ahbarijiet dwar muzika min ahbarijiet.com

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Bjork tikkanċella sensiela ta kunċerti


12 ta' Lulju, 2008 12:50 CET Il-kantanta Bjork għadha kif ikkanċellat numru ta' kunċerti minn tur dinju li suppost qegħda fuqu bħalissa. Mid-dehra skond stqarrijiet kontinwi li qed jiġu ppubblikati fuq is-sit uffiċjali tagħha, il-kantant agħandha xi problemi tas-saħħa u b'hekk ma tistax tkanta.
Fost il-kunċerti li ġew ikkanċellati m'ilux hemm tnejn fl-Ingilterra u kif ukoll wieħed fil-Finlandja. L-istess stqarrijiet qed jitolbu lil dawk kollu li xtraw l-biljetti sabiex jieħdu l-biljett minn fejn xtrawh sabiex jieħdu l-flus lura.
Jekk is-saħħa tal-kantanta terġa' tmur għall-aħjar, suppost il-kunċert għandu jerġa' jibda fit-13 ta' dan ix-xahar b'kunċert fil-Litwanja.


1272008125013byork.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Il-kantanta Jessica Simpson taqleb għall-istil country

aħbarijietdotcom
13 ta' Lulju, 2008 11:40 CET Il-kantanta Jessica Simpson ħa taqleb l-istil tagħha kompletament, hekk kif fl-aħħar tas-sajf ħa tniehdi album ġdid fuq stil country.
Waqt intervista li missierha ta lil rivista Amerikana, huwa qal li suppost dan għandu jiġi mhiedi f'Settembru li ġej. Minkejja din l-informazzjoni, huwa ma żvelax ser ikun l-isem ta' dan l-album.
L-aħħar diska li ħarġet Jessica, bl-isem ta' ‘Come On Over', li kienet fuq dan l-istil intlaqgħet ferm tajjeb mill-ammiraturi tagħha. Tant hu hekk li daħlqet fiċ-charts tat-Top 30 tal-mużika country fl-Amerka.
1372008114016Jessica_simpson.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Vidjo oriġinali mill-grupp Radiohead

aħbarijietdotcom
14 ta' Lulju, 2008 16:32 CET Il-grupp mużikali Radiohead għadhom kif ħadmu vidjo mużikali li żgur ħa jkun ħafna minn jitkellem fuqu. Filfatt dan il-vidjo l-ġdid tad-diska ‘House of Cards' ġie maħdum mingħajr l-użu ta' kamera waħda u l-unika affarijiet li ġew intużati kienu t-teknoloġija 3D u lasers.
Wara li dawn iż-żewġ teknoloġiji ġew intużati, bl-użu ta' programm speċjali u kompjuter, il-band irnexxiela toħloq vidjo b'diżinn u tema oriġinali.
Il-kantant u membru tal-grupp Thom Yorke stqar li huma bħala grupp minn dejjem kienu interessati fl-użu ta' teknoloġiji ġodda. Huwa kompla jgħid li minkejja l-fatt li wieħed ma jistax jara bniedem wieħed fil-vidjo l-ġdid tagħhom, wieħed xorta jsita' jara element emozzjonali.
Il-vidjo tad-diska ‘House of Cards' ħa jiġi mniehdi l-ġimgħa ddieħla fuq is-sit Google.
147200816324radiohead2.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
‘Bohemian Rhapsody' ivvutata bħala l-isbaħ diska pop

aħbarijietdotcom
15 ta' Lulju, 2008 15:38 CET Il-kanzunetta famuża ‘Bohemian Rhapsody' tal-grupp leġġendarju Queen ġiet ivvutata bħala l-aħjar diska pop ta' dawn l-aħħar żminijiet. Dan l-istħarriġ sar mis-sit onepoll.com u 10,000 persuna ħadet sehem fih.
John Sewell, li kien l-organizzatur ta' din ir-riċerka, qal li r-riżultat żgur huwa wieħed li ħa jintgħoġob minn ħafna. ‘Bohemian Rhapsody' kienet kisbet suċċess fenomenali malli kien ġiet imnehdija. Filfaat kien laħqet il-quċċata taċ-charts mużikali fl-1975 u kienet reġgħet laħqet l-istess post mal-**** tal-kantant Freddie Mercury fl-1991.
Fil-postijiet ta' wara kien hemm dawn il-kanzunetti:
1. 'Bohemian Rhapsody' - Queen
2. 'Y.M.C.A.' - Village People
3. '(Everything I Do) I Do It for You' - Bryan Adams
4. 'Angels' - Robbie Williams
5. 'Red, Red Wine' - UB40
6. 'Imagine' - John Lennon
7. 'Sweet Child O' Mine' - Guns N' Roses
8. 'Billie Jean' - Michael Jackson
9. 'Dancing Queen' - Abba
10. 'Can't Get You out of My Head' - Kylie Minogue

