ahbarijiet dwar muzika min ahbarijiet.com

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
The Beatles se jerġgħu lura ...

Simon CASSAR
18 ta' Novembru, 2008 09:11 CET Sir PaulCartney ħabbar li jrid jirregala lid-dinja suċċess ieħor tal-grupp The Beatles. McCartney esprima x-xewqa tiegħu li tixxandar l-edizzjoni sħiħa tal-kanzunetta "Carnival of Light" li hi twila 14-il minuta u li l-erba ' Beatles kienu rrekordjaw fl-1967.
Dakinhar, George Harrison kien qal li din il-kanzunetta hi "qawwija wisq għall-pubbliku". Iżda skont McCartney, "Carnival of Light", li indaqqet biss darba waħda f'festival mużikali li kien sar f'Londra", issa hu ż-żmien li din il-kanzunetta tinftiehem mis-semmiegħa.
Mingħajr ma ta aktar x'jifhem, f'intervista mal-istazzjon Ingliż BBC, Sir Paul McCartney qal li "f'din il-kanzunetta, tinħass il-liberta' kreattiva kollha ta' The Beatles".

135200824619Paul%20McCartney.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
La Toya Jacskon issostni li konfoffa ta' nies huma responsabbli mill-mewt ta' Michael Jacskon

maltarigthnow.com
12 ta' Lulju, 2009 16:23 CET La Toya Jackson, oħt il-kantant ċelebri Michael Jackson qalet li temmen li konfofa ta’ nies huma responsabbli għal mewt ta’ ħuha. Jackson sostniet li dawn l-istess nies kienu qed jieħdu vantaġġ mill-karattru kwiet ta’ Michael Jackson filwaqt li kienu qegħdin ibegħduh mill-familja u mill-ħbieb.

Dan kollu wara li l-pulizija ta’ Los Angeles ikkonfermat li s’issa għadha ma eskluditx il-possibilta’ ta’ omiċidju fil-każ tar-Re tal-Pop.

F’intervisti fuq numru ta’ ġurnali Ingliżi La Toya Jackson sostniet wkoll li dak in-nhar tal-mewt ta’ ħuha kien hemm flus u deheb neqsin min daru, flus li Jackson issostni jammontaw għal madwar $2 miljun.


266200915922michaeljackson_01.jpg
 
Top