*vip gossips min aħbarijietdotcom

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Paris Hilton imkeċċija minn lukanda Russa

aħbarijietdotcom
24 t' April, 2008 05:58 CET Il-lukanda Hyatt li tinsab ġewwa Moscow qed tipprojbixxi liċ-ċelebri Paris Hilton milli terġa' toqgħod magħhom wara li ħażżet isimha fuq il-ħajt tal-‘presidential suite' tagħhom.
Il-midja Ingliża tirrapporta li Paris kienet qed toqgħod ġewwa din il-lukanda l-ġimgħa l-oħra filwaqt li kienet qed tippreżenta l-MTV Russian Movie Awards. Huwa magħruf li waqt serje ta' ritratti li kienet qed tippoża għalihom, Paris ħażżet il-kliem ‘Paris Moscow 2008' bl-iswed fuq il-ħajt.
Fil-pront il-lukanda mmultat lil Paris £4500 għal dan id-dannu, kif ukoll ipprojbita milli qatt terġa' toqgħod għandhom.
Intant Hilton iċċelebrat l-anniversarju ta' xahrejn mal-maħbub tagħha Benji Madden it-Tnejn li għadda ġewwa Los Angeles. F'kumment li tat lir-rivista People magazine, hija qalet li għal din l-okkażjoni ċ-ċelebrazzjonijiet kienu nformali, u li Benji huwa ġuvni b'karatteristiċi tassew differenti mill-oħrajn.
122008141845paris%20hilton.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Naomi Campbell tipprova x-xogħol t'attriċi

aħbarijietdotcom
25 t' April, 2008 13:03 CET Il-mudella popolari, u kemmxejn vjolenti, Naomi Campbell mid-dehra ħa tipprova professjoni oħra. Filfatt skond artiklu li deher fuq is-sit ‘Now' huwa mistenni li l-mudella tieħi sehem waqt l-aħħar episodju tas-serja televiżiva ‘Ugly Betty'.
Skond l-istess artiklu, għalissa għadu mhuwiex magħruf jekk il-mudella hiex ser taħdem parti ta' karattru ġdid jew inkella hiex ser taħdem bħala hi nniffisha.
Campbell, li m'ilux ġiet arrestata fl-ajruport ta' Heathrow fl-Ingilterra, mhiex ser tkun l-ewwel personalita' illi ħa tieħu sehem f'din is-serje. Filfatt Victoria Beckham diġa dehret fuq wieħed mill-episodju.


254200813212Naomi_Campbell.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
VIP Gossip Aċċident waqt il-filming ta' 'James Bond'

aħbarijietdotcom
26 t' April, 2008 13:41 CET Stuntman li qiegħed jieħu sehem fil-film il-ġdid ta' ‘James Bond' qiegħed f'sitwazzjoni stabbli wara li kellu aċċident waqt il-filming ta' dan l-istess film. L-istuntman Aris Comninos weġġa' sew f'rasu **** ħabat b'Alfa Romeo waqt xena fejn kellu jsuq wara karozza oħra. L-aċċident sar fi triq magħrufa għal kemm hi mserrpa ġewwa Lake Garda fin-Nofsinhar ta' l-Italja.
Rappreżentant għall-film qal li għalkemm għal bidu Comninos kien f'sitwazzjoni tassew kritika, issa s-sitwazzjoni tiegħu qalbet għall-aħjar u jinstab f'waħda stabbli.
Dan l-aċċident kien it-tieni wieħed f'ġimgħa waqt il-filming ta' ‘James Bond'. Filfatt, nhar is-Sibt li għadda raġel li kien qiegħed isuq karozza tat-tip Aston Martin tilef il-kontroll u baqa' dieħel ġo xmara żgħira. Ħadd ma weġġa' waqt dan l-inċident u l-karozza kienet merfugħa mill-ilma ftit tal-ħin wara.
La l-attur prinċipali tal-film, Daniel Craig, u lanqas id-direttur Marc Forster kienu fuq il-post **** seħħ it-tieni inċident.
2642008134025danielcraig.jpg
 

