Wikipedia toffri għajnuna għal websites ġodda

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
:D
Il-fundatur tas-sit elettroniku Wikipedia, Jimmy Wales, qal li ser jibdew joffru servizzi ġodda u b'xejn għal dawk kollha li jixtiequ jibnu kommunitajiet elettroniċi. Wales qal illi l-kumpanija tiegħu Wikia.com ser toffri software, 'storage' u kif ukoll 'network access'. Fuq kollox, il-kreaturi tas-siti elettroniċi jkunu jistgħu jżommu ammont ta' qliegħ mir-riklami li jkollhom.

Ta' min ifakkar li s-sit elettroniku Wikipedia huwa mibni esklussivament min-nies li jużawh, u li l-kontenut huwa b'xejn għal dawk kollha li jixtiequ jarawh. Wikia tista' tiġi meqjusa bħala n-naħa kummerċjali tas-sit Wikipedia. Is-sit elettroniku Wikipedia kien iffundat fl-2001 u huwa meqjus minn ħafna bħala r-rivali ewlieni ta' ħafna enċiklopediji kummerċjali li wieħed jista' jsib fuq l-Internet. Din hija mibnija bl-użu tal-'wikis' illi hi sistema li tħalli lil kwalunkwe individwu jżid, jirranġa u jneħħi kwalunkwe artiklu fl-arkivji tagħhom. Fil-fatt taħdem fuq bażi ta' voluntiera li ta' kuljum jirranġaw il-paġni tagħhom.

Illum il-ġurnata, ħafna kumpaniji qed jużaw l-istess sistema ta' Wikipedia sabiex jagħtu ċans lill-ħaddiema tagħhom jgħinu u jagħtu l-kontribut tagħhom fuq il-proġetti tal-kumpanija. Wales qal illi dan it-tip ta' software huwa wieħed miftuħ għall-aħħar. Minħabba dan il-fatt, jagħti ċans ikbar sabiex il-kontenut li jiġi mtella' jkun wieħed għoli u kif ukoll faċli. Huwa kompla jgħid illi għal dan il-proġett ħa joffru il-'computer hosting' b'xejn għal dawk kollha li ħa jibdew jaħdmu b'din is-sistema.

S'issa madwar 30,000 persuna illi tuża Wikia.com tefgħu 400,000 artiklu. Wales jemmen illi r-roħs tal-prezzijiet tal-kompjuters, 'storage' u tan-'network access' ħa jgħinu sabiex dan is-servizz ikun wieħed kemmxejn popolari. Wales qal illi allavolja bħala kumpanija m'għandhomx it-tweġibiet perfetti għal kumpaniji tal-lum il-ġurnata, jemmen li l-għerf u l-esperjenza li għandhom żgur jistgħu jgħinu lil ħafna kumpaniji emerġenti.
 
Top