Mill Gurnali

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Pensjonant joqtol serp wara li għamel operazzjoni f'qalbu
Pensjonant ta' 80 sena ma tantx dam jaħsibha sabiex joħroġ mis-sodda tiegħu ħalli joqtol serp velenuż. Il-ħaġa ta' l-iskantament hu l-fatt li dan ir-raġel kien qiegħed ġewwa l-kura intensiva ta' sptar wara li kien għadu kif għamel operazzjoni f'qalbu.

Miko Vukovic ra s-serp ġewwa l-isptar ta' Ogulin fil-Kroazja. Uffiċjali ta' l-isptar qalu li x'aktarx dan is-serp iddaħħal ġewwa l-bini bi żball permezz ta' bukkett tal-fjuri. Dan wara ġie kkonfermat wara li sabu biċċiet tal-ġilda tas-serp ġewwa bukkett. Mid-dehra wara li daħal fl-isptar, is-serp daħal ġewwa s-sezzjoni tal-kuri intensivi ħalli jsib post ġdid fejn jistaħba.

Vukovic, li kien qed jinżamm f'din is-sezzjoni flimkien ma' tliet pazjenti oħra, induna bis-serp matul il-lejl waqt li dan kien qed jersaq lejn is-sodda tiegħu.

Il-pensjonant ammetta li dam jiġġieled miegħu għal madwar għaxar minuti qabel ma' irnexxielu joqtlu.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Misjuba 21 kadavru fil-baħar taħt ir-responsabbilta' tal-Libja

Misjuba 21 kadavru fil-baħar taħt ir-responsabbilta' tal-Libja

... u 24 immigrant illegali ieħor jiddaħħlu Malta


Misjuba 21 kadavru fil-baħar taħt ir-responsabbilta' tal-Libja
21 kadavru nstabu kmieni l-bieraħ wara nofsinhar minn fregata tan-Navy Franċiża fl-ibħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' Libjana għat-tfittxija u salvataġġ. Kien għall-ħabta tas-2:00pm **** l-Forzi Armati ta' Malta kienet infurmata mill-Armata Franċiża li wieħed mill-bastiment tagħha nterċetta kadavru fil-baħar. Sa l-4:00pm l-fregata "Lamotte Piguet" irnexxielha ssib tmien kadavri bit-tfittxija baqgħet għaddejja sa tard filgħaxija. Jirriżulta li b'kollox instabu 21 kadavru, minkejja li għadha ma ġietx stabbilita n-nazzjonalita' tagħhom. Sadanittant, baqgħu għaddejjin għal tul ta' ħin l-isforzi diplomatiċi bejn l-awtoritajiet Libjani u dawk Franċiżi biex il-kadavri jitħallew jiddaħħlu fil-Libja.

Sadanittant, għall-ħabta tat-8:30 pm, patrol boat tal-FAM interċettat dgħajsa bl-immigranti llegali madwar erba' mili 'l barra mill-kosta ta' Marsaxlokk. Jirriżulta li abbord din id-dgħajsa kien hemm 27 immigrant illegali, fosthom sitt nisa u waħda minnhom tqila. Id-dgħajsa bl-immigranti llegali ingħatat l-għajnuna u ddaħħlet ix-xatt ta' Marsaxlokk, fejn l-immigranti llegali ngħaddew f'idejn il-Pulzija għal aktar investigazzjonijiet.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Stennija għar-relikwa ta' San Ġorġ Preca f'Malta

Stennija għar-relikwa ta' San Ġorġ Preca f'Malta
Wara dak kollu li seħħ fil-Vatikan b'rabta mal-Kanonizzazzjoni ta' San Ġorġ Preca, issa l-istennija hi għall-wasla lura f'pajjiżna tar-relikwa qaddisa ta' San Ġorġ Preca. Għal din l-okkażjoni tħejja programm sħiħ ta' attivitajiet, li jilħaq il-qofol tiegħu b'Quddiesa kkonċelebrata fuq il-Fosos tal-Furjana nhar il-Ħamis li ġej. Dakinhar ir-relikwa se tkun preżenti fiżikament fuq il-Fosos, kif kienet il-bieraħ fi Pjazza San Pietru waqt iċ-ċerimonja tal-Kanonizzazzjoni. Iżda fil-jiem ta' qabel ir-relikwa se tkun għall-qima tal-pubbliku f'diversi postijiet fil-gżejjer Maltin.