Badtouch

Registered
Messages
102
L-attur Wesley Snipes tliet snin il-ħabs ... għax ma ħallasx l-income tax

L-attur Amerikan Wesley Snipes, popolari fost l-oħrajn għall-parti ewlenija fil-films "Blade" ingħata sentenza ta' tliet snin priġunerija talli ma ħallasx l-income tax fl-Istati Uniti kif dovut fl-1999. L-Imħallef Distrettwali William Terrell Hodges qal li b'dan il-każ il-Qorti trid tagħti eżempju lil min jevadi t-taxxi. Min-naħa tiegħu, Snipes indirizza lill-Ġurati u qal li jħossu dispjaċut għal dak li għamel filwaqt li wiegħed li "ma jerġax jagħmel l-istess żbalji". Kien inutli t-tentattiv ta' l-Avukati ta' Snipes, li ppreżentaw ċekkijiet li jammontaw għal $5 miljun. Iżda dawn il-flus inġabru aktar tard minn Uffiċjali tad-Dipartiment tad-Dħul Intern

254200812202Wesley20Snipes20Qorti20.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
PARIS HILTON U BENJI MADDEN
Jolqtu persuna bil-karozza u jibqgħu sejrin

aħbarijietdotcom
28 t' April, 2008 01:35 CET Iċ-ċelebri Paris Hilton flimkien mal-maħbub tagħha xahrejn tagħha Benji Madden reġgħu serqu mill-ġdid l-attenzjoni fuqhom, hekk kif fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa filgħodu kienu nvoluti f'aċċident tat-tip 'hit and run'.
Il-koppja kienu għadhom kif telqu mil-klabb 'Foxtail' ġewwa Los Angeles, **** Benji kien qed isuq u baqa' għaddej bil-karozza minn fuq sieq ta' fotografu, tirrapporta l-midja Ingliża.
Il-fotografu vittma Glen Gurniak, beda jgħajjar lis-sewwieq sabiex jieqaf minħabba li l-karozza kienet għaddejja minn fuq siequ. Madanakollu Madden ta' daqqa t'għajn lejn id-direzzjoni tiegħu u baqa' sejjer, filwaqt li Gurniak waqa' ma' l-art fejn qajjem kommozzjoni sħiħa kontra Madden u Hilton.
Aktar tard dan l-inċident ġie rrappurtat lid-Dipartiment tax-Xerif ta' LA, fejn kelliem għal dan id-dipartiment, Steve Whitmore, ikkonferma li dan il-każ kien qed jiġi nvestigat.
284200813512Paris%20Hilton%202007.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ossessjoni ġdida għal Gwyneth Paltrow

Ossessjoni ġdida għal Gwyneth Paltrow

aħbarijietdotcom
29 t' April, 2008 08:33 CET B'tul ta' madwar sitta sa sebgħa pulzieri, l-attriċi Gwyneth Paltrow xorta waħda tibqa' ssostni l-fatt li ż-żraben kollha li saret tilbes żidula t-tul b'mod konsiderevoli, dan m'għandu l-ebda sinjifikat partikolari.
Gwyneth, li hija waħda mill-attriċi prinċipali fil-film il-ġdid 'Iron Man', dan l-aħħar bdiet tilbes kombinazzjoni ta' tkaken twal u għal ponta ma' dbielet qosra. Dan deher l-aktar waqt il-promozzjoni ta' dan l-imsemmi film fl-Ewropa l-ġimgħa li għaddiet, fejn f'dawn l-okkażjonijiet formali l-attriċi żammet dan l-istil kontinwament.
Madanakollu **** hija ġiet mistoqsija waqt programm tar-radju għaliex addottat dan l-istil il-ġdid, hija qalet biss li tħobb iż-żraben, iżda d-dar hija dik it-tip ta' persuna li tilbes ħwejjeġ kbar u sportivi.
Paltrow stqarret ukoll illi din l-għagħa kollha fuq sempliċi takkuna għolja hija attribwita għal fatt illi l-irġiel għandhom tendenza li jeżaġeraw fejn jidħlu dawn l-affarijiet.

