Il-fundatur ta' Wikipedia qed jippjana l-iżvillup ta' search engine

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Jimmy Wales, il-fundatur tal-enċiklopedia online Wikipedia, qed jippjana li jiżvilluppa search engine kummerċjali li se jkun jista’ jikkompeti ma dak tal-Google u tal-Yahoo.

Din is-search engine li s’issa ingħatat l-isem ta’ Wikiasari ser tikkombina t-teknoloġija open-source mal-intervent uman sabiex tiprovdi iktar riżultati relevanti minn dawk provduti minn sistemi ibażati fuq algorithm. “L-intelliġenza umana għada l-aħjar ħaġa li għandna u għalhekk għandna nħallu l-umani jgħamlu dak li huma l-aħjar fih u l-kompjuters dak li huma l-aħjar fih” qal Wales.

Wikiasari tgħaqqad żewġ t’ikliem, il-kelma ‘wiki’ li tfisser mgħaġġla bil-Ħawajjan u ‘asari’ li tfisser tfittxija bil-Ġappuniż.

Ir-relevanza tibda sfida fi tfittxija online, minħabba li t-teknoloġija tiddetermina r-riżultati fuq kemm hemm links għal sit ġartikolari sabiex tara jekk din hix qrib il-quċċata jew taħt fir-ranking tar-riżultati.

Wales għadu ma jafx kif ser jgħaqqad l-intelliġenza umana mat-teknoloġija iżda dan jidher li huwa l-għan tiegħu.
 
Top