*kurzitajiet min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Il-bniedem jerbaħ bi ftit fuq karozza ssuq waħedha


3 ta' Novembru, 2012 09:57 CET Tellieqa bejn karozza ssuq waħedha u oħra misjuqa minn bniedem spiċċat bir-rebħa tal-bniedem bi ftit. It-tellieqa li saret fit-Thunderhill Raceway f'California. Din it-tellieqa kienet parti mir-riċerka biex tiġi żviluppata sistema ta' kontroll sabiex tgħin lill-karozzi jkunu iktar awtonomi.


Il-karozza ġiet żviluppata miċ-Ċentru għar-Riċerka tal-Karozzi fl-Universita' ta' Stanford. Din il-karozza għandha diversi sensuri li jiġbru l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-karozza.

311201295727_63853067_auditts.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Libsa tal-film "The Wizard of Oz" tinbiegħ għal $480,0000


11 ta' Novembru, 2012 11:25 CET Il-libsa li libset Judy Garland fil-film tal-1939 "The Wizard of Oz" ibiegħet għall-valur ta' $480,0000 f'irkant f'Beverly Hills filwaqt li biċċa mill-kejk tal-Prinċep William inbiegħet għal $1,375.


Dan il-prezz huwa inqas mil-libsa li kienet libset Marilyn Monroe **** din kienet inbiegħet għall-valut ta' $4.6m.


S'issa għadu mhux identifikat min rebaħ dan l-irkant tal-libsa li saret mid-disinjatur tal-MGM Adrian.


Fost affarijiet oħra li kien hemm f'dan l-irkant kienet il-libsa ħadra ffjurita li libset Julie Andrew fil-film "The Sound of Music" li nbiegħet għal $38,400.


Filwaqt li ġakketta ta' Steve McQueen nbiegħet għal $50,000 filwaqt li dublett li kienet libset Monroe fil-Kanada waqt il-film tal-1954 "River of No Return" nbiegħ għal $50,000.



11112012112453_64064887_64064886.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Inizjattiva biex tiċċertifika records fil-gżejjer Maltin
Jerome CARUANA CILIA
16 ta' Novembru, 2012 14:24 CET

Min jagħmel l-ikbar tazza tal-inbid, jew l-ikbar figolla, min jagħmel l-unika dar f'Malta magħmula miċ-ċikkulata jew l-ikbar ħobża Maltija u ħafna aktar. Il-problema kienet jekk hemmx xi kejl partikolari li permezz tiegħu wieħed jista' jiċċertifika dan ir-rekord.

B'hekk dalgħodu, fil-Każin tal-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri f'Ħal Qormi, saret it-tnedija uffiċjali ta' 'THE MALTA RECORDS', inizjattiva bil-għan li tiċċertifika u tapprezza l-ħidma, il-kreattività u l-ħiliet tal-Maltin u l-Għawdxin f'diversi oqsma fosthom billi jagħmlu u jipproduċu pereżemju l-ikbar jew l-iċken oġġett f'Malta. L-oqsma li tista' tieħu sehem fihom waqt The Malta Records u jiġu ċċertifikati bħala r-rekord ta' Malta.

The Malta Records hi inizjattiva li se tkun għaddejja matul is-sena kollha, iżda tilħaq il-qofol tagħha waqt l-attività bl-isem ta' The Malta Records Festival li se tkun organizzata kull sena f'Ħal Qormi. Dakinhar se jiġu approvati LIVE ħafna rekords u kull applikant se jkollu l-ispazju tiegħu biex ikun jista' jarma għar-rekord li daħal għalih. Din is-sena din l-attività se ssir għal ħabta ta' Mejju.

The Malta Records qed jagħtu ċ-ċans lill-persuni individwali u kumpaniji li jixtiequ juru lil Malta u Għawdex kollha li huma l-aqwa f'qasam partikolari billi jagħżlu liema rekord jixtiequ li l-isem jitniżżel fih.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ħela ta' ikel bla rażan li qed tammonta għall-biljuni

L-ISTATI UNITI

maltarightnow.com
19 ta' Novembru, 2012 20:31 CET Studju ġdid fl-Istati Uniti jiżvela li l-Amerikani jarmu kważi nofs l-ikel tagħhom matul is-sena u dan jammonta għal livell ta' ħela ekwivalenti għal $165 biljun fis-sena.


