ahbarijiet dwar muzika min ahbarijiet.com

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Amy Winehouse kontra d-diretturi ta’ James Bond

aħbarijietdotcom
13 t' Awwissu, 2008 12:08 CET Mid-dehra l-kantanta problematika Amy Winehouse ma tantx kienet ferħana li ma ġietx magħżula biex tkanta id-diska uffiċjali tal-film li jmiss mis-sensiela ta’ James Bond.
Waqt intervista li għamlet mar-rivista New, il-kantanta b’kważi mod arroganti qalet li d-diretturi tal-film x’aktarx riedu verżjoni tad-diska aktar nadifa u kważi iktar tad-dwejjaq. Hija kompliet tgħid li kieku riedu talent ta’ veru kienu jkompli jaħdmu magħha.
Winehouse ammettiet ukoll li qed taħsibha jekk tispiċċax il-kanzunetta li kienet bdiet għall-film. Fl-istess intervista, Winehouse qalet li d-diretturi tal-film għandhom joqogħdu attenti għax jekk tispiċċa d-diska hi ħa tnehdija dik in-nhar li toħroġ l-istess diska ta’ Alicia Keys u Jack White.
225200810918Amy_Winehouse3.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tmut il-kantanta Christie Allen

aħbarijietdotcom
14 t' Awwissu, 2008 10:12 CET Il-kantanta Awstraljana Christie Allen mietet kmieni t-Tlieta filgħodu. Dan wara li tilfet il-ġlieda li kellha mal-kanċer tal-pankrea.
Christie kienet ġiet iddijanjostikata b’din il-marda minn Marzu ta’ din is-sena u matul dawn l-aħħar xhur hija kienet baqgħet id-dar sabiex toqgħod mal-familjari tagħha.
Il-karriera tagħha bdiet fis-snin 70 hekk kif kellha numru ta’ suċċessi bid-diski ‘Falling in Love’, ‘Goosebumps’ u ‘He’s My Number One’. Minn naħa l-oħra, matul is-snin 80 is-saħħa tagħha kienet diġa bdiet tmur lura.
Hija reġgħet kellha ftit tal-popolarita’ matul is-snin 90. Wara kunċert li kienet għamlet fl-1998, Christie kienet abbandunat għal kollox ix-xena mużikali.
148200810911record.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ipubblikat l-isem ta' l-album il-ġdid tal-U2

aħbarjietdotcom
16 t' Awwissu, 2008 09:44 CET ‘No Line On The Horizon' huwa allegatament l-isem ta' l-album il-ġdid li l-grupp U2 dalwaqt ġa jniedhu. Dan skond rapport li deher fuq gazzetta nternazzjali.
Skond l-istess rapport, il-kumpanija tad-diski li jaħdmu magħhom U2, Universal Music, allegatament diġa rriservaw sit fuq l-internet bl-istess isem għal l-album joħroġ fuq is-suq
Minkejja dawn ir-rapporti kollha, s'issa l-grupp għadu ma kkonfermax dawn l-għajdut. Apparti minn hekk għadu mhux magħruf eżatt **** ħa joħroġ l-album il-ġdid.
1622008164524U2%20-%20music.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kontroversja fuq kunċert ta’ Avril Lavigne fil-Malasja

aħbarijietdotcom
18 t' Awwissu, 2008 11:33 CET Il-kantanta Avril Lavigne qed issib xi problemi dwar kunċert li għandha tagħmel fil-Malasja, dan wara li partit fl-oppożizzjoni qed jgħid li l-kunċert għandu jiġi kkanċellat peress li huwa wisq ‘sexy’.

Skond kelliem ufiċċjali tal-partit, il-kunċert jista’ jmur kontra l-valuri taż-żgħażagħ tal-post u b’hekk il-kunċert għandu jiġi kkanċellat. Ta’ min jgħid li din mhux l-ewwel darba fejn artisti internazzjonali sabu xi problemi sabiex jagġmlu kunċerti f’dan il-pajjiż. Filfatt Gwen Stefani kellha tirrenġa l-ħwejjeġ sabiex tikkonforma, filwaqt li l-Pussycat Dolls kienu weħlu multa tal-ħwejjeġ provokattiv li kienu libsu.

