Capello se jkun intervistat mill-FA Ingliża

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Capello se jkun intervistat mill-FA Ingliża



CAPELLO%20FABIO.jpg
L-Uffiċjali ta' l-FA Ingliża din il-ġimgħa mistenni li jintervistaw lill-coach Taljan Fabio Capello għall-kariga vakanti ta’ manager tat-tim nazzjonali Ingliż. Dan tħabbar illum mill-media Brittannika.
Capello eks coach ta’ Milan, Real Madrid u Juventus mill-bidu kien meqjus kandidat favorit għall-kariga, reġa’ tpoġġa fil-quċċata tal-lista tal-FA wara li l-bieraħ l-eks manager ta’ Chelse, Jose Mourinho irtira mit-tellieqa għall-kariga.

Diversi ġurnali rappurtaw li l-FA se jiltaqgħu ma’ Capello din il-ġimgħa għalkemm coach ieħor Taljan, Marcelo Lippi li għen lill-Italja tirbaħ it-Tazza tad-Dinja wkoll qed ikun ikkunsidrat kandidat.
Capello esprima l-interess fil-kariga ta’ coach nazzjonali ta’ l-Ingilterra wara li tkeċċa Steve McClaren wara li naqas li jdaħħal lill-Ingilterra fil-finali tal-Euro 2008.
Capello ddeskriva l-kariga ta’ coach nazzjonali bħala sfida sabiħa u jemmen li jinsab fl-aħjar eta' għall-kariga.
It-Taljan ta’ 61 sena hu bniedem ta’ dixxiplina iebsa li kien tkeċċa minn Real Madrid fi tmiem staġun l-ieħor minkejja li kien għenhom jirbħu l-Kampjonat Spanjol għat-tieni darba fid-darbtejn li mexxa lil Real Madrid.
Bħalissa kien qed jaħdem ta’ kummentatur ma’ l-istazzjon televisiv ta’ l-istat, ir-RAI.
 
Top