Minn Ruma r-relikwa bid-demm ta' San Ġorġ Preca se titwassal lura Malta għada t-Tlieta u se tittieħed direttament lejn Għawdex mill-Isqof ta' Għawdex Mons. Mario Grech. Għada fit-3:00pm se titlaq bil-lanċa miċ-Ċirkewwa lejn il-Port ta' l-Imġarr f'Għawdex. Wara jibdew sensiela ta' żjarat f'numru ta' Parroċċi. Ir-relikwa tintlaqa' f'kull Parroċċa permezz ta' mota ferriħija u mal-wasla f'kull Knisja, tingħad talba mill-Kappillan tal-post, u jsir il-bews tar-relikwa. Fl-istess ħin se jkun qed jingħad talb mill-kitbiet ta' Dun Ġorġ stess. Fi tmiem kull żjara tingħata l-barka bir-relikwa u l-Kappillan ta' dik il-Parroċċa partikolari jakkumpanja relikwa fil-Parroċċa li jmiss.

Iż-żjarat bir-relikwa ta' San Ġorġ Preca jkomplu l-għada l-Erbgħa minn kmieni filgħodu. bl-ewwel żjara tibda fis-6:30am fil-Parroċċa tax-Xagħra. Sa l-għada l-Ħamis ir-relikwa tkun għall-qima tal-poplu Malti fil-Kon-Kattidral. Il-programm imbagħad jilħaq il-qofol tiegħu fis-7:00pm bir-relikwa tinġarr f'purċissjoni mill-Kon-Kattidral sa fuq il-Fosos fejn fis-7:30pm tibda Quddiesa li se titmexxa mill-Arċisqof Pawlu Cremona.

Wara ċ-ċelebrazzjoni r-relikwa tittieħed fil-Kappella tal-Mużew fil-Blata l-Bajda, biex nhar il-Ġimgha tittieħed lura fil-Knisja Parrokkjali ta' San Gejtanu, il-post oriġinali tagħha għal ħafna snin.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Paris tidħol il-ħabs kmieni
Paris Hilton daħlet il-ħabs jumejn qabel il-waqt, skond l-aħħar rapporti li qalu li hi tat lilha nnifisha ilbieraħ filgħaxija.

Hi apparentament kjienet misjuqa lejn il-ħabs wara l-MTV Movie Awards fejn kienet akkumpanjata mill-ġenituri tagħha u l-avukat.

Stqarrija minn Paris qalet li matul dawn l-aħħar ġimgħat hi kellha ċans biex taħseb u rrealizzat li għamlet l-iżbalji. “Dan huwa punt importanti f’ħajti fejn irrid nieħu r-responsabilta tal-azzjonijiet tiegħi, fil-futur qed nippjana li nieħu rwol iktar attiv fid-deċiżjonijiet li nieħu”

Hi qalet li għalkemm tinsab beżgħana, hi lesta li tibda s-sentenza ta’ ħabs tagħha.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Kunċert ta' George Michael jitħassar wara inċident tat-traffiku

04/06/2007 12:07:03
Kunċert ta' George Michael jitħassar wara inċident tat-traffiku
George Michael kellhu jħassar il-kunċert tiegħhu ilbieraħ fi Praga wara inċident tat-traffiku fejn wieħed mit-trakkijiet li kien qed iġorr apparat għal kunċert ħabat.

Il-promoter tal-kunċert Petr Novak qal li t-trakk li ħabat waqt li kien qed jivjaġġa ġewwa r-Rumanija kien fih sezzjonijiet speċjali tal-palk.

Hu qal li sfortunatament parti kbira tal-palk speċjali baqa mwaħħal ġot-trakk u ma kienx possibli jiġi mibdul.
M’hemmx dettalji dwar **** dan il-kunċert ser isir. George Michael ma’ kienx involut fl-inċident.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-iktar raġel xiħ fl-Ewropa

L-iktar raġel xiħ fl-Ewropa
L-iktar raġel xiħ tal-Ewropa għalaq 111-il sena. Hu kien il-mistieden speċjali fuq il-Victory ta’ Lord Nelson.

