*vip gossips min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
l-kantanta Rihanna taqleb għad-dinja taċ-ċinema

aħbarijietdotcom
23 ta' Mejju, 2008 10:10 CET Il-kantanta tal-mużika pop Rihanna ħa tieħu triq differenti fil-karriera tagħha. Dan hekk kif is-sena id-dieħla ħa tidher fil-film ‘Mama Black Widow' flimkien ma' Mos Def. Dan skond artiklu li deher fuq is-sit www.gigwise.com.
Skond l-istess artiklu dan il-film, li ħa jkun addattat min-novella li ġġib l-istess isem, ħa jkollu direzzjoni tad-direttur Darren Grant.
Dan żgur illi hu mument tajjeb għal karriera tal-kantanta, hekk kif bħalissa Rihanna għaddejja mit-tur mużikali tagħha wara suċċess li kellha bl-aħħar album li nehdiet.
2522008113116Rihanna.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kim Cattrall titkellem fuq Samantha Jones

aħbarijietdotcom
26 ta' Mejju, 2008 12:05 CET F'artiklu f'gazzetta Amerikana, l-attrici Kim Cattrall tkellmet dwar il-karattru tagħha f'Sex and the City, Samantha Jones hekk kif issa qed toqrob il-ħamsinijiet tagħha. Cattrall qalet li dan il-karattru għena tgħix l-erbgħinijiet tagħha hekk kif hi kellha 41 sena **** intgħażlet għal din il-parti.
Kienet infatti saqsiet lilha nnifisha jekk ta'41 sena kienetx kapaci toħroġ tant sex appeal li kien mixtieq mill-karatturu ta' Samantha Jones.
Issa ilu erba' snin mill-aħħar puntanta tas-serje u Cattrall ma xtaqietx tagħmel film. Dak iż-żmien kienet għaddejja minn divorzju u missiera kien ġie djanjostikat bid-dimentia. Iżda wara ftit żmien ta' mistrieħ kienet rat ix-xeneġġatura tal-film u ma setgħetx tgħid le.

Fil-film naraw lil Samantha titlaq u tmur f'post ieħor. Telqet il-business tagħha fi New York u ser tibda kollox mill-ġdid fl-eta ta' 50 sena. Sam tirrealizza li tat wisq minn ħajjitha u li issa trid tibda mill-ġdid. Cattrall xi ftit jew wisq tħoss li l-esperjenzi tagħha u tal-karattru li tagħmel huma simili.


265200812514kimcattrall.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jolie u Pitt jixtru dar ġdida


27 ta' Mejju, 2008 09:49 CET Angelina Jolie u l-partner tagħha Brad Pitt għadhom kemm nefqu miljuni ta' flus fuq dar kbira immens fi Franza.
Din id-dar jisimha Chateu Miraval f' villaġġ jismu Brignol li hu ħdejn Aix-enProvence. Il-proprjeta qiegħda fuq art kbira u għandha 35 kamra, diegħlja, lag u ħandaq fond u wiesgħa mimli bl-ilma imdawwar mad-dar.
Id-dar qiegħda mdawwra bil-foresta u għalhekk għandhom privatezza totali, eżattament dak li kienu qed ifittxu huma. Huwa pratikament impossibli li xi paparazzo jirnexxielu jieħu xi ritratti minn tagħhom jirrilassaw ġod-dar.

225200814349Brad%20Pitt%20and%20Angelina%20Jolie.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Nicole Kidman iddiżappuntanta

"Tom 'mmanipula' t-tfal kontrija"

aħbarijietdotcom
28 ta' Mejju, 2008 09:51 CET Nicole Kidman akkużat lil ex-raġel tagħha Tom Cruise li 'mmanipula' lit-tfal addottati tagħhom, Isabella u Connor kontriha.
Nicole li hija tqila bl-ewwel tarbija bioloġika tagħha qalet li hi qed tħossha ddiżappuntanta li Tom qed jimmanipula lit-tfal biex joqgħodu l-bogħod minnha.
Nicole qalet ukoll li t-tfal spiċċaw għażlu li qattgħu Jum l-Omm ma' Tom u martu Kate minflok magħha. 'It-tfal huma iktar viċin Kate' ammettiet Nicole.