294200883258Gwyneth%20Paltrow.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Miley Cyrus tattira attenzjoni negattiva

Miley Cyrus tattira attenzjoni negattiva

aħbarijietdotcom
30 t' April, 2008 04:09 CET L-attriċi żagħżugħa Miley Cyrus dan l-aħħar kienet qed tattira bosta attenzjoni negattiva mill-midja, wara li ħarġu bosta ritratti fejn hija dehret mgeżwra b'liżar iżda b'dahra barra.
Minn naħa tagħha, l-ewwel reazzjoni ta' l-attriċi ta' 15-il sena għal din ir-reazzjoni tal-pubbliku kienet waħda mbarazzanti minħabba li kienu bosta dawk in-nies li ħasbu li hija kienet qed tippoża nuda. Flimkien mal-fotografu tagħha Annie Leibovitz, it-tnejn isostnu li dan m'huwiex minnu. Leibovitz stess qalet illi jiddispjaċiha li dawn ir-ritratti tant sbieħ ta' Miley ġew misinterpretati tant.
Minn naħa tagħhom Disney Channel, li jipproduċu s-serje popolari televiżiva ta' Miley 'Hannah Montana' qalu li jemmnu li nħolqot sitwazzjoni sabiex din l-attriċi tiġi mmanipulata.
Din is-serje ta' ritratti flimkien ma' intervista li saret lill-attriċi ser jiġu ppublikati fl-edizzjoni ta' Ġunju li jmiss tar-rivista 'Vanity Fair'.
30420084917Miley%20Cyrus.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Żwieġ għal kantanta Mariah Carey?

aħbarijietdotcom
2 ta' Mejju, 2008 10:58 CET Il-kantanta popolari Mariah Carey qed tqajjem numru ta' spekulazzjonijiet fid-dinja tat-tsetsik, hekk kif numru ta' rapporti qed jgħidu li l-kantanta reġgħet żżewġet. Artiklu partikolari li deher fuq is-sit latina.com żvela kif il-kantanta żżewġet lill-attur Nick Cannon.
Numru ta' sorsi ġew kkwotati jgħidu li l-koppja żżewġu waqt ċerimonja żgħira fil-jiem li għaddew u li bħala mistednin kull ma' kellhom kienu ftit familjari. L-ewwel għajdut fuq l-eżistenza ta' din l-għerusija ħarġu matul il-ġimgħa li għaddiet, hekk kif Carey kienet libsa ċurkett li ħafna kkummentaw li kien ta' l-għerusija.
Jekk dak li qed jgħidu r-rapporti huwa minnu, għal Carey dan ikun it-tieni żwieġ tagħha. Dan wara żwieġ tagħha mal-produttur tal-mużika Tommy Mottola fl-1995. Huma eventwalment iddivorzjaw fl-1998.
25200810520mariah_carey.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Pete Doherty mehlus mil-ħabs

aħbarijietdotcom
3 ta' Mejju, 2008 10:43 CET Wara biss 29 ġurnata l-ħabs minn piena ta' 14-il ġimgħa, il-kantant tal-Babyshambles Pete Doherty ġie mehlus mil-ħabs aktar kmieni milli previst.
Doherty illi llum il-ġurnata għandu 29 sena, ingħata sentenza ta' priġunerija x-xahar li għadda wara li kiser il-kundizzjonijiet imposta mil-Qorti waqt li kien taħt sentenza sospiża.
Iżda minkejja li ġie mehlus mil-ħabs, il-kantant tal-Babyshambles bi ħsiebu jerġa' jaqbad il-vizzji tal-passat. Skond rapport li deher fil-gazzetta Ingliża the Sun, il-kantant mhux ser jieħu appuntamenti għal dawn it-tlett ijiem sabiex ikun jista' jerġa' jipparteċipa fl-esebizzjonijiet tal-grupp u jieħu d-droga.
Rapport li deher dan l-aħħar fil-midja Ingliża rrapporta lli filwaqt li kien għadu l-ħabs, Doherty kien qed jabbuża mid-droga eroina.
17420080389VIP%20-%20Babyshambles.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Holmes mibgħuta f'boot camp reliġjuż