Dan l-ajruplan vintage għamel fly past u l-Banda tar-Royal Marines daqqet Happy Birthday lil dan l-eroj tal-Ewwel Gwerra Dinjija Henry Allingham.

Henry li reċentement iddaħħal f’dar tax-xjuħ fi Brighton issa naqsitlu s-saħħa u ma jistax jimxi u qed jitlef il-vista u s-smiegħ.

Matul din l-aħħar sena hu deher fil-pubbliku madwar 60 darba, inkluż f’laqgħa mal-Prinċep Karlu u d-Dukessa ta’ Cornwall, żjara f’10 Downing Street biex jiltaqa ma’ Tony Blair u Gordon Brown, festin fil-ġnien tal-Palazz Buckingham, intervisti fuq it-televixin u taħdidiet fi skejjel.

Dennis Goodwin, iċ-charimen tal-Assoċjazzjoni tal-Veterani tal-Ewwel Gwerra Dinjija jieħu ħsieb tad-djarju ta’ Henry, jieħdu l-avvenimenti u huwa mifhum mill-familja ta’ Henry li ta skop għal ħajja mill-ġdid lil Henry. Dennis irnexxielu jiltaqa’ ma’ Henry sitt snin ilu **** l-anzjan kien qed jgħix ħajja kwieta f’Estbourne.

Il-memorji ta’ Henry tal-gwerra u ta’ rġiel imutu fit-trunċieri jew jinħarqu ħajjin f’ajruplani tant kienu koroh li żammhom sigrieti u evita reunions tal-veterani għal 86 sena.

Iżda Dennis għen lir-raġel xwejjaħ li ħa sehem f’battalji f’Somme, Ypres, Jutland u Passchendaele jirrealiżża l-importanza storika tal-memorji tiegħu.

Dennis qal li din hija ġurnata mill-isbaħ għalihom li jarawh għalaq 111-il sena għalkemm Henry huwa modest wisq li jaħseb li hu tad-daħk li qed jagħtuh tant importanza sempliċiment għax għex daqshekk.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
It-tifel imlaqqam bħala ‘iPod uman’

05/06/2007 10:29:20
It-tifel imlaqqam bħala ‘iPod uman’
Tifel li jbati mill-awtiżmu u li kemm kemm jitkellem ġie imlaqqam bħala ‘iPod uman’.

Derek Paravichini jiftakar u jdoqq il-mużika kollha li jisma fuq il-pjanu. Hu beda jdoqq il-pjanu **** kellhu sentejn u beda jdoqq għan-nies fl-eta ta’ 4 snin.

L-għalliem tiegħu Adam Ockleford qal li hu u Derek intaqgħu **** kellhu 4 snin u nofs. “It-tifel kien telaq minn ħdejn il-ġenituri tiegħu imbotta lil tifla żgħira lilhinn mil-pjanu u beda jdoqq ‘Don’t Cry for Me Argentina’.

Derek twieled tlett xhur premature u kien jiżen biss libbra u nofs. Derek kiber għami u żvilluppa awtiżmu.
Ockleford qal li huma jaħsbu li peressli it-tifel ma jarax u ma jifhimx ħafna x’inhu għaddej madwaru partijiet oħra ta’ moħħu jaħdmu ħafna iktar. “It-tifel qishu għandhu fabbrika tal-mużika hemm fuq” qal Ockleford.

Għal Derek, il-mużika mhijiex passatemp, huwa il-mod li bih jikkomunika mad-dinja, l-mod li bih jirrelata man-nies u biex jagħmilhom kuntenti.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jiftaħ is-summit tal-G8

Jiftaħ is-summit tal-G8

Fost sigurta' kbira minħabba l-protesti li qed isiru kif ukoll tensjoni bejn ir-Russja u l-Istati Uniti, f'Heiligendamm, barra Rostock, fetaħ is-summit tal-G8 taħt il-Presidenza tal-Ġermanja.