285200895120Nicole_Kidman%28CannesRed_carpet%29.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Il-Malawi tapprova formalment l-adozzjoni ta' David Banda

aħbarijietdotcom
29 ta' Mejju, 2008 10:30 CET Il-qrati tal-Malawi għadhom kemm approvaw formalment l-applikazzjoni ta' Madonna biex tadotta it-tifel ta' 3 snin, David Banda.
L-avukat ta' Madonna, Alan Chinula qal li huma jinsabu ferm kuntenti bis-sentenza tal-imħallef. Hija aħbar pożittiva u sabiħa skond l-avukat li qal li din is-sentenza ser tħalli impatt tajjeb fuq il-liġijiet tal-adozzjoni tal-Malawi.


83200895941Madonna.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Naomi Campbell b'iktar problemi mal-liġi

aħbarijietdotcom
30 ta' Mejju, 2008 11:33 CET Il-mudella Naomi Campbell reġgħet xelfet difrejha mal-liġi, hekk kif ħa titressaq il-Qorti akkużata li ħebbet għal żewġ uffiċjali tal-Pulizija fit-3 ta' April fl-Ajruport ta' Heathrow.
L-avukati tal-mudella flimkien mal-prosekuzzjoni kkonfermaw li fost l-akkużi miġjuba kontrieha, Campbell qed tiġi akkużata li wżat kliem abbużiv fil-konfront tan-nies li jaħdmu fuq l-ajruplan u li ħabbet għall-Pulizija.
Jekk tinstab ħatja li ħebbet għall-uffiċjali tal-Pulizija, il-mudella tista' tintbagħat il-ħabs għal massimu ta' sitt xhur jew inkella tħallas multa ta' mhux iktar minn $10,000. Campbell ħa tidher il-Qorti fl-20 ta' Ġunju.
Il-każ ġara f'Marzu li għadda **** Campbell kienet involta f'tilwima fl-Ajruport ta' Heathrow **** kien hemm xi problemi fuq il-bagalji tagħha. Minħabba dawn il-problemi, Campbell kienet tniżżlet minn fuq l-ajruplan li kienet fuqu u nżammet fil-kustodja tal-Pulizija għal tmien siegħat sħaħ.
254200813212Naomi_Campbell.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Vinja għal Victoria Beckham f'għeluq sninha

aħbarijietdotcom
31 ta' Mejju, 2008 11:18 CET Il-'Posh Spice' u mart il-footballer ċelebri Ingliż David Beckham, ingħatat rigal li tellagħha mas-smewwiet mingħand żewġha, hekk kif f'għeluq sniena David xtralha vinja tagħha ġewwa Napa Valley f'Kalifornja.
Il-gazzetta Ingliża The Sun irrappurtat illi l-footballer Ingliż ħallas somma kbira li għanda mnejn tammonta għal aktar minn miljun lira Ingliżi wara li f'dawn l-aħħar xhur kien għaddej bi tfittxija ntensiva għal vinja ideali.
M'huwiex magħruf jekk din il-vinja hiex ser tintuża għal produzzjonijiet personali jew jekk inkella l-inbid prodott hux ser jinbiegħ taħt id-ditta Beckham.
Il-midja nternazzjonali rrappurtat illi l-Beckhams saru dilettanti ta' l-inbid wara li David mar jilgħab fi Spanja.
3152008113324victoria_beckham.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
George Clooney reġa single

aħbarijietdotcom
2 ta' Ġunju, 2008 09:28 CET Jidher li l-attur George Clooney reġa single wara li skond għidut hu u t-tfajla tiegħu Sarah Larson li kienu ilhom flimkien sena ħasru. Skond xi nies qrib il-koppja jidher li George telaq mid-dar tiegħu f' Los Angeles biex itiha il-ħin li tneħħi l-affarijiet tagħha.