Sadanittant għadu mhux magħruf jekk il-kunċert ta’ Avril Lavigne hux ser isir jew le. Kelliem għall-kumpanija li qed torganizza l-kunċert qal li s’issa huma rċevew rispons tajjeb u li m’hemmx raġunijiet għalfejn il-kunċert għandu jitħassar.
2472008113233avril%20lavigne.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Lily Allen tattakka l-kumpanija tal-mużika EMI

aħbarijietdotcom
19 t' Awwissu, 2008 13:05 CET Il-kantanta Lily Allen żgur illi ma ppruvatx taħbi l-frustrazzjoni li għandha fuq il-kumpanija tad-diski li taħdem magħhom EMI. Dan wara li fuq il-paġna tagħha ta’ MySpace qalet li ma tafx x’qed jiġri fil-kumpanija hekk kif minkejja l-fatt li l-album tagħha ilu lest, hi għadha ma tafx **** ħa jiġi mniehdi.
Fuq il-blog tagħha fuq MySpace l-kantanta sostniet li dan id-dewmin kollu ġie wara xi kambjamenti li kien fil-kumpanija – b’emfażi speċjali fuq il-bejgħ tagħha mill-kumpanija Terra Firma. Hija qalet li ħafna min-nies li ġew imkeċċija kienu qed jaħdmu magħha u b’hekk il-proġett waqa’ lura.
Minn naħa l-oħra kelliem għal EMI mill-ewwel ħareġ stqarrija fejn fiha qal li huma qegħdin jaħdmu bil-wisq biex l-album tagħha joħroġ kif kien ippjanat.
462008115930Lily%20Allen.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Pete Doherty imwaqqaf milli jdoqq f’kunċert

aħbarijietdotcom
20 t' Awwissu, 2008 10:29 CET Il-kantant Pete Doherty ġie mwaqqaf mill-Pulizija milli jdoqq waqt kunċert flimkien mal-grupp tiegħu Babyshambles minħabba li ssoltu waqt il-kunċerti tagħhom in-nies ikunu kemmxejn vjolenti.

Il-grupp kienu qed jippjanaw sabiex idoqqu waqt il-kunċert Moonfest Festival f’Wilbury l-Ingilterra. Minn naħa l-oħra, il-Pulizija tal-post iddeċiedew li ma jħalluhomx jieħdu sehem minħabba l-fatt li waqt il-kunċerti tagħhom dejjem jinqala’ xi saram.

Kelliem għall-Pulizija qal li huma raw kif normalment il-Babyshambles idoqqu mużika bilmod biex imbagħad iżiedu r-ritmu bilmod. Huma qalu li b’din il-prattika dawk in-nies li jkunu qed jattendu l-kunċert isiru iktar animati u malli jgħaddi iktar ħin ikun hemm iktar ċans għal vjolenza.

Minn naħa l-oħra, l-oganizzatur tal-kunċert John Green qal li l-forzi ta’ l-ordni qed jagħmlu hekk bi tpattija biex ma jħallux lil Doherty jieħu sehem.
3062008142811Pete_Doherty.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
ibda l-kunċert tant mistenni ta' Madonna

aħbarijietdotcom
24 t' Awwissu, 2008 11:47 CET
Wara li ċċelebrat għeluq sninha, il-kantanta Madonna bdiet uffiċjalment it-tur mużikali tagħha ‘Sticky and Sweet Tour' bl-ewwel wieħed imtella' l-Ingilterra.

B'kollox Madonna flimkien mal-grupp tagħha qattgħu iktar minn 650 siegħa jippruvaw il-kanzunetti għal dan il-kunċert, filwaqt li madwar 250 persuna ħa jkunu qegħdin jaħdmu mal-kantanta sabiex jgħinuha.

Il-kunċert ħa jkun maqsum f'erba' partijiet, fejn il-mużika, il-kanzunetti u saħansitra l-ħwejjeġ ħa jkunu kompletament differenti. L-erba' partijiet huma: Pimp, Old School, Gypsy u Rave.

Ta' min jgħid li għal dan il-kunċert Madonna talbet lil 36 diżinjatur differenti tal-ħwejjeġ sabiex jgħinuha fil-kostumi tagħha.







