*vip gossips min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Taylor Swift l-iżgħar artista li rebħet Grammy Award għall-aħjar album


Fit-52 edizzjoni tal-Grammy Awards, serqet ix-xena l-kantanta country-pop Taylor Swift li b'erba' unuri saret l-iżgħar artista li qatt rebħet Grammy Award fosthom għall-aħjar album tas-sena. Beyonce, saret l-iktar mara li rebħet awards f'serata waħda **** ħadet magħha sitt statwetti.
Sorpriża kien l-unur Record of the Year li mar għall-band Kings of Leon. Fis-serata spikkaw it-tribut li taw diversi kantanti lil Michael Jackson, li ngħata l-Lifetime Achievement Award li nġabar minn uliedu, filwaqt li Wyclef Jean ta tribut ukoll għall-pajjiż oriġini tiegħu Haiti. Green Day rebħu l-Grammy Award għall-aħjar Rock Album filwaqt li Zac Brown rebħu dak għal Best New Artist.
122010171456swiftx-inset-community.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Taylor Swift l-iżgħar artista li rebħet Grammy Award għall-aħjar album


1 ta' Frar, 2010 17:15 CET Fit-52 edizzjoni tal-Grammy Awards, serqet ix-xena l-kantanta country-pop Taylor Swift li b'erba' unuri saret l-iżgħar artista li qatt rebħet Grammy Award fosthom għall-aħjar album tas-sena. Beyonce, saret l-iktar mara li rebħet awards f'serata waħda **** ħadet magħha sitt statwetti.
Sorpriża kien l-unur Record of the Year li mar għall-band Kings of Leon. Fis-serata spikkaw it-tribut li taw diversi kantanti lil Michael Jackson, li ngħata l-Lifetime Achievement Award li nġabar minn uliedu, filwaqt li Wyclef Jean ta tribut ukoll għall-pajjiż oriġini tiegħu Haiti. Green Day rebħu l-Grammy Award għall-aħjar Rock Album filwaqt li Zac Brown rebħu dak għal Best New Artist.
122010171456swiftx-inset-community.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Bono joħroġ mill-isptar


25 ta' Mejju, 2010 19:51 CET Il-frontman tal-grupp U2, Bono ħareġ mill-isptar ta' Munich fil-Ġermanja hekk kif fl-aħħar jiem kellu jagħmel intervent kirurgiku wara li weġġa' daru serjament. Iżda minkejja l-fatt li kollox mar sew fl-intervent u li hu qed jirkupra sew, il-band Irlandiża ta' fama internazzjonali kellha tipposponi parti mit-tour dinji tagħha, fl-Amerika ta' Fuq.
Il-grupp U2 se jitlef il-festival magħruf ta' Glastonbury fl-Ingilterra, li jsir kull sena u li għalih jattendu għexieren ta' żgħażagħ minn madwar id-dinja kollha fosthom anke minn Malta.

2552010195110bono.jpg


 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Brad Pitt jieħu lil Jolie fl-istess restaurant li kien ħa lil Aniston 8 snin ilu


22 ta' Ġunju, 2011 19:51 CET Min jgħid li Brad Pitt huwa l-aktar raġel sexy f'wiċċ id-dinja, l-aktar romantiku, l-aktar umli fost l-atturi, iżda li l-oriġinalita' tiegħu fejn tidħol romantiċita', hija kemm xejn fjakka qatt ma kienet instemgħat qabel.

Bħalilssa gżiritna qed tospita lil dan l-attur, flimkien mas-sieħba tiegħu Angelina Jolie, u erħilha għall-medja internazzjonali tispekula u xxammem wara kull pass ta' dawn it-tnejn. U hekk hu, ikla bejn dawn it-tnejn sabet ruħha fuq il-faċċati ta' quddiem tal-magazine ta' dawn l-aġenziji. Minkejja l-ikla romantika bejn dawn it-tnejn, madanakollu, ir-ristorant partikolari li għazel Pitt seraq ix-xena.

Dan hekk kif dan ir-ristorant ra xena simili kważi 8 snin ilu, propju fl-2003 waqt li Brad Pitt kien f'Malta għal ġbid tal-blockbuster 'Troy'.