Jidher li George jaħseb li Sarah u hu ftit kellhom komuni bejniethom u ma xtaqtx jintrabat magħha. Kelliema għal George Ma riedux jikkumentaw fuq il-ħajja personali tal-attur.

26200892743georgeclooney.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Amy Winehouse tisfratta seduta fil-Qorti

aħbarijietdotcom
4 ta' Ġunju, 2008 11:14 CET Il-kantanta Amy Winehouse ġiet irrappurtata fil-midja nternazzjonali li waqt is-seduta tat-Tnejn li għadda fil-Qorti tal-każ ta' żewġha Blake Fielder-Civil, hija sfrattat l-proċeduri tal-Qorti bl-imġieba tagħha.
Huwa magħruf illi Winehouse attendiet għal din is-seduta, li seħħet fil-Qorti Snaresbrook Crown li tinsab fin-naħa tal-Lvant ta' Londra, u malli daħlet qalet 'Inħobbok' lil żewġha minn taħt l'ilsien.
Kienu bosta dawk il-mumenti li hija u Blake żammew il-ħarsa ta' xulxin għal bosta minuti u f'ħin minnhom messet is-siġġu ta' ħdejjha u għal darb'oħra minn minn taħt l'ilsien qaltlu sabiex imur ipoġġi hemm. Hija kellha tbiddel il-post tagħha fl-awla darbtejn.
Iżda l-kulminazzjoni ta' dan l-avveniment kien **** l-prosekutur Sean Larkin beda l-argumenti legali tiegħu. Fil-pront hija għamlet sinjal oxxen b'idejjha u qalet kliem oxxen minn taħt l-ilsien. F'ħin minnhom Winehouse saħansitra staqsiet għal karta u lapes sabiex tkun tista' tikteb messaġġ lil Blake.
Eventwalment tant li kompliet tisfratta din is-seduta, li hija ġiet mitluba sabiex tħalli l-awla u ħarġet il-barra b'ħafna frakass.
Intant il-proċess legali attwali ser jingħata bidu aktar tard matul dan ix-xahar, fejn Blake flimkien ma' żewġt irġiel oħra jinstabu akkużat illi prova jostakola l-ġustizzja billi ħallas vittma f'każ ta' assalt.
122200893714Amy%20Winehouse%20-%20VIP%20Gossip.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Depp joffri l-użu tal-gżira privata tiegħu lil Lohan

Depp joffri l-użu tal-gżira privata tiegħu lil Lohan


5 ta' Ġunju, 2008 11:00 CET L-attur Johnny Depp jidher li offra lil Lindsay Lohan l-użu tal-gżira privata tiegħu wara li ltaqgħu backstage fl-MTV Movie Awards fi tmiem il-ġimgħa li għadda.

Depp u l-partner tiegħu Vanessa Paradis għandhom din il-gżira fil-Karibew li fiha jagħmlu żjarat **** jridu jaħarbu minn kollox u minn kulħadd.

Jidher li Johnny rrealiżża l-istress li l-fama tista' titfa fuq min ikun celebrita' u ra li Lindsay għandha bżonn pawża żgħira minn dan l-istress kollhu. Lohan jidher li tinsab entużjasta dwar din l-offerta.


