AHBARIJIET ta Sports bl ingwa maltija

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Henry jgħid li ddejjaq jispiċċa r-raba' ma' Arsenal

Chris MUSCAT • 30/05/2007 21:32:54
Henry jgħid li ddejjaq jispiċċa r-raba' ma' Arsenal

L-attakkant ta' Arsenal Thierry Henry qal li ddejjaq jispiċċa r-raba' fil-Kampjonat Ingliż u jaħseb li l-club għandu bżonn skwadra ta' aktar esperjenza jekk iridu jisfidaw lil Manchester United u Chelsea.

Il-Franċiż ta' 29 sena irrifjuta li jiddiskuti rapporti li dalwaqt se jingħaqad ma' Barcelona imma ftit deher konvinċenti dwar l-impenn tiegħu mal-club li ngħaqad miegħu fl-1999.

"Sa minn **** bdejt il-football kien hemm xniegħat dwari li se ningħaqad ma' ħafna clubs u dna qatt ma waqaf." Qal Henry f'konferenza li ta fil-kapitali Ċiniża Beijing.

Henry tilef ħafna mill-istaġun li għadda minħabba injury u Arsenal spiċċaw ir-raba' għat-tieni sena konsekuttiva, 23 punt wara ċ-Champions Manchester United.

"Din is-sena reġgħet kienet diffiċli li erġajna spiċċajna r-raba' distakkati daqstant mit-timijiet il-kbar. Issa ilna żmien bl-istess erba' timijiet fuq quddiem u qed niddejjaq li kuldarba aħna nispiċċaw ir-raba'."

Henry li jinsab Beijing fuq tour promozzjonali għal prodotti tad-ditta Reebok, għamel paragun mat-team preżenti ta' Arsenal u dak li rebaħ il-kampjonat bla telfa fl-2004. Hu qal li kien fit-team tal-2004 u jaf x'hemm bżonn biex jirbaħ il-kampjonat. Hu qal li **** jkollok ħafna żgħażagħ fit-team ma jistax ikollok l-istess spirtu u riżultati tat-team **** ma sofrewx telfa.

Henry qal li ma kienx jaf xi pjani hemm biex tissaħħaħ l-iskwadra dan is-sajf.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Abramovich jiċħad li naqqas il-flus lil Chelsea

Abramovich jiċħad li naqqas il-flus lil Chelsea

Il-propjetarju biljunarju ta' Chelsea, Roman Abramovich ċaħad rapporti fil-media Ingliża li mhux se jibqa' jgħin lill-club biex jakkwista aktar players.

Din il-ġimgħa l-media Ingliża qalet li Abramovich kien naqqas il-budget tiegħu lill-club u din il-bidla tista' twassal biex players bħal Frank Lampard u John Terry jitilqu l-club.

"Dan m'hu minnu xejn. Koillox se jibqa' kif kien. Ir-relazzjoni tiegħu ma' Chelsea ma nbidlitx u ma rrid nibdel xejn," qal Abramovich li hu l-aktar raġel sinjur fir-Russja u għandu madwar $18.7 biljun fi flus.

Abramovich nefaq kważi 500 miljun dollaru f'xiri ta' players sa minn **** xtara lil Chelsea fl-2003 inkluż is-somma rekord għall-Ingilterra ta' 30 miljun sterlina għall-attakkant mill-Ukrajna Andriy Shevchenko.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Moratti jindika li Inter se jżuru Malta


Moratti jindika li Inter se jżuru Malta
IT-TNEJN 21 ta' Mejju 2007 se jibqa' mfakkar b'ittri tad-deheb fl-istorja ta' l-Inter Club Malta **** l-President ta' Inter Massimo Moratti laqa'għandu delegazzjoni ta' Inter Club Malta magħmula minn John Zammit (President), Lawrence Cutajar (Teżorier) u Raymond Camilleri.
F'din il-laqgħa ta' kważi sagħtejn iż-żewġ naħat tkellmu fit-tul fuq ir-relazzjonijiet ta' bejniethom, fuq il-kampjonat grandjuż li għamlu l-Inter fejn rebħu l-15-il scudetto fl-istorja tagħhom b'mod impressjonanti bi ksur ta' numru kbir ta'rekords u anke fuq il-kampanja akkwisti għall-istaġun 2007-08. Il-President Moratti qal li għallkemm se tinżamm l-istess bażi ta' players, l-iskwadra se tiġi msaħħa wkoll bi players ta' klassi.
F'din l-okkażjoni l-President Moratti ġie ppreżentat b'żewġ sets ta' badges tal-ġlekk ta' Inter li huma produzzjoni ta' l-Inter Club Malta. Dawn il-badges jikkommemoraw ir-rebħ tal-15-il scudetto kif ukoll ir-rebħ tal-kampjonati kollha mirbuħa minn Inter mis-sena 1908 sal-lum.
Massimo Moratti kien preżentat ukoll bi platt sabiħ bil-mappa ta' Malta u kellu kliem ta tifħir lejn pajjiżna li hu ġieli żar in konnessjoni max-xogħol tiegħu.
Fl-aħħarnett Moratti ġie mistieden iżur Malta u ndika li fi żmien qasir se jirreċiproka ż-żjara tiegħu f'Malta flimkien mat-team ta' Inter.
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Diego Player tas-Sena fil-Ġermanja


Diego Player tas-Sena fil-Ġermanja

Il-Midfielder Brażiljan ta’ Werder Bremen, Diego ġie vvutat Player tas-Sena fil-Ġermanja minn sħabu l-players professjonali.

Diego li ngħaqad ma’ Werder għal €6 miljun mingħand Porto s-sena l-oħra, kiseb 50.7% tal-voti minn fost 268 player fil-magażin Ġermaniż Kicker.

L-attakkant Grieg Theofanis Gekas kien l-aqwa skorer tal-kampjonat b’20 goal, spiċċa t-tieni b’10.7% waqt li ż-żagħżugħ Ġermaniż Mario Gomez temm it-tielet b’6.3%.

Manuel Neuer li għandu 21 sena kien ivvutat l-aħjar goalkeeper wara li seraq ix-xena biex sar in-numru 1 tar-runners up Schalke 04.
 
Top