1572008153652Bohemian_Rhapsody.png
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Britney Spears taħdem fuq il-karriera tagħha

aħbarijietdotcom
16 ta' Lulju, 2008 09:02 CET Hekk ftit tal-ġimgħat ilu konna rrapurtajna li l-kantanta Britney Spears u Madonna qegħdin jaħdmu fuq vidjo ma' xulxin, propju ilbieraħ bdew joħorġu r-ritratt ta' Spears taħdem fuq il-filming tiegħu.
Mill-ewwel ritratti li ħarġu fuq il-midja internazzjonali, jidher biċ-ċar li l-kantanta qed tieħu l-karriera tagħha bis-serjeta u li reġgħet għal dik li kienet. Dan il-vidjo ħa jkun parti mit-tur ondjali tal-kantanta Madonna ‘Sticky and Sweet' li ħa jibda lejn l-aħħar ta' din is-sena.
Spears ma tantx kellha sena sabiħa hekk kif kellha numru ta' problemi kemm fil-ħajja personali tagħha u kemm fil-karriera tagħha.

3112008145928britneyspears_1.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Metallica b'mod oriġinali ta' kif ħa jniehdu l-album il-ġdid tagħhom
ahbarijietdotcom
18 ta' Lulju, 2008 11:31 CET

Il-grupp leġġendarju Metallica għadu kif ħareħ l-aħbar illi l-album il-ġdid tagħhom, li ħa jkollu li l-isem ta' ‘Death Magnetic', ħa jiġi mniehdi kemm fuq album u kif ukoll fuq il-logħba ‘Guitar Hero'.

Din ħa tkun l-ewwel darba fejn artista jew grupp iddeċiedew li jniehdu materjal ġdid minn tagħhom kemm f'metodu tradizzjonali u kif ukoll f'oħrajn iktar moderni u teknoloġiċi.

Metallica komplew billi qalu li minkejja l-fatt li għadhom ma jafux **** ħa toħroġ uffiċjalment din il-ogħba, huma jinsbau verament ferħanin li ħa jkunu minn ta'l-ewwel illi ħa jagħmlu xi ħaġa simili.



Metallica b'mod oriġinali ta' kif ħa jniehdu l-album il-ġdid tagħhom
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Guns N' Roses b'ritorn wara 13-il sena

aħbarijietdotcom
19 ta' Lulju, 2008 08:28 CET Wara 13-il sena ta' stennija, il-grupp Guns' N Roses ħa jerġgħu jirritornaw fix-xena muzikali b'materjal ġdid. Filfatt il-grupp ħa jniehdu album ġdid bl-isem ta' ‘Chinese Democracy' li ħa jinstema' għall-ewwel darba waqt il-video game ‘Rock Band 2'.
Filfatt skond artiklu li deher fuq gazzetta internazzjonali, il-kanzunetta ‘Shackler's Revenge' ħa tintuża waqt din il-logħba, li tiġi imnehdija uffiċjalment f'Settembru li ġej.
Dan il-metodu mid-dehra ħa jsir wieħed popolari hekk kif irrapurtajna lbieraħ, l-grupp Metallica ħa jniehdi wkoll l-album li jmiss tagħhom bl-istess mod.
19720088285guns_n_roses.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Britney Spears u Justin Timberlake jaħdmu flimkien

aħbarijietdotcom
23 ta' Lulju, 2008 13:12 CET Rapporti fuq il-midja internazzjonali qed jgħidu li l-kantanti Britney Spears u Justin Timberlake qed jippreparaw sabiex jagħmlu xi kanzunetti ma' xulxin.
Filfatt f'artiklu partikolari li deher fuq ir-rivista Amerikana OK! Qed jingħad li l-idea ġiet lil kantanta Madonna li f'dawn l-aħħar snin ħadmet maż-żewġ kantanti. Filfatt hi esprimiet x-xewqa tagħha li Spears u Timberlake jaħdmu flimkien waqt il-kunċert tagħha li jmiss.
Sorsi mill-kumpanija tal-mużika li taħdem magħhom Britney ikkonfermaw illi l-kantanta bħalissa qed taħdem fuq l-album il-ġdid tagħha u fih ħa taħdem ma' numru ta' artisti ta' fama internazzjonali.
3112008145928britneyspears_1.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Avril Lavigne taqla' £1 miljun permezz ta' YouTube