Fl-istess ħin, Dana Gunders, xjenzjata mal-programm għall-ikel u l-agrikultura tan-Natural Resources Defense Council (NRDC), tispjega li bħala poplu, l-Amerikani qegħdin 'jeħilsu minn kwalunkwe biċċa ta' ikel addizzjonali li tiġi għal idejhom u dan ifisser fuq kollox sparpaljar sfaċċat ta' flus u riżorsi naturali'.


Ir-rapport tal-NRDC tenna li l-Amerikani jarmu mal-erbgħin fil-mija tal-ikel li jixtru fis-sena u li familja Amerikana ta' erbgħa tispiċċa tiddisponi mill-ekwivalenti ta' $2,275 (f'ikel) fis-sena, li hu kkalkulat bħala massimu.


F'każ li t-telf fil-provvista tal-ikel fl-Istati Uniti jonqos b'sempliċi ħmistax fil-mija, il-pajjiż jiffranka biżżejjed minn din ir-riżorsa biex jitma' mal-25 miljun Amerikan fis-sena.
Intant, fiċ-ċirkustanzi jonqos ukoll il-piż fuq il-landfills, fejn l-iskart tal-ikel jipprovdi l-akbar komponent ta' skart 'konkret', għall-inqas skont ma fisser l-NRDC, organizzazzjoni li tirrispetta l-ambjent u li ma taħdimx bi qligħ.


L-NRDC imbagħad jinkwieta dwar il-fatt – u 'skont il-provi' – li l-ikel skartat fl-Istati Uniti rreġistra qabża ta' ħamsin fil-mija mis-sebgħinijiet 'l hawn. Dan **** l-frott u l-ħxejjex li ma jinbigħux mill-ħwienet tal-merċa jagħmlu tajjeb għall-parti kbira tal-ikel moħli.


Is-sitwazzjoni fl-istess ħin ma tfissirx li ma jaħtux ukoll il-konsumaturi u r-ristoranti, li jippreparaw kwantitajiet u porzjonijiet kbar ta' ikel li ħafna drabi jispiċċaw imwarrbin jew skartati.


B'hekk, l-NRDC qed jitlob biex il-Gvern Amerikan jistudja t-telf fis-sistema tal-ikel minbarra li jfassal il-miri u l-impenji għal tnaqqis tal-iskart.
209200811547chicken%20salmon.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Skontijiet minn Ristoranti għal min iżur is-Sit www.reachmalta.com


30 ta' Novembru, 2012 15:15 CET L-għan ewlieni ta' www.reachmalta.com hu li joffri informazzjoni ddettaljata dwar il-gzejjer Maltin. Fih jiġbor ħażna ġmielha ta' artikli ddettaljati dwar siti ta' importanza storika, mużewijiet, u postijiet oħra ta' interess, kemm għal min jiddeċiedi li jqatta' l-btala tiegħu fostna kif ukoll ghall-Maltin li għandhom għal qalbhom il-wirt nazjonali.


Reachmalta qiegħda tniedi skema ġdida li għandha tiġbed l-attenzjoni ta' bosta. Kull min iżur reachmalta.com hu awtomatikament intitolat li jirċievi skont fuq l-ikel li jordna minn ristoranti li r-riklami tagħhom jinsabu mifruxin mal-paġni ta' dan is-sit. Sabiex jingħata dan l-iskont, hija meħtieġa password speċjali li tinsab fuq il-home page; min jikkwotaha b'mod korrett waqt li jkun qed jordna l-ikel jingħata roħs ta' 20% jew 30%. Il-password tinbidel minn żmien għal żmien, għalhekk min jixtieq jagħmel użu minn din l-iskema għandu jżur is-sit għall-password aġġornata. Ma hemmx limitu fuq kemm-il darba tista' tibbenefika minn din l-offerta.