562008105945depp.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ix-xniehat kienu vera!

aħbarijietdotcom
13 ta' Ġunju, 2008 12:24 CET Ix-xniehat li ħarġu ftit tal-ġimgħat ilu dwar it-tqala tal-kantanta Ashlee Simpson ġew ikkonfermati. Din l-aħbar ħarġet ftit tal-ġranet ilu, propju ftit ġimgħat wara ż-żwieġ ta' Simpson ma' Pete Wentz. Simpson qalet li hi u r-raġel tagħha qed jistennew tarbija u li huma tassew ferħana li se jkabbru l-familja tagħhom.
Ashlee Simpson u Pete Wentz ħabbru l-għerusija tagħhom f'April u żżewġu f'Mejju li għadda. Huma ffirmaw kuntratt mar-rivista ‘People' fejn din ir-rivista kellhom id-drittijiet esklussivi għar-ritratti tat-tieġ tagħhom, li nxtraw għal $1 miljun.
1342008102458Ashlee_Simpson.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jennifer Aniston u John Mayer

aħbarijietdotcom
14 ta' Ġunju, 2008 10:04 CET L-attriċi Jennifer Aniston tidher li reġgħat sabet l-imħabba hekk kif dan l-aħħar intlemħet ta' spiss mal-kantant John Mayer. Hija saħansitra laqqagħtu ma' l-akbar ħabiba tagħha, Courtney Cox Arquette u r-raġel tagħha David Arquette. Għalkemm huma qed jippruvaw ma jagħtux wisq fil-għajn, xorta waħda jidher li r-rapport ta' bejniethom sejjer tajjeb u qiegħed jikber. Filfatt Mayer deher anke jsuq il-karozza ta' Jennifer u jqatta' ġranet numerużi d-dar tagħha.
Kemm Aniston kif ukoll Mayer għamlu żmien twil isostnu li huma biss ħbieb, iżda eventwalment jidhru li r-relazzjoni ta' bejniethom qiegħda tikber fis-sod. Ftit tal-ġimgħat ilu ħareġ l-għajdut li huma jridu jagħmlu tattwaġġ simili, kif ukoll li qed jippjanaw għal tarbija, madanakollu dan għadu biss għajdut u huma għadhom ma kkonfermaw xejn.
33200874149Jennifer%20Aniston.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kevin Federline huwa l-missier tas-sena

aħbarijietdotcom
16 ta' Ġunju, 2008 10:36 CET Ftit tal-jiem ilu Kevin Federline ħa sorpriża li xejn ma' kien qiegħed jistenna waqt festin privat. Filfatt Federline ġie magħżul bħala l-missier tas-sena fil-klabb Prive.
Huwa qal li xejn ma' kien qiegħed jistenna premju bħal dan u filfatt talab biex il-premju jingħatalu f'post privat u kwiet tal-klabb, biex in-nies li kien hemm fil-klabb ma jarawx iċ-ċerimonja. Federline mar f'dan il-klabb s-Sibt għall-ħabta tas-siegħa ta' filgħodu ma' sħabu, u f'daqqa waħda sar jaf li ġie nnominat għal dan il-premju tant prestiġġuż għalih u li eventwalment irnexxielu jirbaħ.
Federline huwa missier ta' erbat itfal. Huwa kellu tifla u tifel mir-relazzjoni ma' Shar Jackson, u żewġ subien miż-żwieġ qasir tiegħu mal-kantanta Britney Spears.
3032008122328VIP%20Gossip.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Amy Winehouse titieħed l-isptar wara li jagħtiha ħass ħażin

aħbarijietdotcom
17 ta' Ġunju, 2008 09:25 CET Il-kantanta Amy Winehouse lbieraħ iddaħlet b'emerġenza l-isptar minn missierha wara li tagħha ħass ħażin ġewwa darha f'Londra.
Il-kelliem ta' Amy qalet li Winhouse ttieħdet fil-klinika ta' Londra f'Marylebone fejn inżammet taħt osservazzjoni wara li tagħha ħass ħażin id-dar u waqgħet f'idejn il-manager tagħha li b'kumbinazzjoni kien ħdejja f'dak il-mument.
Il-midja Ingliża rrappurtat li Amy kienet sejra tagħti l-awtografi lil numru ta' ammiraturi Kanadiżi li kien ilhom fuq l-għatba tal-bieb tagħha l-ġurnata kollha.
Il-kantanta ta' 24 sena dan l-aħħar attirat b'mod negattiv il-midja nternazzjonali wara li r-raġel tagħha ġie arrestat u mibgħut il-ħabs filwaqt li hija fi ġlieda kontinwa kontra l-vizzju tad-droga.