aħbarijietdotcom
24 ta' Lulju, 2008 11:32 CET In-nies li jieħdu ħsieb il-karriera ta' Avril Lavigne żgur illi fehmu l-potenzjal li l-internet għandu llum il-ġurnata. Dan minħabba l-fatt li wara li kienu tefgħu l-vidjo uffiċjali tad-diska ‘Girlfriend' fuq is-sit YouTube, s'issa rawh kważi 100 miljun persuna minn madwar id-dinja kollha.
B'riżultat ta' dan waqt li n-nies kienu qed jaraw il-vidjo, huma daħlu fuq siti li kienu qed jirriklamaw fuq l-istess paġna. Minħabba dan il-fatt, Lavigne qalgħet madwar £1 miljun fi ħlas talli n-nies kienu qed jidħlu fuq dawn ir-riklami minn fuq il-paġna tagħha.
Terry McBride, li huwa CEO tal-kumpanija tal-mużika li tieħu ħsieb lil Avril Nettwerk Management, qal li llum il-ġurnata l-industrija tal-mużika trid tbiddel il-mod ta' kif taħdem u trid taġġorna ruħha għat-teknoloġiji li qed jiżviluppaw.
Huwa kompla jgħid li llum il-ġurnata l-industrija ma tistax tippretendi li n-nies iħallsu ħafna flus biex jixtru l-mużika, u li l-unika soluzzjoni sabiex tegħleb il-ġlieda kontra l-piraterija huwa li toffri l-mużika bi prezz irħis ħafna minn fuq l-internet.
2472008113233avril%20lavigne.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Damon Albarn jaħdem fuq materjal ġdid

aħbarijietdotcom
25 ta' Lulju, 2008 10:45 CET Il-kantant tal-grupp Blur Damon Albarn għadu kif ikkonferma li qed jaħdem fuq album ġdid flimkien ma' Jamie Hewlett.
Albarn u Hewlett mhux l-ewwel darba li ħadmu flimkien . Filfatt huma diġa kienu ħadmu fuq il-proġett Gorillaz li kien ġabilhom suċċess enormi b'diski bħal ‘Clint Eastwood' u ‘Feel Good Inc.'
Albarn qal li l-album il-ġdid ħa jkun jismu ‘Journey to the West u li ħa jkun imniehdi taħt lisem tla-grupp Monkey.



2572008104449Damon_Albarn.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tarbija oħra għal Nicole Richie?

aħbarijietdotcom
25 ta' Lulju, 2008 09:59 CET Għajdut qed jgħidu li l-personalita' Nicole Richie, it-tifla tal-kantant famuż Lionel Richie, qed tistenna t-tieni tarbija tagħħha mill-għarus Joel Madden, il-kantant tal-grupp Good Charlotte.

Dan wara li fl-aħħar jiem fejn Richie kienet qed toħroġ bi ħwejjeġ li ma kienux issikkati magħha. Jekk dan hu minnu, dan ikun it-tieni wild tal-koppja hekk kif ħames xhur ilu kellhom l-ewwel tifla tagħhom, Harlow.

Nicole u Joel huma mistennija li jiżżewġu iktar tard matul is-sajf.



257200895927nicole%20richie.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Il-grupp Rolling Stones jitilqu l-kumpanija tal-mużika EMI

aħbarijietdotcom
26 ta' Lulju, 2008 15:10 CET Il-grupp leġġendarju tal-mużika rock Rolling Stones għadu kif sostna li ħa jħalli l-kumpanija tla-mużika EMI wara 31 sena sabiex jingħaqdu mal-Universal.
Permezz ta' dan il-kuntratt il-ġdid, Rolling Stones ifirmaw kuntratt esklusiv għal ħidma bejniethom, fejn l-ammont taż-żmien m'huwiex stipulat. Minkejja l-fatt li l-kuntratt ġie ffinalizzat issa, f'Marzu li għadda, il-grupp diġa kien ħareġ album taħt id-ditta Universal, li kien ilu lest mill-2006.
F'daw l-aħħar snin ħafna kienu dawk l-artisti li qed iħalludin il-kumpanija għal ħafna oħrajn, ir-raġuni prinċipali tkun li l-mod ta' kif qed jippromwovu l-mużika hija waħda antika. Fost l-artisti li ħallu l-kumpanija wieħed jista' isib Sir Paul Mccartney u Radiohead.