Madanakollu, dakinhar kien mal-eks mara tiegħu, l-attriċi Jennifer Aniston, magħrufa b'mod partikori għal karattru ta' Rachel Green fis-sitcom friends.

Biex tgħaxxaq kollox minbarra li għażel l-istess ristorant, f'sensiela ta' ritratti jidher li saħansitra, b'fortuna jew sfortuna għalih, il-mejda li għazel insertatlu fl-istess post u ordnaw menu abbażi ta' fenek, ħut u laħam, simili ta' dak ta' 8 snin ilu.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Raoul Bova f'Malta


14 t' April, 2012 19:48 CET L-attur famuż Taljan Raoul Bova jinsab Malta sabiex jinħadmu xeni mit-tieni serje ta' "Come un Delfino", serje li tintwera fuq l-istazzjon Taljan Canale 5 tal-Mediaset. L-attur Raoul Bova li qed jieħu sehem u jidderieġi wkoll il-film, mistenni li jdum Malta madwar sitt ġimgħat. Għalih u għall-kumpanija tiegħu, din ma kinitx l-ewwel darba li ġie Malta fuq xogħol, kif jidher mill-filmat mehmuż ma' dan l-artiklu.


Is-serje "Come un Delfino" hija serje popolari ferm mhux biss mat-Taljani iżda anke mal-Maltin. Il-filming tat-tieni sensiela mistenni jkun bbażat f'Ruma u f'Malta. Bħala parti mill-cast se jieħdu sehem wkoll l-atturi Taljani Ricky Memphis u Giulia Bevilacqua kif ukoll se jieħdu sehem atturi Maltin.


Dan is-sit ħa l-kummenti ta' Bova, kif jidhru f'dawn il-filmat. Iktar minn hekk, permezz ta' dan is-sit, Raoul Bova xtaq jirringrazzja lill-ammiraturi tiegħu f'pajjiżna. Huwa rringrazzja wkoll lill-Awtoritajiet Maltin talli għenu lil kumpanija tiegħu San Marco li qed tieħu ħsieb il-produzzjoni tas-serje, kif ukoll rringrazzja lil-Kunsill Malti għall-isport tal-ospitalita' li offrewlhom ġewwa il-Pixxina Nazzjonali f'Tal Qroqq.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Maradona bi problemi tat-taxxa

Ivan VASSALLO
14 ta' Mejju, 2012 17:50 CET Maradona l-ex-stilla tal-futbol Arġentin jerġa sib ruħu fil-problemi.


Din id-darba l-problemi m'għandhomx x'jaqsmu mal-vizzju tad-droga imma minħabba nuqqas ta' ħlas tat-taxxa. L-aġenzija tal-ġbir tat-taxxi qed titlob lill-ex-futboler tan-Napoli €40 miljun f'arretrati tat-taxxa. Għada għandhom jibdew l-proċeduri quddiem kummissjoni tat-taxxa, fejn Maradona ħa jipprova jiddefendi l-każ tiegħu.


Minn naħa tiegħu Maradona pprova jgħamel medjazzjoni mal-aġenzija tal-gvern Taljan imma offra biss €3.5 miljun li kien meqjus ftit wisq għal dak li kellu jagħti, u milli jidher din id-darba l-id t'Alla diffiċilment ħa ssalvaħ.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Cheryl Crowe tbati minn tumur f'moħħha 7 ta' Ġunju, 2012 08:41 CET Il-kantanta ta' 50 sena Cheryl Crowe stqarret waqt intervista li tbati minn tumur f'moħħha. Jidher imma li dan it-tumur mhux malinn u li wara ftit terapija mistenni li tfieq minn dan it-tumur. Skont l-istess Crowe, hi indunat li kellha dan it-tumur **** bdiet tinnota nuqqas ta' memorja u kienet għamlet MRI scan fejn nstab li kellha dan it-tumur.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Il-Karozza ta' Hollande taqbeż il-limitu ta' veloċita'


7 ta' Ġunju, 2012 19:05 CET Il-karozza presidenzjali ta' Francois Hollande, inqabdet taqbeż il-limitu tal-veloċita' fit-triq bejn Pariġi u Ranville fin-Normandija. il-karozza kellha veloċita' ta' 140km fis-siegħa **** l-limitu kien ta' 70km fis-siegħa u lanqas kien waqaf biex iħallas it-taxxa biex ikun jista' juża triq prinċipali.