225200810918Amy_Winehouse3.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tmut l-attriċi u żeffiena Cyd Charisse aħbarijietdotcom

Fl-eta' ta' 87 sena, l-attriċi u ż-żeffiena Cyd Charisse mietet kminei it-Tlieta filgħodu wara li soffriet minn attakk tal-qalb. Charisse tibqa' dejjem imfakkra għar-rwoli li kellha ma' ġenb il-leġġendarju Fred Astaire, speċjalment ix-xena li kellu miegħu fil-film ‘Singing' in the Rain'.

Charisse twieldet fl-1921 u minn eta' żgħira bdiet tistudja ż-żfin. Ta' l-eta' tenera ta' 14-il sena bdiet tiżfen mal-kumpanija prestiġjuza Ballet Russe u permezz ta' din l-opportunita' dahret l-Ewropa. Din l-avventura malajr waqfet ħesrem minħabba it-Tieni Gwerra Dinjija. Minn naħa l-oħra, fl-1942 kellha l-ewwel opportunita' tagħha film.

Fattur kurjuż dwar din l-artista huwa li fiż-żmien 40 kienet għamlet insurance fuq saqajha ta' madwar miljun dollaru.

186200893452Cyd_Charisse.jpg

__________________
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Amy Winehouse miżmuma l-isptar għal darba oħra

aħbarijietdotcom
19 ta' Ġunju, 2008 14:13 CET Il-kantanta Amy Winehouse żgur illi mhux għaddejja minn mument kwiet, hekk kif missierha għadu kif ħareġ stqarrija fejn qal illi bintu ħa tibqa' fl-isptar The London Clinic għal ġimgħat li ġejjin.
Mitch Winehouse, li għandu 57 sena, qal li dan huwa mument tajjeb sabiex flimkien mal-familjari kollha ta' bintu jippruvaw jgħinuha taqta' il-vizzju tad-droga. Saħansitra kien hemm sors qrib tal-kantanta li qal li jekk il-familja tagħha tgħinha, din tista' tkun opportunita' tajba biex Amy tirrenġa ruħha.
Il-kantanta żagħżugħa spiċċat l-isptar it-Tnejn li għadda wara li stordiet **** kienet fl-appartament tagħha.
Ħafna qed jgħidu li minħabba dan il-fatt jista' ikun hemm il-possibbilta' li Winehouse ma tieħux sehem f'żewġ kunċerti li kienet ser tagħti fis-sajf - dak ta' Glastonbury u kif ukoll il-kunċert għall-għeluq id-90 sena ta' Nelson Mandela.
2642008132910amywinehouse.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Oħt Britney Spears omm għall-ewwel darba

aħbarijietdotcom
20 ta' Ġunju, 2008 09:06 CET Jamie Lynn Spears, oħt il-kantanta tal-pop Britney Spears, għadha kif kellha l-ewwel wild tagħha. Sorsi qrib tal-familja tagħha sostnew li Jamie welldet kmieni dalgħodu u li kellha tifla, bl-isem tagħha ħa jkun Maddie Briann.
Rapporti fuq il-midja internazzjonali qalu li t-twelid seħħ mingħajr l-ebda problemi, u li l-maġġoranza tal-familja tagħha, inkluża oħtha Britney, kienu qegħdin ħdejja sabiex jgħinuha.
Jamie Lynn Spears hija magħrufha l-iktar għar-rwol tagħha fis-serje televiżiva għat-tfal 'Zoey 101'. Din it-tarbija hija l-ewwel wild għal Jamie u għall-għarus tagħha Casey Aldridge. Iktar kmieni waqt it-tqala tagħha, il-koppja kienet ħabbret l-għerusija tagħhom.

