L-ewwel żjara ta' AC Milan f'pajjiżna 39 sena ilu

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
L-ewwel żjara ta' AC Milan f'pajjiżna 39 sena ilu

--------------------------------------------------------------------------------

F'Malta ġew jilagħbu diversi timijiet famużi, sa anki qabel it-tieni gwerra dinjija kienu jiġu. Wieħed minnhom kien it-team Ungeriż tal-Hajduk Split, li dak iż-żmien kien wieħed mill-aqwa timijiet fid-dinja. Mis-sittinijiet 'l hawn rajna fostna lil Manchester Utd. Juventus, Inter, Spartak, lSporting Lisbon, Chelsea u oħrajn famużi.

Fil-maġġoranza tagħhom ġew Malta bħala avversarji tat-timijiet lokali fil-kompetizzjonijiet Ewropej. Imma l-ebda polza qatt ma tellgħet lil Milan biex jilagħbu f'Malta f'xi kompetizzjoni. L-unika darba li AC Milan lagħbu f'pajjiżna kien fuq inizjattiva tal-Milan Club Malta li kien jeżisti dak iż-żmien, fis-sena 1968. Kien il-president Peter Buontempo, flimkien mal-mikbi segretarju John Dalli, li kkoordinaw kollox bejn id-diriġenti tal-Milan u dawk tal-Hibernians FC. B'dawn ta' l-aħħar jaċċettaw li jieħdu r-responsabbilta' kollha għal din iż-żjara fejn AC Milan kellhom jilagħbu partita ta' ħbiberija kontra l-istess Hiberians.

L-ispiża totali kienet se tkun iktar minn erbat' elef lira. Is-segretarju tal-Hibernians FC kien appella lill-pubbliku Malti biex jattendi għal din l-partita.

AC Milan waslu Malta bl-arju nhar is-Sibt 28 ta' Diċembru wara nofsinhar. Huma sabu l-ajruport ta' Ħal Luqa ippakkjat bin-nies li ħafna minnhom kellhom bnadar ħomor u suwed f'idejhom. Ħafna karrozzi privati marru wara l-coach li wassal lid-diriġenti u l-players tal-Milan sal-lukanda Metropole f'Tas-Sliema. Fil-għaxija d-diriġenti u l-players attendew għal riċeviment organizzatt għalihom fil-każin tal-Hibernians f'Raħal Ġdid.

AC Milan, li dik is-sena kienu iċ-Champions Taljani attwali kienu ġew Malta b'sitt players regolari nieqsa. Rivera, Prati, Malatrasi, Anquiletti u Rosato kienu l-Messiku mat-tim Nazzjonali Taljan filwaqt li l-Ġermaniż Shnellinger kien mar għal btala f'pajjiżu. Pero' mat-team ġew Malta players famużi bħal Hamrin, Trapattoni, Sormani, Mora, Fogli u l-goalkeeper Cudicini.
 
Top