L-Istati Uniti offriet riassigurazzjoni li l-pjan tagħha biex titrażżan il-ħsara lill-klima dinjija ma kinitx se tfixkel l-isforzi tan-Nazzjonijiet Uniti. Iżda minkejja dan, Washington eskluda li f'dan is-summit jaqbel li jkun hemm qtugħ kbir fil-ħruġ tal-gassijiet li qed jikkawżaw il-ħsara bħalma tixtieq il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel.

Qabel ma ltaqa' ma' Merkel għal pranzu fil-bidu tas-summit, Bush qal li l-Istati Uniti se sservi ta' pont għad-diversi proposti biex tkun konfrontata l-bidla fil-klima. Merkel kienet qed tittama li tikseb l-appoġġ Amerikan biex sa l-2050, fost miżuri oħra, il-ħruġ tal-gassijiet jitnaqqas bin-nofs.

Qrib il-post tas-summit, il-Pulizija kellha tuża kanuni ta' l-ilma biex tferrex folol ta' dimostranti li qed jippruvaw iħarbtu s-summit u ħebbew għall-pulizija. F'dawn l-inċidenti ta' l-anqas tmien pulizija ndarbu.

Separatament qabel il-ftuħ tas-summit, Bush saħaq li r-Russja ma kinitx ta' theddida għall-Ewropa minkejja li fil-bidu tal-ġimgħa l-President Russu Vladimir Putin hedded li jipponta l-missili Russi lejn l-Ewropa. Dan bi tpattija għall-bini ta' tarka missilistika fil-Polonja u r-Repubblika Ċeka.

Hemm ukoll tilwima dwar il-ġejjieni tal-Kosovo fejn ir-Russja qed toġġezzjona għal pjani biex din il-provinċja Serba tingħata l-indipendenza.

Temi oħra li se jkunu diskussi fis-summit huma l-programm nukleari Iranjan kif ukoll is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani.

X'inhu l-G8
Il-G8 hu l-grupp tat-tmien pajjiżi l-aktar industrijalizzati fid-dinja. Dawn huma l-Istati Uniti, l-Ingilterra, Franza, il-Ġermanja, il-Ġappun, ir-Russja, il-Kanada u l-Italja. Dan hu forum mhux uffiċjali fejn jiltaqgħu l-mexxejja ta' dawn il-pajjiżi. L-Unjoni Ewropea wkoll tkun preżenti. Hi bdiet tattendi għas-sessjonijiet kollha mis-summit ta' Ottawa fil-Kanada fl-1981.

L-ewwel summit kien sar fi Franza fl-1975 minħabba tilwima li kien hemm dwar il-muniti nazzjonali iżda l-laqgħa ta' dik li kienet il-G7 malajr żviluppat f'opportunitˆ għall-potenzi tad-dinja biex jiddiskutu temi politiċi u ekonomiċi varji. Il-grupp sar magħruf bħala l-G8 wara s-summit li kien sar f'Birmingham fl-Ingilterra fl-1998 **** r-Russja saret uffiċjalment membru. L-aħħar summit fl-2006 kien sar f'San Pietruburgu fir-Russja.

Għal dan is-summit f'Heiligendamm, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel stiednet ukoll il-mexxejja tal-Brażil, iċ-Ċina, l-Indja, il-Messiku u l-Afrika t'Isfel għal dawk li huma magħrufa bħala Outreach Meetings. F'dawn il-laqgħat qed jipparteċipaw ukoll Ministri mill-Eġittu, l-Alġerija, in-Niġerja u s-Senegal kif ukoll il-Ghana bħala President ta' l-Unjoni Afrikana.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Periklu ta' diżastru ambjentali fl-Awstralija

editor005 • 08/06/2007 18:49:18
Periklu ta' diżastru ambjentali fl-Awstralija

Hemm tħassib li jista' jkun hemm diżastru ambjentali f'Nobbys Beach qrib il-port ta' Newcastle. Dan wara li vapur ta' 40,000 tunnellata mimli faħam inkalja waqt maltempata kbira.

Il-22 membru ta' l-ekwipaġġ kienu salvati iżda hemm tħassib li l-mewġ kbir ikkawżat minn riħ ta' 100KM fis-siegħa se jaqsam il-vapur. Abbord hemm aktar minn 700 tunellata żejt u 38 tunellata diesel.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jinstab denfil mejjet f'Pembroke

Jinstab denfil mejjet f'Pembroke

Kmieni wara nofsinhar MaltaRightNow.com kien infurmat li nstab denfil mejjet f'Pembroke eżattament faċċata tar-Reverse Osmosis .

Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li xi nies li kienu jinsabu fl-inħawi raw dan id-denfil max-xatt u immedjatament irrapurtaw lill-Pulizija li minn naħa tagħhom għarfu lil Marine Rescue Team tan-Nature Trust.

Minn informazzjoni li ksibna mingħand il-Marine Rescue Team tan-Nature Trust jidher li d-denfil huwa tat-tip BottleNose, speċi li hija komuni fil-Mediterran minkejja li fl-aħħar snin in-numru ta' dan l-ispeċi beda jonqos drastikament.

**** staqsejna lil organizzazjoni tan-Nature Trust x'setgħet kienet ir-raġuni tal-mewta tad-denfil huma wieġbu li diffiċli tiddetermina ir-raġuni mingħajr awtopsja.

Il-fatt li d-denfil jidher ta' lewn abjad juri li d-denfil ilu mejjet.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Istruzzjonijiet stretti għal jum it-tieġ

Għarusa ħarġet ordnijiet stretti għal jum li fih ser tittejjeġ inkluż **** r-raġel tagħha jista' jmur juża l-kamra l-baxxa.

Jessica Imhoff ta' 30 sena bagħtet permezz ta' email istruzzjonijiet b'kodiċi ikkuluriti lill-għarus, lil-bridesmaids, lil-bestman, lill-ushers u lill-ommha.

Dawn l-istruzzjonijiet stretti issorprendew lil sħabha tant li bagħtu dawn l-emails lil nies oħra u din l-imbierka email spiċċat dahret mar-Renju Unit.

Il-ġurnata tagħha ser tibda fit-08:30 fejn ser tagħmel xagħarha sal-10:30 fejn imbagħad ser tieqaf biex tiekol. Imbagħad ser ikun hemm iktar ħin għal xagħarha, make-up u lbies b'ħinijiet speċifiċi għal-lipstick.

L-għarus u l-bestman għandhom jilbsu fis-13:15. L-aħħar ħaġa li trid tagħmel Jessica qabel ma tmur il-knisja hija li tilbes il-contact lenses fis-13:30 qabel ma' tilqa lil mistiednin u titlob mal-qassis.

Fis-13:45, l-għarus tagħha Rick Hobbs għandhu jmur fil-kamra l-baxxa u jiċċekkja lilhu nnifshu fil-mera. Fis-14:00 il-mistiednin iridu jitfu t-telefoni ċellulari tagħhom.

L-ushers għandhom ukoll istruzzjonijiet dwar **** għandhom ibiddlu s-CDs u **** għandhom jipreparaw il-karozza għal koppja fl-22:30.

L-għarus Rick ta' 30 sena ma kkumentax wisq u qal li din hija xi ħaġa personali.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ħalliel jinġarr lejn l-għassa minn ommhu
Ħalliel armat Ċek li kien qed jimmira ristoranti ta’ Mc Donald’s inqabad minn widnejh u inġarr lejn l-għassa tal-pulizija minn ommhu stess.

Katka Zahradnikova ta’ 44 sena minn Praga, għarfet lil Michal ta’ 20 sena li jiġi t-tifel tagħha f’footage CCTV li kien qed jidher f’verżjoni lokali ta’ Crimewatch.

Kelliem għal pulizija qal li t-tifel ammetta li hu kien responsabbli għas-serqiet u ma għamlix reżistenza **** ġarrithu minn widnejh sal-għassa sabiex jgħamel stqarrija.

“Ma stajniex nagħmlu aħjar aħna” qal il-kelliem għal pulizija.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Mara teħel il-ħabs fuq serq ta' romblu tal-karta jġenika

Mara teħel il-ħabs fuq serq ta' romblu tal-karta jġenika

aħbarijietdotcom • 13/06/2007 13:39:53
Mara teħel il-ħabs fuq serq ta' romblu tal-karta jġenika

Butts, mara ta' 38 sena, ġiet imresqa l-Qorti ġewwa l-Istat Amerikan ta' Iowa fuq akkuża li għal kemm hi tad-daħk jista' jkollha konsegwenzi serji għal l-akkużata. Hija ġiet mixlija li serqet tlett rombli tal-karta jġenika **** l-ġimgħa l-għaddiet imjegat mil-Qorti ta' Marshall County innota li dawn ir-rombli kienu qegħdin jinħlew b'mod aktar mgħaġġel mis-soltu.