2672008151038rolling%20stones.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kanzunetta minn Ludacris tattakka lil politikanti Amerikani

aħbarijietdotom
31 ta' Lulju, 2008 15:43 CET Il-kantant tal-mużika rap Ludacris qiegħed fil-mira tal-kritika ta’ bosta nies, hekk kif ikkritika b’mod offensiv lil kandidat Amerikan John McCain u lil eks-kandidata Hillary Clinton.

Qalb din il-kritika kollha, l-ikbar kritika ġejja minn naħa tal-kandidat Barrack Obama, li ironikament kien l-unika kandidat li ġie msemmi b’mod pożittiv minn Ludacris. Kelliem għal Obama, Bill Burton, qal li minkejja l-fatt li fil-passat il-kandidat għal Presidenza Amerikana ammetta fil-pubbliku l-ammirazzjoni li għandu għal dan l-artist, huwa bħala bniedem qatt mhu ħa jaċċetta l-lingwaġġ użat.

S’issa la l-kelliem ta’ Ludacris u lanqas l-artist inniffsu ma tkellmu fuq din id-diska.
3172008154222ludacris.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
BRAZIL
Minn Ministru għal mużiċista

aħbarijietdotom
1 t' Awwissu, 2008 11:06 CET Il-Ministru għall-Kultura Brażiljan Gilberto Gil għadu kif stqar illi ħa jirriżenja mill-kariga li jokkupa sabiex jerġa’ jiffoka ħajtu fuq il-professjoni li kellu qabel – dik ta’ mużiċista.

Gil ammetta li minn mindu tela’ fil-gvern huwa ma setgħax ilaħħaq maż-żewġ karrieri li kellu, u spiċċa ta’ detriment għall-mużika tiegħu. Fl-istess stqarrija Gil qal li kienu ilu jsaqsi sabiex jirriżenja mill-2007, iżda l-President Luiz Inacio Lula da Silba qatt ma kien aċċetta r-riżenja tiegħu qabel llum.

Gilberto Gil minn dejjem kellu influewenza qawwija kemm fil-mużika u kif fil-politika, hekk kif fil-bidu tal-karriera mużikali tiegħu beda juża l-mużika sabiex iqajjem kuxjenza soċjali fuq ċertu kwistjonijiet fil-Brazil.
18200811611gilberto_gil.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Il-mużika terapija għal Jessica Simpson

aħbarijiiedtcom
2 t' Awwissu, 2008 10:57 CET F'intervista xokkanti li l-kantanta Jessica Simpson għamlet ma' ġurnalista tar-rivista Elle, hija stqarret li l-kliem ta' diska ġdida li ħa tniehdi dalwaqt tiddeskrivi esperjenza ta' abbuż li hija għaddiet minnha.
Waqt din l-intervista l-ġurnalista saqsiet bl-iktar mod dirett lil Simpson jekk hija qatt kinietx ġiet abbużata, b'riferenza għal kliem tad-diska l-ġdida tagħha ‘Remember That'. Kien hawnhekk li l-kantanta wara ftit tas-sekonda żvelat illi kellha esperjenza simili iżda li ma xtaqietx titkellem fuqha.
Jessia Simpson kompliet tgħid illi l-album il-ġdid tagħha huwa kollu bbażat fuq esperjenzi li hi għaddiet minnhom, u li **** ħdmet fuqu kien kważi terapjia għaliha.
1372008114016Jessica_simpson.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kollaborazzjoni bejn Akon u Michael Jackson

