Stilel tas-Snooker se jerġgħu jilagħbu f'Malta

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Stilel tas-Snooker se jerġgħu jilagħbu f'Malta

--------------------------------------------------------------------------------

World Snooker huma kuntenti li f'Jannar reġa' ġejjin Malta għal tournamnet ieħor World Ranking. Dan għandu jkun attrazzjoni kemm għall-players kif ukoll għall-uffiċjali minħabba l-ospitalita' kordjali li jirċievu'.

Dan qalu Mike Ganley, Direttur tat-Tournament tal-World Snooker li kien Malta biex nieda t-tielet edizzjoni tal-Malta Cup. Din se tintlagħab fiċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Hilton bejn il-Ħadd 28 ta' Jannar u l-Ħadd 4 ta' Frar. Din se tkun it-tmien darba li f'Malta se tkun organizzata kompetizzjoni ranking li dejjem ingħatat l-appoġġ mid-dielttanti Maltin.

Il-premjijiet għall-kompetizzjoni ta' din is-sena se jkunu ta' aktar minn £200,000 minbarra li jirbħu wkoll punti għall-klassifika. Il-final tas-sena l-oħra mirbuħa 9-8 minn Ken Doherty kontra John Higgins kienet meqjusa bħala logħba klassika.


Joe Zammit, Direttur tas-Snooker Promotions (Malta) qal li l-Malta hi biss waħda minn żewġ kompetizzjonijiet ranking li qed jiġu organizzati barra mir-Renju Unit dan l-istaġun. Zammit qal ukoll lil l-player professjonali Malti Tony Drago aċċetta li jilgħab tliet logħbiet ta' kwalifikazzjoni f'Malta fil-bidu tat-tournament waqt li żewġ players Maltin ingħataw wild-cards.

L-edizzjoni ta' din is-sena tal-Malta Cup se ssir bil-għajnuna ta' l-appoġġ ta' l-isponsors lokali prinċipalment l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu, il-Hilton Malta Hotel u l-Air Malta. Dan l-avveniment se jixxandar fuq l-istazzjon televiżiv Eurosport u l-biljetti se jkunu għal bejgħ mil-lum online fuq il-websjat www.maltacup.org.
 
Top