aħbarijietdotcom
5 ta' Mejju, 2008 08:20 CET L-attriċi Katie Holmes ġiet mibgħuta għal tlett ijiem ġewwa boot camp tax-Xjentoloġija, reliġjon ibbażata fuq kwistjonijiet ta' moralita', etika, Purifikazzjoni, l-edukazzjoni u l-immaniġjar. Dan minħabba li hija kkunsidrat li taċċetta rwol f'Broadway, tirrapporta l-midja Ingliża.
Holmes kienet fil-proċess ta' diskussjoni ma' produtturi li qegħdin jikkunsidraw jerġgħu jtellgħu mill-ġdid fuq il-palk il-play tal-kittieb Amerikan Arthur Miller 'All My Sons' (1947). Iżda skond ir-rivista Star ir-raġel ta' Holmes, l-attur Tom Cruise nkwieta li martu kienet ser tmur toqgħod New York mingħajru sakemm tkun qed taħdem fuq dan il-proġett.
L-istess rivista kkwotat ukoll Xjentoloġist li kien preżenti ma' Holmes f'dan il-'boot camp' fejn huma ġew imposti għal bosta testijiet, sessjonijiet ta' konfessjoni, ħafna qari u proċessi ta' purifikazzjoni fiżiċi. L-istess persuna qalet li dawn is-sessjonijiet ta' counselling spiritwali ġieli damu għaddejjien għal 36 siegħa bi ftit mumenti ta' pawżi provduti u ftit li xejn ikel.
M'huwiex l-ewwel darba li ħarġu numru ta' rapporti fil-midja nternazzjonali fejn sostnew illi huwa Tom Cruise li qed jimponi din ir-reliġjon fuq martu u binthom Suri li għandha sentejn.
144200885114Tom_Cruise_and_Katie_Holmes.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Britney Spears tirritorna lura d-dar

aħbarijietdotcom
6 ta' Mejju, 2008 03:56 CET Il-kantanta Britney Spears tinstab lura fi triqitha lejn ħajja normali, wara li rritornat lura f'Kentwood, Louisiana, raħal twelidha għall-ewwel darba f'dawn l-aħħar 12-il xahar.
Is-Sibt li għadda flimkien ma' 30 mistednin oħrajn, Britney attendiet għal festin għad unur oħtha Jamie Lynn li qed tistenna tarbija f'Ġunju ta' din is-sena.
Ir-rivista People rrappurtat illi kollox mexa normali b'riżultat pjaċevoli mmens. Britney tat kondotta eżemplari u ferrħet ħafna lil oħtha li dalwaqt ser tagħmilha zija.
L-istess rapport sostna li ħlief għal żewġ gwardji mal-kanċelli tad-dar sabiex iżommu lura lil paparazzi, dan l-avveniment kien wieħed tassew ħelu b'Jamie Lynn tiftaħ kull rigal li ġiet ippreżentata u tirringrazzja lil kulħadd.
Huwa maħsub illi Jamie Lynn ser ikollha tifla.
1942008104154Britney%20Spears%201999.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Amy Winehouse sabiex tipparteċipa fil-festival ta’ Nelson Mandela Amy Winehouse sabiex tipparteċipa fil-festival ta’ Nelson Mandela

aħbarijietdotcom
7 ta' Mejju, 2008 02:05 CET Il-kantanta Amerikana Amy Winehouse aċċettat illi tipparteċipa fil-festival li ser jittellgħa f'Ġunju li ġej għad unur Nelson Mandela.
Dan il-kunċert li ser jieħu t-tul ta' ġurnata sħiħa ser jinżamm f'Hyde Park nhar is-27 ta' Ġunju sabiex jiġi ċċelebrat għeluq id-90 sena ta' eks president tas-Sud Afrika.
Barraminhekk il-flus li ser jinġabru minn dan il-kunċert ser imorru għall-organiżazzjoni ta' karita' ta' l-AIDS 46664.
Il-midja Amerikana rrappurtat illi Winehouse ħasbita ċajta goffa l-ewwel darba li ċemplula. Iżda malli ndunat li t-telefonata kienet vera, hija ħmaret u aċċettat mil-ewwel.
Fost il-kantanti, mużiċisti u atturi li ser jieħdu sehem f'dan il-festival ta' Mandela, huwa mistenni li jipparteċipaw Elton John, Queen, Eminem, Razorlight, Annie Lennox u bl-attur Will Smith jippreżenta l-kunċert.
122200893714Amy%20Winehouse%20-%20VIP%20Gossip.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
VIP Gossip Lindsay Lohan imtella’ l-Qorti fuq kowt!