Hemm il-ħsieb li tiżdied il-varjeta' ta' ristoranti fl-iskema sabiex jintlaqtu l-gosti ta' kulħadd.

852008124019spagetti.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Iċċelebrat il-175 anniversarju ta' Cafè Cordina


6 ta' Diċembru, 2012 17:18 CET Wiehed mill-istabilimenti ikona tal-belt Valletta, Cafè Cordina, qed jiċċelebra il-175 sena mit-twaqqif tiegħu. Dan l-Anniversarju tfakkar permezz ta' kommemorazzjoni li attenda għaliha l-President ta' Malta George Abela, fost ohrajn.


Matul din il-kommemorazzjoni, sid l-istabbiliment John Cordina – li huwa is-sitt generazzjoni tal-familja Cordina li qed tmexxi dan l-istabbiliment – tkellem fuq il-bidu umli ta' Cafè Cordina f'Bormla u kif dan iddaħħal il-Belt Valletta grazzi għal missieru, Cesare Cordina. Huwa qal li tul is-snin dan in-negozju kompli jikber tant li illum l-gurnata jimpjega mat-80 ħaddiem.


Min-naħa tiegħu il-President George Abela tenna li Cafè Cordina sar wieħed mill-postijiet ewlenin tal-belt Valletta, post li jlaqqa' l-pubbliku man-negozjanti u professjonisti oħrajn li kollha jiltaqgħu għal kafè għand Cordina. Huwa sellem ukoll lill-impjegati ta' dan l-istabbiliment.


Matul din il-kommemorazzjoni sar il-kxif ta' pittura speċjali li ġiet ordnata għal din l-okkazjoni xogħol l-artist Franċiz Alain Despert, filwaqt li l-Kap Eżekuttiv ta' Cafè Cordina, Celio Bugeja, ippreżenta premjijiet speċjali lil tliet ħaddiema, Gaetano Spiteri, John Taylor u Karistu Baldacchino li ilhom jahdm mal-kumpanija għal 39 sena, 47 u 55 sena rispettivament.


Waqt din il-kommemorazzjoni il-President George Abela gie pprezentat b'ċekk mingħand l-istabbiliment b'riżq l-Istrina 2012.

6122012171411CAFE%20CORDINA%20175%20SENA-2.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
IL-BELĠJU
Jiskopri li 'martu' kienet raġel wara 19-il sena żwieġ


27 ta' Novembru, 2012 21:16 CET Raġel Belġjan ta' 64 sena mill-belt ta' Antwerp skopra wara 19-il sena żwieġ li dik li hi l-mara tiegħu fil-verità kienet raġel.


Hu skopra dan wara kuġin tal-'mara', li hi mill-Indoneżja, żarhom u rrakkonta li hi kienet twieldet tifel.


Ir-raġel, li qed ikun identifikat biss bl-isem ta' Jan, irrakkonta fil-media Belġjana, kien fl-1993 martu kienet marret Antwerp ta' 27 sena biex tieħu ħsieb t-tfal ta' oħtu fi żmien **** t-tieni żwieġ tiegħu kien qed jikkrolla.


Hu qal li hi kienet 'mara' attraenti u ma kienx hemm l-iċken ħjiel li setgħet kienet raġel.


Hu qal li tul id-19-il sena ta' żwieġ qatt ma sospetta xejn imma wara ż-żjara tal-kuġin mill-Indoneżja, hu kien konfronta lil martu li ammetiet li kienet għamlet operazzjoni biex tbiddel is-sess.


Il-koppja issa għadhom qed jgħixu fl-istess dar wara li l-Imħallef irrifjuta, talab lil Jan li martu titkeċċa mid-dar għaliex ingannatu.





27112012211642392px-Sex.symbol.svg.png
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-ixjeħ persuna fid-dinja tirranġa xagħarha qabel tmut


9 ta' Diċembru, 2012 09:49 CET L-ixjeħ persuna fid-dinja, Besse Cooper, mietet nhar it-Tlieta li għadda f'dar tal-anzjani ġewwa Georgia fl-età ta' 116-il sena. Ftit ħin qabel ma mietet kienet qed tirranġa xagħarha.