83200895941Madonna.jpg

A
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Sir Paul McCartney b’kunċert f’Tel Aviv
aħbarijietdotcom
25 t' Awwissu, 2008 10:47 CET

Il-kantant leġġendarju Sir Paul McCartney mid-dehra qed jaħsibha jekk jagħmilx kunċert f’Tel Aviv. Dan skond rapport li ħareġ mill-aġenzija ta’ l-aħbarijiet AP.

Mid-dehra skond rapporti li kienu qed jidhru fil-midja Iżraeljana, il-kantant qed jikkunsidra l-fatt li jtella’ il-kunċert matul ix-xahar ta’ Settembru. Dan wara li kunċert li kellu jagħmel iktar kmieni matul is-sena kellu jġi kkanċellat.

S’issa l’ha l-kelliem tal-kantant u lanqas uffiċjali mill-post ma kkonfermaw dan l-għajdut. Ta’ minn jgħid li kważi 40 sena il-grupp The Beatles kien ġie mwaqqaf milli jkanta f’Iżrael wara li uffiċjali tal-post qalu li l-mużika tagħhom tista’ tinfluwenza ħażin liż-żgħażagħ tal-post.


Sir Paul McCartney b’kunċert f’Tel Aviv
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
George Michael mhux lest biex jirtira

aħbarijietdotcom
26 t' Awwissu, 2008 10:27 CET Il-kantant George Michael stqar li għalissa għadu mhux lest biex jirtira mill-karrriera mużikali tiegħu. Dan minkejja l-fatt li bħalissa għaddej fuq l-aħħar kunċerti tiegħu.

Il-kantant qal li huwa ddeċieda biss biex mill-lum il-hemm jitlaq il-ħajja mgħaġġla tal-kunċerti minħabba l-fatt li jrid ħajjaaktar kwieta.

Minn naħa l-oħra, huwa diġa stqar li diġa qed jipprepara biex fiż-żmien tal-Milied iniehed diska addattata għal dan iż-żmien partikolari.



136200812181George%20Michael.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Michael Jackson għall-MTV Awards?

aħbarijietdotcom
28 t' Awwissu, 2008 15:17 CET Hekk kif matul dawn l-aħħar jiem kien hemm numru ta’ għajdut fuq il-preżenza ta’ Britney Spears waqt il-VMA Awards, mid-dehra issa l-istess għajdut qed jiġru fuq il-kantant Michael Jackson.
Filfatt numru ta’ rapporti fuq il-midja internazzjonali qed isostnu li qed hemm il-possibbilta’ li l-leġġenda tal-mużika pop jippreżenta premju flimkien ma’ oħtu, Janet Jackson. F’artiklu li deher fuq is-sit music-news.com qed jingħad li issa li Jackson qed jaħdem fuq album il-ġdid, id-diriġenti ta’ MTV jixtiequ li dan il-kantant jagħmel debut fis-serata tagħhom.
Apparentament bħalissa l-kantant jinsab Las Vegas jaħdem fuq materjal ġdid flimkien ma’ bosta artisti oħra, fosthom Akon u Will.i.am.
682008161742michael_jackson.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ammiratur tal-Guns N’ Roses jispiċċa l-ħabs

aħbarijietdotcom
29 t' Awwissu, 2008 10:35 CET Kevin Cogill ta’ 27 sena għadu kif ġie arrestat wara li kien qiegħed juża xi diski tal-Guns N’ Roses li għadhom irirdu joħorġu fl-album li jmiss tagħhom.
Skond stqarrija li Cogill għamel wara li ġie arrestat minn aġenti tal-FBI huwa qal li dan kollu kien vera, u li fuq is-sit personali tiegħu kien qed idoqq dawn id-diski l-ġodda.
‘Chinese Democracy’, lu huwa l-isem ta’ l-album il-ġdid li għandu joħroġ aktar tard matul din is-sena, huwa bil-wisq mistenni mill-ammiraturi kollha tal-Guns N’ Roses. Dan wara li ilhom iktar minn 10 snin jaħdmu fuqu.
19720088285guns_n_roses.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Neil Diamond jagħti l-flus lura ta’ kunċert wara li jkanta ħażin