aħbarijietdotcom
8 ta' Mejju, 2008 02:02 CET L-attriċi Lindsay Lohan ser titressaq quddiem il-Qorti wara li studenta Russa residenti fl-Amerka, qed tgħid illi Lohan serqet il-kowt tagħha temporanjament, tirrapporta l-midja Ingliża.
L-istudenta Masha Markova kienet bil-qegħda qrib ta' l-attriċi ġewwa l-klabb 10ak li jinstab f'Manhattan. Dan l-inċident li seħħ f'Jannar li għadda, ra lil Markova titlef il-kowt tagħha tal-mink li jqum bosta eluf ta' ewro. Kien madwar ħmistax wara li seħħ dan l-inċident **** Markova kienet qed tkellem lil nannitha fuq it-telefon filwaqt li tqalleb rivista. F'daqqa waħda hija tara ritratt ta' Lohan libsa l-kowt misruq tagħha.
Fi tfittxija li għamlet l-istudenta, hija sabet ħafna aktar ritratti ta' l-attriċi Amerikana libsa l-kowt tagħha u dan kien li wassalha sabiex tiftaħ kawża l-Qorti kontra Lohan. Minnufih l-impjegati ta' 10ak ikkuntatjawa u qalula li kienu ser iġibula xi ħaġa lura. Il-kowt misruq malajr waslet lura għand sidha, iżda l-ebda isem jew skuża ma ssemmiet.
Masha Markova qalet li din il-kowt jiswa aktar minn €7,000 u ġie rritornat lura b'riħa taqsam ta' sigaretti u alkoħol, kif ukoll bil-keffa mqatta'.
Huwa għalhekk li ddeċidiet li tkompli bil-kawża tagħha l-Qorti u titlob għal kumpens ta' €6,509 tgħalli għamlet użu mill-kowt tagħha għal tlett ġimgħat mingħajr ma talbitha permess. Hija tal-fehma li dan l-episodju ma kienx inċident.
85200816839lindsay_lohan.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Brad Pitt u Angelina Jolie għal Franza

aħbarijietdotcom
9 ta' Mejju, 2008 10:55 CET Il-koppja ċelebri Angelina Jolie u Brad Pitt huma mistenna jmorru Franza fil-jien li ġejjin. Dan wara l-koppja bagħtu l-affarijiet kollha tagħhom mid-dar fl-Amerka għal ġewwa villa mikrija fi Franza.
Skond artiklu li deher fuq is-sit nowmagazine.co.uk, Jolie trid twelled it-tarbija f'dan il-pajjiż peress li omma, Marcheline Bertrand, kellha oriġini Franċiżi. Sors qrib tal-familja żvela kif Jolie u Pitt huma ferm ferħanin b'din id-dar il-ġdida.
L-istess sors kompla jgħid li dan l-ambjent il-ġdid ġie milqugħ ferm pożittiv ukoll mit-tfal tagħhom, peress li ftit il-bogħod mill-villa fejn ħa jgħixu hemm il-baħar.
2612008113146AngelinaJolie.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Xniehat li tgħarsu Kate Hudson u Owen Wilson