Riċentament, Cooper kienet qed tbati minn virus fl-istonku iżda nhar it-Tnejn li għadda ħassitha aħjar ħafna sakemm it-Tlieta wara li rat video tal-Milied bdiet tbati minn problemi biex tieħu n-nifs u mietet fis-sagħtejn ta' wara nofsinhar.


It-tifla tagħha, Sidney Cooper qalet li ftit ħin qabel ma mietet kienet qed tirranġa xagħarha, bħall kieku kienet qed tipprepara biex tħalli din id-dinja.


Besse Cooper kienet iddikjarata l-ixjeħ persuna fid-dinja f'Jannar tal-2011. F'Mejju 2011, skond il-Guinness World Records l-ixjeħ persuna kienet Maria Gomes Valentim mill-Brażil li kellha 48 jum iktar minn Cooper. Valentim mietet f'Ġunju 2011.

912201294857AB35877.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Tirritorna il-Malta Grand Lottery, b'jackpot ta' miljun ewro


8 ta' Marzu, 2013 16:26 CET Maltco Lotteries se tkun qed torganizza għall-ewwel darba wara ħafna snin il-Grand Lottery, lotterija fejn kull biljett se jkun jinkludi 10 kumbinazzjonijiet, bil-biljett rebbieħ iġorr miegħu premju ta' miljun ewro.


Għal din il-lotterija l-Maltco ħarġet 300,000 biljett. Dan għaliex f'Malta jintlagħbu iktar minn 300,000 kombinazzjoni differenti kull nhar ta' Sibt fuq il-Lottu. Kull biljett jiswa €10 u biljett wieħed jista' jirbaħ iktar minn premju wieħed.


Il-Lotterija se tibda tittella' kull xahrejn u tixxandar fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni l-Ġimgħa filgħaxija.


Fl-2004 il-kumpanija Maltco kienet rebħet it-tender biex tibda tmexxi l-Lotterija Nazzjonali.


F'Marzu tal-2012, imbagħad, Maltco Lotteries ippreżentat l-ogħla offerta ta' €39 miljun biex ingħatat estensjoni tad-dritt fuq il-lotterija nazzjonali b'konċessjoni għall-għaxar snin ta' wara, sal-2022. Dan wara proċess ta' tendering li kien beda f'Ottubru 2011 fejn il-kumpanija ffaċċjat kompetizzjoni ħarxa.


Kif qalulna diversi persuni li tkellimna magħhom, din il-lotterija żgur li se ġġib ħafna memorji lil dawk li jiftakru l-Lotterija Nazzjonali li kienet tittella' f'Malta snin ilu, li kienet iġġorr magħha jackpot ferm inqas.


Ma jistax jonqos li bi premju hekk kbir dawk li jieħdu xi biljett jew tnejn joħolmu dwar x'jagħmlu bil-flus. Tispikka pero' il-ġenerozita li tant magħruf għaliha l-poplu Malti.


L-introduzzjoni ta' din il-Lotterija ssegwi t-tibdiliet li Maltco għamlet fil-Bingo, bl-ammont minimu tal-jackpot jitla' minn €50,000 għal €250,000, fis-Super 5 u fil-Quaterno+ fejn il-minimu tal-jackpot tela' għal kwart ta' miljun ewro minn €200,000.


Barra minn dan, il-kumpanija se tkun qed tinvesti €5 miljun f'teknoloġiji ġodda biex jgħinuha ttejjeb l-operat tagħha.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Miet il-kitarrista tal-‘Yes’


13 ta' Marzu, 2013 18:39 CET Tħabbret il-mewt ta’ Peter Banks, il-membru fundatur tal-grupp rock Ingliż tas-snin Sittin “Yes” Hu miet fir-residenza tiegħu f’Londra u kellu 65 sena. Intqal li hu miet fis-7 ta’ Marzu u nstab mejjet wara li naqas li jattendi għal recording.