aħbarijietdotcom
30 t' Awwissu, 2008 11:12 CET Il-kantant Neil Diamond qed joffri lil dawk kollha li marru jaraw il-kunċert tiegħu li sar f’Ohio biex jerġgħu jieħdu l-flus lura. Dan wara li ammetta li leħnu ma kienx tajjeb.
Fuq is-sit uffiċjali tiegħu Diamond qal li wara l-kunċert kellu jmur għand it-tabib li sab infezzjoni fi griżmejh. Kien għalhekk li skuża ruħu għal mod ta’ kif kanta.
Minħabba din l-infezzjoni Diamond kellu jikkanċella żewġ kunċerti oħra li kellu jagħmel matul din is-sena.
3082008111153Neil_Diamond.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Pete Doherty fi problemi biex jagħmel kunċert id-dar tiegħu stess

aħbarijietdotcom
1 ta' Settembru, 2008 08:54 CET Il-kantant Pete Doherty qed isib il-problemi sabiex jorganizza kunċert fid-dar tiegħu stess. Dan wara li s-sid id-dar tiegħu qed jopponi għal din l-idea.
L-Konti ta’ Cardigan, li huwa sid il-propjeta’ ta’ fejn joqgħod Doherty, sostna li huwa qatt mhu ħa jaqbel sabiex xi ħaġa bħal din tiġri fid-dar tiegħu. Filfatt sabiex ikun żgur illi dan ma jsirx, il-Konti bagħat email bid-dettalji kollha lil Pulizija.
Din mhux l-ewwel darba li Doherty sab xi problemi sabiex jorganizza jew sehem sehem f’xi kunċert. Filfatt ftit tal-ġimgħat ilu l-kantant flimkien mal-grupp tiegħu Babyshambles ma kienux tħallew jieħdu sehem fil-festival Moonfest wara li l-Pulizija tal-post ma ħallewhomx.
307200815231pete%20doherty.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Materjal ġdid mingħand il-grupp Coldplay
aħbarijietdotcom
2 ta' Settembru, 2008 10:19 CET

Il-grupp Coldplay għadu kif ħabbar kif għas-sena ddieħla qed jippjanaw sabiex joħorġu album ġdid.

Waqt intervista esklussiva li l-kantant tal-Coldplay Chris Martin għamel fuq BBC6music flimkien mal-kantant tal-R.E.M. Micheal Stipe huwa żvela l-pjanijiet li għandhom għal ħames album tagħhom.

Għal mistoqsija li Stipes għamel lil Martin, dan ta’ l-aħħar żvela li għal żmien il-Milied Coldplay ħa joħorġu diska ġdida bl-isem ta’ ‘Prospects March’ filwaqt li għas-sena ddieħla qed jippjanaw biex joħorġu album ġdid.



Materjal ġdid mingħand il-grupp Coldplay
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kantanti jagħtu d-demm
BARTOLO Daniela
11 ta' Settembru, 2008 09:18 CET

Il-kunċert Voices din is-sena se jirritorna bl-10 edizzjoni tiegħu. 240 kantant u mużiċist bħalissa jinsabu fl-aħħar stadju ta' preparamenti qabel il-kunċert li se jsir fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi. F'attivita' qabel sessjoni ta' provi uħud mill-kantanti taw id-demm biex jinkoraġġixxu aktar nies jagħmlu l-istess.

Minkejja s-sagrifiċċju li l-240 kantant u kantanta għamlu hekk kif il-preparamenti għall-kunċert Voices jinsabu fl-aqwa tagħhom, b'kollaborazzjoni mal-Blood Transfusion Unit, parteċipanti fil-kunċert VOICES iltaqgħu f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi sabiex jagħtu d-demm u jinkoraġixxu aktar nies jagħmlu l-istess. Wieħed mill-għanijiet wara din l-attivita kienet li tingħeleb l-isfida prinċipali biex titneħħa l-istigma li teżisti fost il-poplu li l-proċess li bih tagħti d-demm huwa wieħed ikraħ, perikoluż jew li jinvovli xi uġiegħ.