aħbarijietdotcom
12 ta' Mejju, 2008 11:31 CET Il-midja Ingliża lbieraħ ħabbret illi ż-żewġ atturi Kate Hudson u Owen Wilson tgħarsu ftit anqas minn tlett xhur ilu wara li reġgħu rrikonċiljaw flimkien.
Kate ntlemħet libsa ċurkett b'djamant solitarju mdaqqas il-ġimgħa li għaddiet ġewwa Boston. Il-gazzetta Ingliża 'News of the World' irrappurtat illi l-koppja qed jippjanaw sabiex jiżżewġu f'ċerimonja privata s-sena d-dieħla. Is-sorsi ta' dan ir-rapport ġiet ikkwotata li qalet li wara li Kate kienet hemm għal Wilson is-sajf li għadda **** huwa pprova jikkometti suwiċidju, dan kien prova biżżejjed għal Wilson li din kienet il-mara li jrid iqatta' l-bqija ta' ħajtu magħha.
Kate u Owen iltaqgħu oriġinarjament waqt li t-tnejn li huma kienu qed jaħdmu fuq il-film 'You, Me & Dupree'. Dak iż-żmien Kate kienet miżżewġa lil kantant tal-Black Crowes Chris Robinson. Iċ-ċkejken Ryder ta' erbgħa snin huwa frott ir-relazzjoni ta' Hudson ma' Robinson, qabel ma nfirdu fl-aħħar tas-sajf ta' l-2006.
16420089135Kate_Hudson_2006.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
PAUL MCCARTNEY U HEATHER MILLS
Pass eqreb lejn id-divorzju

aħbarijietdotcom
13 ta' Mejju, 2008 02:47 CET L-eks kantant tal-Beatles Paul McCartney u Heather Mills jinsabu biss ftit ġimgħat ‘il bogħod mid-divorzju, wara li mħallef fil-Qorti Superjuri ta' Londra llum ħabbar ‘decree nisi' - verdett mil-Qorti li ma jiġiex implimentat qabel ma' tintlaħaq kundizzjoni partikolari.
Dan il-verdett ingħata fuq il-bażi li din il-koppja ilhom uffiċjalment separati għal dawn l-aħħar sentejn u b'hekk dan għandu jwassal għal ‘decree absolute' f'sitt ġimgħat oħra. Wara dan il-perjodu, iż-żwieġ bejn Mills u McCartney ikun spiċċa formalment.
Huwa ta' min jinnota li aktar kmieni din is-sena s-Sur Justice Bennett, l-imħallef li qed jippresjedi fuq dan il-każ, qal li Mills hija entitolata għal €24.3-il miljun wara dan iż-żwieġ ta' erbgħa snin.
Mills u McCartney isseparaw f'Mejju ta' l-2006 u għandhom tifla ta' erbgħa snin li jisimha Beatrice.
135200824619Paul%20McCartney.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Gwyneth Paltrow tippjana adozzjoni

aħbarijietdotcom
14 ta' Mejju, 2008 10:21 CET L-attriċi u stilla tal-film 'Iron Man' Gwyneth Paltrow qed tippjana sabiex tkompli tespandi l-familja tagħha ta' erbgħa, iżda mhux bil-metodu konvenzjonali.
Il-midja Ingliża lbieraħ irrappurtat illi Paltrow għandha mnejn qed tippjana sabiex tadotta, wara li riċentament stqarret li d-darbtejn li kienet tqila kellha esperjenzi verament koroh. Hija kienet stqarret li kull ma kienet tagħmel **** kienet tqila għax kien bilfors u li kienet il-ħin kollu tinsab għajjiena u ma tiflaħx. Tant li ma kienet tista' xxomm xejn u lanqas tiekol normali.
Barra minn hekk wara l-aħħar tqala tagħha hija għaddiet minn perjodu ta' dipressjoni, magħruf aħjar bħala 'post-partum depression', iżda lanqas biss indunat qabel ma ħarġet minn dan l-istat.
Illum il-ġurnata Gwyneth Paltrow hija miżżewġa lil Chris Martin il-kantant tal-grupp Cold Play u flimkien għandhom żewġt itfal, Apple li twieldet fl-2004 u Moses li twieled sentejn wara.
294200883258Gwyneth%20Paltrow.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Cristiano Ronaldo jaħseb fiż-żwieġ?

