Imut l-ex sewwieq tal-Formula 1 Clay Ragazzoni

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Imut l-ex sewwieq tal-Formula 1 Clay Ragazzoni

--------------------------------------------------------------------------------

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Clay Ragazzoni, li ftit tal-ġimgħat ilu żar Malta, miet f'inċident tat-traffiku li seħħ viċin Parma fl-Italja.

Imwieled fl-Isvizzera kien huwa li ta lil Williams l-ewwel Gran Prix **** rebaħ f'Silverstone fl-1979 u rebaħ ukoll 4 Grand Prix għal Ferrari. Ragazzoni li kellu 67 sena ilu paralizzat f'siġġu tar-roti mill-1980 wara inċident li kellu fil-Grand Prix ta' Long Beach. Hu miet wara li l-karozza li kien qed isuq daħlet taħt trukk fi triq ewlenija ftit kilometri barra Parma.

Huwa kien qed isuq Chrysler Voyager u m'hemmx ħjiel li huwa kien qed isuq b'mod eċċessiv filwaqt li l-viżibilita' fit-triq kienet tajba. Ħadd, għajr Ragazzoni, ma' weġġa f'dan l-inċident. Matul il-karriera tiegħu, Ragazzoni ħa sehem f'132 Gran Prx u minkejja d-diżabilita' li kellu l-1988 irnexxielu jispiċċa fit-tieled post fir-Rally ta' DAkar fil-kategorija għat-trukkijiet.
 
Top