġġetti addatti għat-tarbija ta' Nicole, li ħa jkollha l-isem ta' Sunday. Ta' min jgħid li Cruise u Kidman flimkien kienu diġa l-ġenituri addottivi ta' Conor u Bella, li llum il-ġurnata għandhom 13 u 15-il sena.
Skond sorsi qrib ta' l-attriċi, Kidman diġa intlemħet barra wara li kellha t-tifla, waqt li kienet qed tikeol ma' sħabha. L-istess sorsi qalu li l-attriċi, li llum il-ġurnata għandha 41 sena, laqgħet dan ir-rwol il-ġdid f'ħajjitha b'enerġija liema bħala.



285200895120Nicole_Kidman%28CannesRed_carpet%29.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Cristiano Ronaldo single jew le?

aħbarijietdotcom
15 ta' Lulju, 2008 11:54 CET Rapporti li dehru fuq il-midja internazzjonali qed jallegaw li l-futboller Cristiano Ronaldo għadu kif ħalla t-tfajla tiegħu, il-mudella Nereida Gallardo. Dan minħabba xi affarijiet li għamlet fil-passat tagħha.
L-għajdut ħarġu hekk kif il-mudella dehret tmur għal vaganza ma' sħaba f'Ibiza, waqt li ronaldo kien qiegħed imweġġa' il-Portugall
Għall-ewwel Gallardo ma ridietx tikkummenta fuq is-sitwazzjoni, iżda wara xi ftit hija qalet li r-relazzjoni tagħhom ma spiċċatx u li sa dalgħodu kienet għadha kif tkellmet ma' Ronaldo.
Minn naħa l-oħra, gallardo qed isostni li dan kollu mhuwiex minnu. Gallardo u Ronaldo ilhom joħorġu ma' xulxin għal dawn l-aħħar xhur.

165200811249Cristiano_Ronaldo.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Pospost iż-żwieġ bejn Sacha Baron Cohen u Isla Fischer

aħbarijietdotcom
16 ta' Lulju, 2008 09:50 CET Skond artikli li dehru dan l-aħħar fuq il-midja internazzjonali, iż-żwieġ ta' bejn il-kummidjant Sacha Baron Cohen u l-attriċi Isla Fisher ġie pospost. Dan wara li Fischer ma laħqitx lestiet l-istudji kollha sabiex tikkonverti għal Ġudajiżmu.
Mid-dehra Fischer kellha temfasizza fuq l-istudji tagħha wara li kellha t-tarbija tagħhom, Olivia. Minn naħa l-oħra, l-attriċi kellha opportunita' ta' xogħol u minħabba l-film kellha tnaqqas l-ammont ta' ħin li kienet tiddedikata għall-istudju ta' l-iskrittura.
Mid-dehra skond l-istess sorsi, minħabba dan il-fatt omm Cohen ma tantx qed tieħu gost li l-attriċi mhiex qed tieħu s-sitwazzjoni b'iktar serjeta.
Sacha Baron Cohen huwa iktar magħruf għal karattri li joħloq, fosthom Ali G u Borat.

16720089499Sacha_Baron_Cohen.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Xniegħat li Heath Ledger se jkun nominat għal Oscar

aħbarijietdotcom
18 ta' Lulju, 2008 11:11 CET F'dawn l-aħħar ġimġħat ċertu għajdut bdew jiġru fid-dinja taċ-ċinema, dwar l-attur li m'ilux ħalliena Heath Ledger. Filfatt dawn l-isess għajdut bdew jgħidu li permezz ta' l-aħħar rwol li ħadem fil-film ‘The Dark Knight', li huwa parti is-sensiela ta' films ta' Batman, huwa għandu ċans illi jiġi nominat għal Oscar.
Dawk il-ftit li s'issa raw biċċiet minn film kollha qed jgħidu li dawn huwa l-aħjar parti li l-attur Awstraljan qatt ħadem Tant hu hekk li l-istess kritiċi qed jgħidu li l-istess rwol, li kien ħadmu wkoll Jack Nicholson, huwa l-aħjar wieħed s'issa.
Heath Ledger sfortunatament kien miet fil-bidu ta' din is-sena minħabba overdose ta' droga. Huwa kien instab mejjet fl-appartament tiegħu.
722008115026heathledger.jpg
 
Top