L-aħħar pjanu li uża John Lennon għal bejgħ

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-aħħar pjanu li uża John Lennon għal bejgħ
L-aħħar pjanu li ġie wżat mill-kantant ċelebri John Lennon fl-istess lejla fejn miet, bħalissa qiegħed għall-bejgħ bil-prezz ta' $375,000, madwar Lm117,180. Dan il-pjanu, li huwa 'upright grand piano' kien jinsab fir-'Record Plant Recording Studio' ġewwa New York fejn Lennon kien irrekordja l-album tiegħu 'Imagine' fl-1971.

Is-sit elettroniku 'Moments in Time Memorabilia', li qed tieħu ħsieb dan il-bejgħ, sostniet li dan il-pjanu kien wieħed mill-favuriti ta' Lennon u użah ftit qabel ma' ġie maqtul fit-8 ta' Diċembru ta' l-1980. L-istess pjanu kien ġie ntużat ukoll minn Don Mclean u Bob Dylan.

Hawn min isostni wkoll li dan il-pjanu tant kien maħbub min Lennon, li kien irid li l-pjanu jkun f'kull studio mużikali fejn kien ħa jkun ser jirrekordja d-diski. Minħabba dan il-fatt, il-ħaddiema ta' l-istudios mużikali laqqmu dan il-pjanu bħala 'John Lennon piano'.

Dan il-pjanu kienu ilu ġewwa r-recording studio mid-disgħinijiet, **** l-istess post kien għalaq
 
Top