Hollande kien fi triqtu lejn iċ-ċelebrazzjonijiet tal-iżbark tal-alleati fid-D-Day.


Imma Hollande kien segwit minn grupp ta' gurnalisti ta' stazzjon Franċiż. Kalkoli dwar il-pieni tal-kontravenzjonijiet tal-president jammontaw għal kważi 4000 Ewro, sospensjoni tal-liċenzja għal tlett snin, tnaqqis ta' sit punti mil-liċenzja u l-konfiska tal-vettura li minnhom Hollande ma bata xejn.

Il-ġurnalisti franċiżi ikkonkludew li l-president li sejjaħ lilu nnifsu "normali" ma kienx daqshekk normali daqs il-bqija taċ-ċittadini.
155201210501Francois-Hollande-800.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Mitt Romney fl-Olimpijadi


17 ta' Ġunju, 2012 12:06 CET Il-kampanja elettorali għall-presidenza tal-Istati Uniti ħadet ukoll xejra Olimpika.

Id-debba tal-familja Romney ta' razza Oldeburg u li għandha 15-il sena, rnexxiela tikkwalifika fil-kampjonat Amerikan biex tkun tista' tipparteċipa fl-Olimpijadi.

Ma naqsux ukoll kummenti ironiċi fuq d-deheb u l-familja Romney imma li hu żgur hu li issa l-kampanja elettorali Amerikana se ssib ruħha f'Londra.

Mitt-Romney-lores.png
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Paul McCartney jagħlaq 70 sena

Ivan VASSALLO
19 ta' Ġunju, 2012 10:21 CET Sir Paul McCartney illum għalaq 70 sena. Ex-membru tal-grupp minn Liverpool, the Beatles, McCartney hu magħruf flimkien ma John Lennon bħala l-kompożitur ewlieni ta' dan il-grupp. Wara t-tmiem tal-esperjenza tiegħu mal-Beatles holoq band oħra, Wings imma imbgħad kompla bħala solist.
Għalkemm kienet inbniet leġġenda madwaru li seta' kien miet f'inċident tat-traffiku fl-1966 u li kollox kien nżamm mistur, Paul McCartney jidher mimli bl-għomor u sa jkompli bil-kunċerti tiegħu madwar id-dinja. Filfatt kien staqrr li "Jekk jgħoġobni, għala għandi nirtira?"
135200824619Paul%20McCartney.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jintemm iż-żwieġ bejn Johnny Depp u Vanessa Paradis

Ivan VASSALLO
20 ta' Ġunju, 2012 18:13 CET Ġiet ikkonfermata s-separazzjoni bejn Johnny Depp u l-attriċi franċiża Vanessa Paradis.
Din l-aħbar li ġiet ippublikata minn E!Entertainment, għall-ewwel kienet miċħuda f'Jannar li għadda imma illum din saret uffiċjali u ġġib fi tmiemha relazzjoni ta' 14-il sena.
562008105945depp.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
IR-RENJU UNIT
Robbie Williams missier


19 ta' Settembru, 2012 19:49 CET Il-kantant Ingliż Robbie Williams sar missier għall-ewwel darba bit-twelid ta' tifla.


Il-kantant, li għandu 38 sena, qal li bintu, li ngħatat l-isem ta' Theodora Rose, twieldet nhar it-Tlieta f'Londra u tiżen 3.28 kilogramma.


F'Marzu, Williams kien ħabbar li hu u martu, Ayda Field, kienu qed jistennew l-ewwel tarbija. Williams kien iżżewweġ lill-attriċi fir-residenza tiegħu fl-Istati Uniti fl-2010.


Williams kellu karriera ta' suċċess bħala kantant solist wara li fl-1995 telaq il-band Take That u fl-2002 kien iffirma wieħed mill-akbar kuntratti tal-mużika mal-EMI.


Hu biegħ aktar minn 60 miljun album bħala kantant solist u fl-2010 ingħaqad lura mal-grupp Take That.

2362008155723robbie%20williams.jpg
 
Top