Hu kienu meqjusa minn ta’ quddiem fir-rock progressiv u forsi l-kanzunetta l-aktar famuża tagħhom kienet “Owner of a Lonely Heart”.

images
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Maltemp kiesaħ fl-aħħar jiem


15 ta' Marzu, 2013 15:59 CET Fl-aħħar jiem wieħed seta' jara l-mewġ iħabbat mal-blat fl-irwiefen qawwijin li laqtu l-gżejjer Maltin, kif kien previst.
Dan il-maltemp li kien mistenni jolqot il-gżejjer Maltin kien fuq fomm kulħadd, b'diversi spekulazzjonijiet ta' mewġ għoli, xita qawwija, silġ, u temp kiesaħ.


Dan minħabba li, skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku ta' Malta, arja ta' pressjoni baxxa kienet mistennija tgħaddi minn fuq il-gżejjer Maltin. Dan wara li din l-arja baxxa tgħaddi mill-Golf ta' Genova fl-Italja.


Ma setax jonqos li ritratti ta' dan il-maltemp bdew jinxterdu fuq is-social media bħal Facebook fejn bosta persuni tellgħu ritratti kemm minn lokalitajiet Maltin u anke Għawdxin. Ir-ritratti urew anke xi ħsarat li saru.


L-irwiefen qawwijin u l-mewġ għoli, saħanistra wasslu sabiex il-vapuri tal-Gozo Channel jieqfu jaħdmu għal xi hin il-Ħamis filgħaxija. Fil-fatt, l-aħħar vjaġġ minn Għawdex kien fis-7:15PM u l-iskeda reġgħat bdiet taħdem fit-3Ġ30 tal-Ġimgha filgħodu.


F'dawn il-jiem, it-temperaturi naqsu bi 8 gradi, bil-Ġimgħa tkun l-iktar ġurnata kiesħa hekk kif l-ogħla temperatura matul il-jum telgħat biss għal 12-il grad, iżda nħasset daqs li kieku kienet 7 gradi.


Madankollu, fil-ħamest ijiem li ġejjin, hu mistenni li jkollna temp isbaħ b'temperaturi ftit iktar għoljin.
599201_10151572535179026_77939323_n.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
David Bowie fil-quċċata tal-klassifika tal-albums


18 ta' Marzu, 2013 17:50 CET Il-kantant veteran David Bowie irritorna fil-quċċata tal-album charts għall-ewwel darba f'għoxrin sena, bil-kritiċi tal-mu'>ika jirreferu għall-impatt tar-ritorn tiegħu bħala l-'akbar comeback fl-istorja tar-Rock'n'Roll.'


L-album bl-isem The Next Day, kollezzjoni ta' recordings ġodda li saru tul dawn l-aħħar sentejn (u taħt element ta' segretrezza), spara għall-Ewwel Post tal-klassifika ġimgħa biss wara li ħareġ fis-suq. Fil-fatt, f'din l-ewwel ġimgħa nbiegħu 'l fuq minn 94,000 kopja li jikkonferma l-album bħala l-aktar wieħed li qed jinbiegħ malajr mill-bidu tas-sena 'l hawn.


F'Jannar li għadda, Bowie kien issorprenda lid-dilettanti tar-Rock u l-industrija tal-mu'>ika **** – u proprju fil-jum **** għalaq 66 sena – ħareġ il-kanzunetta (single) bl-isem Where Are We Now.


Intant, u proprju dakinar kienet iċċirkolat l-aħbar li 'f'Marzu kellu joħroġ album ta' Bowie mimli bir-recordings ġodda' u taħt il-produzzjoni ta' Tony Visconti< għal '>mien twil kollaboratur mal-kantant.


Bowie kien ilu j'>omm profil baxx mill-2004, **** ofra attakk tal-qalb waqt li kien għaddej b'tour u bl-aħħar dehra tiegħu waqt kunċert live tmur lura għall-2006.



images
 
Top