aħbarijietdotom
4 t' Awwissu, 2008 09:45 CET Il-kantant Senegaliż Akon għadu kif żvela li fl-album il-ġdid tiegħu, li ħa jkollu l-isem ta’ ‘Acquitted’, ħa jkun hemm kollaborazzjoni bejnu u bejn ir-re’ tal-mużika pop Michael Jackson.
Akon, li s-sena l-oħra kien qiegħed Malta sabiex jieħu sehem fl-Isle of MTV, stqar li għalih kien unur qawwi li jaħdem ma’ artist ta’ kalibru daqshekk għoli. Huwa sostna wkoll li minn dejjem kellu x-xewqa li jaħdem ma’ Michael Jackson, iżda ma ħasibx li ħa jirnexxielu daqshekk malajr fil-karriera tiegħu.
S’issa għadu mhuwiex magħruf **** ħa jkun imniehdi dan l-album, fejn fih ħa jkun hemm din id-diska li ħa jkollha l-isem ta’ ‘Hold My Hand’.
48200894529akon.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Misruqa numru ta’ kitarri ta’ Iggy Pop u The Stooges
aħbarijietdotom
5 t' Awwissu, 2008 13:10 CET

Numru ta’ kitarri ġew misruqa mingħand Iggy Pop u l-grupp The Stooges, hek kif il-van li kien qed iġorrhom ġie misruq quddiem il-lukanda fejn kienu qed joqogħdu l-artisti.

Il-grupp kien qiegħed f’Montreal għal kunċert u kien sejjer lura l-Ingilterra għal numru ta’ kunċerti.

Fost il-gitarri misruqa hamm dik ta’ Mike Watt’s, li hija l-istes waħda li kien juża fiż-żmien 80.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Materjal ġdid mingħand il-grupp The Killers

aħbarijietdotcom
7 t' Awwissu, 2008 10:19 CET Il-grupp Amerikan The Killers qed jaħdmu sabiex aktar tard matul din is-sena joħorġu it-tielet album tagħhom, li ħa jkollu l-isem ta’ ‘Day and Age’.
Dan il-materjal huwa kemmxejn mistenni mid-dinja mużikali, hekk kif l-aħħar album kien ħareġ sentejn ilu, propju fl-2006. S’issa diġa ħarġu żewġ diski minn tagħhom fuq l-internet li għandhom l-ismijiet ta’ ‘Neon Tiger’ u ‘Spaceman’.
Ftit tal-ġranet oħra The Killers huma wkoll mistennija jieħdu sehem waqt festivals li ħa jiġu organizzati f’Reading u Leeds fl-Ingilterra.
782008101736The_Killers.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jiġi fi tmiemu t-tur mużikali ta’ The Police

aħbarijietdotcom
9 t' Awwissu, 2008 13:28 CET Għadu kif wasal fi tmiemu t-tur mużikali tla-grupp leġġendarju The Police, hekk kif l-aħħar wieħed kien organizzat f’Madison Square Garden, l-Amerka.
Fost id-diski li kantaw kien hemm ‘Sunshine of Your Love’, ‘Roxanne’ u saħansitra cover version tad-diska ta’ Jimi Hendrix ‘Purple Haze’. Mument kommoventi kien **** t-tfal ta’ Sting stess telaw fuq il-palk sabiex ikantaw diska mal-grupp.
B’kollox The Police kelhom 150 kunċert waqt dan it-tur u b’kollox qalgħu il-fuq minn $358 miljun.
76200895541The%20Police.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Skandlu wara 30 sena għal grupp Boney M

aħbarijietdotcom
12 t' Awwissu, 2008 09:23 CET Dokumentarju li xxandar fuq stazzjon tar-radju tal-BBC żvela kif 30 sena l-grupp Boney M daħak bl-ammiraturi tagħhom hekk kif irrilaxxaw l-istess diska darbtejn fl-istess sena.
Filfatt fl-1978 il-grupp Boney M kienu ħarġu d-diska ‘Rivers of Babylon’ fuq record. Minn naħa l-oħra, il-maġġoranza li xtraw dan ir-record ma indunawx li kieku dawruh u daqqewh bil-kontra kien hemm id-diska ‘Brown Girl in the Ring’ fuqu wkoll.
Li ġara kien li fl-istess sena l-grupp reġa’ ħareġ record ieħor bid-diska ‘Brown Girl in the Ring’ biss. B’hekk peress li ħafna nies ma kienux jafu li diġa kellhom id-diska, marru sabiex jerġgħu jixtruha.
Sal-lum il-ġurnata din kontroversja ma tantx ingħatat importanza. Tant hu hekk li l-unika postijiet fejn s’issa kienet mitkellma kien f’xi forum online.
128200892138boney_m.jpg
 
Top