Normalment, att bħal dan jiġi kkundannat b'sentenza ta' nqas minn sena ħabs. Iżda billi din mihiex l-ewwel darba li Butts qed tiġi akkużata fuq serq, għandha mnejn tiġi ppenaliżżata taħt il-liġi għal min jikkommetti reati frikwenti. Jekk dan ikun minnu, Butts għandha mnejn teħel tlett snin ħabs fuq din l-offiża.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Mużika
Il-Blood Red Shoes imfittxija mil-Pulizija

aħbarijietdotcom • 13/06/2007 14:29:44
Il-Blood Red Shoes imfittxija mil-Pulizija

Id-dwett ta' Bloody Red Shoes sabu ruħhom taħt l-iskrutinita' tal-liġi **** kien għadhom kif bdew it-tur mużikali Ewropej tagħhom flimkien ma' Maximo Park.

Steven Ansell u Laura-Mary Carter twaqqfu mil-Pulizija hekk kif kienu qegħdin jippruvaw jidħlu ġewwa Franza. Huma twaqqfu wara li kien ħareġ mandat minn naħa tal-Pulizija għal l-arrest ta' persuna bl-isem ta' Steven Ansell, li kien qed jivjaġġa ġo van bajda flimkien ma' l-akkompliċi femminili tiegħu b'xagħar sewdieni.

Fortunatament, dan id-dwett tħalla jkompli triqtu wara li ġew identifikati bħala mhux minn Orpington u li ma kienux kriminali iżda grupp mużikali.

Il-Blood Red Shoes huma mistennija jagħmlu apparenza ġewwa l-kunċert ta' T In The Park u Latitude li ser jittellgħu fis-7 u fil-15 ta' Lulju rispettivament.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Siġġu magħmul kollhu kemm hu mill-bottijiet riċiklati

Siġġu magħmul kollhu kemm hu mill-bottijiet riċiklati

aħbarijietdotcom • 14/06/2007 10:11:01
Siġġu magħmul kollhu kemm hu mill-bottijiet riċiklati
Laurence Llewelyn-Bowen ikkrea siġġu kontemporanju magħmul kollhu kemm hu mill-bottijiet tax-xorb irriċiklati.

Id-diżinjatur kien ikkumissjonat minn Can Couture sabiex jagħmel dan il-Can Can Chair fejn kellhu juża biss bottijiet li hu u l-familja ġabru minn madwar id-dar tagħhom.

Laurence qal li hu vera ħa gost jaħdem fuqhu u l-idea li juża bottijiet riċiklati biex jiproduċi siġġu eleganti kienet sfida kbira għalih.

“Ir-riċiklar huwa ferm importanti llum il-ġurnata u l-bottijiet huma l-iktar packaging tajjeb għall-ambjent fis-sens li huwa 10% riċiklabbli” qal Laurence. Hu qal ukoll li dawn jistgħu jiġu rriċiklati infinitament għaliex teknikament hu jista jiproduċi biċċa għamara ġdida l-istaġun li ġej billi jdewweb dan is-siġġu.

Dan is-siġġu qiegħed għal wiri fis-City Hall ta' Londra u mistenni jagħmel tour Ewropew qabel ma jirritorna lejn ir-Renju Unit fil-ħarifa fejn imbagħad jiġi rkantant għal karita.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-aktar jumejn sħan għax-xahar ta’ Ġunju fl-aħħar snin

L-aktar jumejn sħan għax-xahar ta’ Ġunju fl-aħħar snin

Dawn il-jumejn, kienu fost l-aktar jumejn sħan għax-xahar ta’ Ġunju f’dawn l-aħħar snin.

Fil-fatt tul dawn il-jumejn l-għola temperatura laħqet 39.2 gradi Celcius.

Din it-temperatura hi ftit biss inqas mill-għola temperatura reġistrata fit-13 ta’ Ġunju 1997 li kienet laħqet il-40.1 gradi Celcius.

