SPORT MIN AHBARIJIET.COM

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Futbol Taljan Berlusconi – It-trasferimenti jridu jirritornaw għan-normal

Chris MUSCAT
6 ta' Lulju, 2009 18:53 CET Il-football jeħtieġ li jerġa’ jiskopri n-normalita` wara s-somom kbar u esaġerati li tħallsu minn Real Madrid għat-trasferimenti tal-players. Dan ħabbru l-proprjetarju ta’ AC Milan Silvio Berlusoni. AC Milan bdew it-taħriġ għal-istaġun il-ġdid ilbieraħ mingħajr il-playmaker Kaka li nbiegħ lill-klabb Spanjol għal 67 miljun ewro u mbagħad xtraw ukoll lil Cristiano Ronaldo mingħand Manchester United għal somma rekord ta’ $130 miljun.
Partitarji jinsabu rrabjati li Milan daħħlu biss żgħażagħ u d-difensur Thiago Silva għal dan l-istaġun il-ġdid u kienu qed iħejju għal protesta, imma Berluscni mhux lest jitlob skuża. “Il-football irid jirritorna għan-normal. Ma rridux nixtru akkost ta’ kollox,” qal Berlusconi.
Il-players barranin fi Spanja jibbenefikaw minn liġijiet vantaġġjużi ħafna tax-taxxa imma minflok ma indika li fl-Italja jista’ wkoll ikun hemm tibdil fil-liġijiet, Berlusconi seta’ biss jifraħ lil Real. “Jekk Madrid għandhom dawn il-possibilitajiet, tajjeb għalihom. Aħna ninsabu tajbin għaliex tawna 67 miljun ewro u għalhekk ma nistax nattakkahom wisq,” qal b’ton ċajtier.
“Mil-lat tekniku, ħadd fl-Italja m’għandu skwadra b’saħħitha daqs tagħna.. lanqas iċ-Chapions Inter.”
 

RIDER

"Vanity is definitely my favorite sin"
Super VIP
Messages
7,849
Futbol Ingliż L-ewwel akkwist għal Ancelotti

Chris MUSCAT
6 ta' Lulju, 2009 18:57 CET Carlo Anceloti beda l-ewwel jum ta’ ħidma tiegħu għall-klabb Londoniż **** ħabbar l-ewwel akkwist tiegħu bħala manager ta’ Chelsea fl-Ingilterra, il-midfielder Russu Yuri Zhirkov mingħand CSKA Moscow. Ancelotti li hu l-ħames manager ta’ Chelsea f’ħames snin sejjaħ konferenza stampa fi Stamford Bridge fejn qal ukoll li l-captain John Terry, li għalih urew interess Manchester City, ma kienx għall-bejgħ
“Naħseb li Zhirkov, il-goalkeeper Turnball u l-attakkant Daniel Sturridge kollha huma players ta’ Chelsea. Ma nafx tajjeb lil Sturridge u Turnball imma naf lil Zhirkov. Hu player naturalizzat xellugi imma naħseb li kapaċi jilgħab fid-difiża u bejniethom,” qal Ancelotti li ħa post il-kowċ temporanju Guus Hiddink eżatt wara li Manchester City għamlu offerta għal Terry. “Rigward Terry. Hu s-simbolu tat-tim u għalih m’hemmx prezz. Naħseb hu l-aqwa captain għal Chelsea, jixbaħ ħafna lil Paolo Maldini għall-professjonalita` u l-kwalita`.”
Ancelotti qal li ma jaħsibx li l-klabb il-ġdid tiegħu irid jagħmel tibdil kbir fl-iskwadra. Hu qal li Chelsea hu tim kbir u ħames semi-finali f’sitt snin fiċ-Champions League huma xi ħaġa kbira u jekk kapaċi jtejbu fuqhom ikun kuntent. Hu temm billi qal li jħossu eċċitat b’din l-avventura l-ġdida.


232200917296ancelotti.jpg
 
Top