Il-kunċert Voices din is-sena se jirritorna bl-10 edizzjoni tiegħu. Il-kunċert se jsir fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi bejn l-1 u l-5 t'Ottubru u bejn id-9 u t-13 t'Ottubru. Kunċert li din is-sena jġib l-isem Tell Me Why. Fl-edizzjoni ta' din is-sena, nofs il-qliegħ sejjer biex il-Caritas jibni ċ-ċentru tat-tagħlim f'San Blas - in-nofs l-ieħor sejjer għall-kawżi oħra simili.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
James Morrison jammetti li jxebbħuh ma' Chris Martin tal-Coldplay


15 ta' Settembru, 2008 12:40 CET Il-kantant James Morrison ammetta mat-tabloid Ingliża The Sun li n-nies ta' spiss jitħawduh ma' Chris Martin tal-Coldplay. Morrison, li fl-2006 iddebutta bil-kanzunetta "You Give Me Something", qal li "n-nies jiġu fuqi u jaħsbu li għarfuni. Ħafna mid-drabi ma jaslux mill-ewwel u jien ngħidilhom li nixbah lil James Morrison ... u ma jargumentawx. Imbagħad insib ukoll min jistaqsini jekk inix Chris Martin". B'sarkażmu, James Morrison kompla li lill-persuni li jwaqqfuh jgħidilhom li "nħares 'il quddiem biex immur id-dar niltaqa' ma' Gwyneth Paltrow".

1592008124039James%20Morrison.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-Oasis lesti b'kanzunetti għall-film li jmiss ta' James Bond


18 ta' Settembru, 2008 11:12 CET L-awtur tal-kanzunetti tal-grupp mużikali Oasis, Noel Gallagher, qal li kiteb kanzunetti li potenzjalment jistgħu jintużaw għall-film li jmiss ta' James Bond. Gallagher esprima diżappunt għall-fatt li l-kanzunetti tal-film "Quantum of Solace" li ħareġ din is-sena tkantaw minn Jack White u Alicia Keys.

1922008132154oasis.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Amy Winehouse f'aktar inkwiet ... issa ma' stabbiliment tal-ħwejjeġ


29 ta' Settembru, 2008 14:16 CET Il-kantanta kontroversjali Amy Winehouse daħlet f'biċċa nkwiet ieħor wara li rritornat libsa, li kienet isselfet minn stabbiliment tal-ħwejjeġ, bi tbajja' ta' remettar fuqha. L-istabbiliment tal-ħwejjeġ Harvey Nichols sellef xi lbiesi lil Amy għall-Ġimgħa tal-Moda ta' Londra. Madankollu, hu rrappurtat li l-kantanta rritornat waħda minnhom bi tbajja' ta' remettar, allegatament wara xi lejla ta' xorb sfrenat.
Il-gazzetta Ingliża Daily Mirror irrappurtat li Amy kompliet tgħarraq is-sitwazzjoni **** qegħdet l-ilbiesi flimkien bl-ilbiesi l-oħra wkoll jittebbgħu wkoll. Kelliema għal Harvey Nicks kienu kwotati jgħidu li l-istabbiliment bagħat kont ta' Stg25,000 lil Amy biex tpatti għall-ħsarat fl-ilbiesi.
2642008132910amywinehouse.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Coldplay iċaqilqu d-dati ta' żewġ kunċerti fir-Renju Unit


2 t' Ottubru, 2008 12:44 CET Il-grupp mużikali Coldplay ħabbar li biddel id-dati taż-żewġ kunċerti li jmissu jagħmel fir-Renju Unit. Il-grupp mużikali qal li l-kunċert ippjanat fix-Sheffield Arena fis-7 ta' Diċembru tmexxa 'l quddiem għad-29 ta' Novembru, filwaqt li dak fil-Liverpool Echo Arena għas-7 ta' Diċembru minflok fl-10 ta' Diċembru. Filwaqt li kkonferma li l-biljetti bid-dati oriġinali se jibqgħu validi, l-grupp spjega li min jixtieq refund għandu l-possibilta' li jagħmel dan.
Sadanittant, Coldplay ikkonferma li fl-10 ta' Novembru l-grupp se jniedi erba' EPs relatati mas-single li se jniedu fil-futur qrib "Lost".
1357445.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Mark Ronson u Amy Winehouse se jerġgħu jaħdmu flimkien


6 t' Ottubru, 2008 16:34 CET Il-kantanti Mark Ronson u Amy Winehouse għaqdu mill-ġdid ir-relazzjoni mużikali tagħhom, hekk kif qed jikkontribwixxu flimkien għal album mużikali dedikat lil Quincy Jones. Id-duo waqqfu r-relazzjoni mużikali bejniethom wara problemi li nqala' bejniethom waqt recording ta' kanzunetta abbinata ma' film ta' James Bond.

6102008163417Mark%20Ronson%20u%20Amy%20Winehouse.jpg
 
Top