Ikkonferma dan Saviour Porter, Kap ta’ l-Uffiċċju Meterjologiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, f’intervista ma’ dan l-istazzjon.

Jirriżulta li fl-atmosfera għoli ta’ madwar 10km mill-art l-irjieħ kienu mil-Lbiċ, direzzjoni mid-deżert Sahara. Dan ifforma antiċiklun li kkawża temperaturi sħan ħafna. Iżda tul din il-ġimgħa t-temperaturi – għalkemm xorta sħan - se jkunu xi ftit aktar friski.

Fil-fatt fil-festa ta’ l-Imnarja t-temperatura se tinżel għal 31 grad celcius.

Il-medja għax-xahar ta’ Ġunju is-soltu tkun ftit aktar minn 28 grad celcius, u mewġa ta’ sħana tkun ikkalkulata **** t-temperatura titla’ 10 gradi jew aktar minn hekk. Kif propju kellna f’dawn l-aħħar jiem.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
In-Nasa tlesti għal missjoni oħra fl-ispazju

In-Nasa tlesti għal missjoni oħra fl-ispazju

aħbarijietdotcom • 28/06/2007 12:42:05
In-Nasa tlesti għal missjoni oħra fl-ispazju

Vettura għall-ivjaġġar fl-ispazju tan-NASA ser tagħmel vjaġġ fl-ispazju x-xahar id-dieħel sabiex tesplora l-ikbar żewġ asterojdi fis-sistema solari.

Huwa maħsub illi l-asterojdi huma l-bażi principali ta' kull pjaneta. Għalhekk jiġu li huma relikwi tal-formazzjoni tas-sistema solari ta' 4.6 biljun sena ilu.

Din il-missjoni mlaqqma 'Dawn' – Sbiegħ ix-Xemx, ser titlaq mill-istazzjon tal-Forza ta' l-Ajru ta' Cape Canaveral fi Florida fis-7 ta' Lulju sabiex tistudja l-asterojdi Ceres u Vesta. Il-vettura spazjali Dawn mistennija tasal ħdejn Vesta fl-2011, qabel ma żżur lil Ceres fl-2015.

Skond ix-xjentist li qed jikkoordinaw din il-missjoni Christopher Russell, Ceres u Vesta ġew alterati anqas minn asterojdi oħra. Id-dinja tagħna il-ħin kollhu tinbidel u qed taħbilna l-passat tagħha. Iżda Ceres u Vesta li ffurmaw aktar minn 4.6 biljun sena ilu, ippreservaw l-istat oriġinali tagħhom. Ceres li hija kważi sferika, hija maħsuba li żżomm saff ta' silġ taħt il-wiċċ tagħha daqs 60-120km l-isfel.

F'laqgħa, s-sena l-oħra, ta' l-Unjoni Internazzjonali Awstronawtika (IAU), Ceres ġiet elevata fl-istat tagħha minn sempliċament l-ikbar asterojdi għal pjaneta żgħira, l-istess bħall-pjaneta Pluto.

Dawn mistennija jistudjaw l-istruttura u l-kompożizzjoni ta' dawn iż-żewġ asterojdi, u jagħti xi ħjiel fuq l-evoluzzjoni u l-kundizzjonijiet ta' kif dawn l-asterojdi ffurmaw.

L-objettivi ta' din il-missjoni jinkludu:
- studju ta' l-istruttura intern u d-densita'
- jiddetermina d-daqs, il-kompożizzjoni, il-forma u l-piż
- jeżamina l-fattizzi tal-wiċċ u l-krejters
- jinftiehem aħjar l-irwol ta' l-ilma fil-kontroll ta' l-evoluzzjoni ta' asterojdi.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
It-temperatura mistennija taqbeż l-40 grad Celcius
Id-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fi stqarrija appella lill-pubbliku biex fl-erbat ijiem illi ġejjin jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa għax it-temperatura mistennija taqbeż l-40 grad Celsius.

Għaldaqstant il-Protezzjoni Ċivili tavża biex il-pubbliku jevita milli joħroġ f'ħinijiet li jkun hemm xemx qawwija u appella biex jinxtorob hafna ilma.
 
Top