20620089555jamie_lynn_spears.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Naomi Campbell mogħtija sentenza oħra mill-Qorti

aħbarijietdotcom
21 ta' Ġunju, 2008 10:30 CET Il-mudella kemmxejn vjolenti Naomi Campbell ġiet mogtħija sentenza sentenza oħra mill-Qorti, din id-darba ta' 200 siegħa f'xogħol fil-komunita'. Dan wara li l-mudella kienet attakkat u kellmet b'mod dispreġġjattiv żewġ Pulizija waqt li kienet fuq ajruplan.
Il-każ li fuqu Campbell ġiet mogħtija din is-sentenza jmur lura għal bidu ta' din is-sena, **** din il-mudella kienet ħa taqbad ajruplan minn Heathrow fl-Ingilterra. Hekk kif kienu ħa jitilqu, il-Kaptan ta' l-ajruplan infurmaha li waħda mill-bagalji tagħha, li apparentament fiha kellha libsa ta' Yves Saint Laurent, ġiet mitlufa. Kien hawnhekk li l-mudella bdiet tirreaġixxi b'mod vjolenti, u s-sitwazzjoni tant marret għall-agħar li kellhom ikunu l-Pulizija li ħarġuha minn fuq l-ajruplan.
Min barra s-sentenza ta' 200 siegħa xogħol fil-komunita', Campbell ġiet mitluba tħallas multa ta' iktar minn 2,000 Sterlina.
Il-mudella kienet kemmxejn iffurtunata għaliex il-Maġistrati kellhom kull dtii jibgħatu lil Campbell sa sitt xhur ħabs. Minn naħa l-oħra, huma ddeċidew illi jibgħatuha għal xogħol fil-komunita'.

254200813212Naomi_Campbell.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Wara ġimgħa miżżewġin...
Wayne u Coleen Rooney jippjanaw għall-ewwel anniversarju tat-tieġ

aħbarijietdotcom
22 ta' Ġunju, 2008 09:34 CET Wara qas biss xahar li ilhom miżżewġin ma' xulxin, il-koppja żagħżugħa. Wayne Rooney u Coleen McLoughlin diġa qed jaħsbu kif ser jiċċelebraw l-ewwel anniversarju tagħhom.
Filfatt sorsi qrib tal-koppja qed jgħidu li Rooney diġa qed jippjana sabiex lil Coleen jerġa' jeħodha l-Italja **** jgħalqu s-sena ma' xulxin. Dan wara li kemm hi u kif ukoll hu għoġobhom ħafna l-post fejn iżżewwġu, preċiżament f'Portofino.
Bħalissa hemm ukoll l-għajdut li koppja tant għoġobhom il-post li saħansitra qed jaħsbu sabiex jixtru dar fl-inħawi.
22620089331wayne_coleen.JPG
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Enrique Iglesias miżżewweġ?

aħbarijietdotcom
27 ta' Ġunju, 2008 13:20 CET Il-kantant famuż Enrique Iglesias, li sa ftit tal-jiem ilu kien qiegħed hawn Malta għal kunċert ‘Isle of MTV', ħawwad il-midja internazzjonali hekk kif qal li kien miżżewweġ mat-tennista Anna Kournikova.
Waqt din l-intervista partikolari, il-kantant qal li hu flimkien ma' Kournikova iżżewwġu s-sena l-oħra. Minkejja dan huwa sostna wkoll li ma tantx jiftakar ħafna minn dan iż-żwieġ.
Hekk kif qal dan il-kumment, Enrique waqt l-istess intervista sostna li huma m'għadhomx miżżewwġin, imma li xorta għadhom jitkellmu.
85200811446Enrique%20Iglesias%20080508.jpg
 
Top