Vaċċin ta’ l-‘Alzheimer’ ġo ‘sticker’

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Vaċċin ta’ l-‘Alzheimer’ ġo ‘sticker’
Riċerkaturi mill-Universita ta’ Florida għadhom kif ivvintaw ‘patch’ li **** pazjent jagħmel użu minnha din tirrilaxxa vaċċin għal kontra l-Alzheimer fill-ġilda. Metodu li skond ir-riċerkaturi ħalla riżultati pożittivi.

Ir-riċerkaturi li ħarġu b’din l-idea qalu li jekk fil-futur il-metodu jiġi kummerċjalizzat, in-nies li jbatu minn din il-marda żgur ħa jkollhom ħajja iktar faċli peress li mhiex invażiva. L-Azheimer hija marda li hi assoċjata ma’ livelli għolja ta’ proteini fil-moħħ. Il-vaċċin jaħdem billi jixgħel is-sistema mmunitarja sabiex jinduna bil-periklu u jibda jaħdem kontrieha. Riċerki oħra li kienu saru qabel ma tantx kellhom riżultati daqstant pożittivi, fejn dan il-vaċċin kien ġie njettat fil-ġisem. Dawn ir-riċerki bikrija kienu ġew imwaqfa peress li kien hemm każijiet ta’ infjammazzjonijiet fil-moħħ u saħansitra mwiet fil-pazjenti.

Fl-aħħar riċerka li saret, ir-riċerkaturi ppruvaw din il-‘patch’ fuq numru ta’ ġrieden li kellhom marda li tixbah ħafna lill-Alzheimer. Huma sabu li r-riżultati ma kienux l-istess bħal **** l-istess sustanza ġiet injettata. Jun Tan, li huwa l-psikjatra li mexxa dan l-istudju, qal illi din hija l-ewwel riċerka li wriet riżultati pożittivi **** mediċina ġiet meħudha mill-ġilda. Jekk dawn ir-riżultati jibqgħu jiġu rreġistrati, fil-qarib żmien nistennew li ‘patches’ u saħansitra ‘creams’ għal kontra l-Alzheimer jibdew jiġu pprodotti.

Clive Ballard, li huwa d-direttur tar-riċerka fl-‘Alzheimer’s Society’, stqar illi dawn ir-riżultati l-ġodda qed jagħtu tama lil dawk kollha li jbatu minn din il-marda. Huwa kompla jgħid illi l-idea li kura ma tkunx invażiva hija waħda mistennija ħafna. Minn naħa l-oħra, huwa ammetta wkoll li aktar riċerka u studju għandhom isiru sabiex jaraw jekk il-metodu huwiex ta’ periklu jew le għal bniedem.
 
Top