aħbarijietdotcom
16 ta' Mejju, 2008 11:03 CET Il-futboler ta' fama internazzjonali Cristiano Ronaldo qed jaħsibha jekk jagħmilx pass importanti f'ħajjtu. Filfatt skond artiklu li deher fuq is-sit nowmagazine.co.uk il-futboller Portugiż dalwaqt ħa jsaqsi lill-għarusa tiegħu l-mudella Nereida Gallardo sabiex tiżżewġu.
Skond sors qrib tal-ġuvni, Cristiano qed isibha bi tqila biex ikollhom relazzjoni bħalissa. Dan minħabba l-fatt li Gallardo taħdem f'Majorca, filwaqt li hu jilgħab mat-tim Manchester United fl-Ingilterra.
L-istess sors kompla jgħid illi minkejja l-fatt li Nereida mistennija tmur toqgħod miegħu l-Ingilterra, Cristiano xorta waħda ħa jsaqsi lil missierha biex jiżżewwiġha.



165200811249Cristiano_Ronaldo.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Ashlee Simpson U Pete Wentz

ASHLEE SIMPSON U PETE WENTZ
Ritratti tat-tieġ mibjugħa għal aktar minn $1 miljun

aħbarijietdotcom
17 ta' Mejju, 2008 10:24 CET Il-kantanta tal-Pop Ashlee Simpson u l-bassist tal-Fall Out Boys Pete Wentz, iffirmaw ftehim ta' aktar minn $1 miljun mar-rivista 'People' sabiex din ir-rivista jkollha l-esklussiva fuq ir-ritratti tat-tieġ ta' din il-koppja, tikkonferma l-midja Ingliża.
Wentz u Simpson ħabbru l-għerusija tagħhom f'April li għadda u huwa maħsub li ser jiżżewġu f'dan il-weekend. Il-post magħżul għat-tieġ għadu sigriet.
Kelliem għar-rivista 'People' qal li jinsabu kuntenti ħafna li għal darba oħra koppja ċelebri għażlet lilhom bħala l-medja esklussiva sabiex jaqsmu l-aktar ritratti intimi magħhom.
Riċentament din l-istess rivista ppublikat esklussivament ritratti tat-tieġ ta' Mariah Carey u Nick Cannon, kif ukoll ritratti ta' Jennifer Lopez u Nicole Ritchie flimkien mat-tfal tagħhom.
1342008102458Ashlee_Simpson.jpg
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
shton Kutcher kuntent bil-preżent

shton Kutcher kuntent bil-preżent

aħbarijietdotcom
19 ta' Mejju, 2008 02:46 CET L-attur komiku Ashton Kutcher qal li jinsab kuntent bis-sitwazzjoni familjari preżenti tiegħu, flimkien ma' martu Demi Moore.
Mistoqsi jekk huwa u martu humiex qegħdin jaħsbu sabiex jespandu l-familja tagħhom, huwa qal li ser iħallu f'idejn in-natura u li x'aktarx għalissa m'humiex ser iżidu fin-numru.
Miż-żwieġ tagħhom fl-2005 'l hawn, ilhom jiġru x-xniehat li l-koppja kienet qed tistenna tarbija. Intant illum il-ġurnata Kutcher qed jagħmila ta' missier għat-tlett ibniet ta' martu miż-żwieġ preċedenti tagħha ma' l-attur Bruce Willis.
F'kumment li ta riċenti lil midja Ingliża, Ashton ġie kkwotat li qal li bħalissa m'humiex qed jippruvaw għal tarbija oħra minħabba li huwa jinsab impenjat b'ħafna xogħol mentri martu ser tmur Pennsylvania sabiex taħdem fuq film u għalhekk dan m'huwiex il-mument adegwat.
Ashton qal ukoll illi ilhu jaħsiba sabiex jadotta tifel/tifla. L-attur komiku jirrakkonta li **** kellu tmien snin kellu ħabib jismu Terry li darba fost l-oħrajn qallu li kien adottat.
Huwa qal ukoll illi f'dan kien iffortunat **** żżewweġ lil Demi u kellu ċ-ċans li jibda jrabbi tlett itfal mhux bioloġikament tiegħu.
19520082455Ashton%20Kutcher.jpg
 
Top