Paris Hilton imkeċċija minn lukanda Russa
aħbarijietdotcom
24 t' April, 2008 05:58 CET Il-lukanda Hyatt li tinsab ġewwa Moscow qed tipprojbixxi liċ-ċelebri Paris Hilton milli terġa' toqgħod magħhom wara li ħażżet isimha fuq il-ħajt tal-‘presidential suite' tagħhom.
Il-midja Ingliża tirrapporta li Paris kienet qed toqgħod ġewwa din il-lukanda l-ġimgħa l-oħra filwaqt li kienet qed tippreżenta l-MTV Russian Movie Awards. Huwa magħruf li waqt serje ta' ritratti li kienet qed tippoża għalihom, Paris ħażżet il-kliem ‘Paris Moscow 2008' bl-iswed fuq il-ħajt.
Fil-pront il-lukanda mmultat lil Paris £4500 għal dan id-dannu, kif ukoll ipprojbita milli qatt terġa' toqgħod għandhom.
Intant Hilton iċċelebrat l-anniversarju ta' xahrejn mal-maħbub tagħha Benji Madden it-Tnejn li għadda ġewwa Los Angeles. F'kumment li tat lir-rivista People magazine, hija qalet li għal din l-okkażjoni ċ-ċelebrazzjonijiet kienu nformali, u li Benji huwa ġuvni b'karatteristiċi tassew differenti mill-oħrajn.